+2.1. Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
---+5. Dawn il- Linji Gwida jispeċifikaw il - kriterji għall - istabbiliment tax - xenarji li l - …
---+6. Dawn il- Linji Gwida jispeċifikaw ukoll kif il - fatturi ta’ riskju relatati mal - klima …
---+7. Dawn il- Linji Gwida jikkomplementaw il -Linji Gwida tal-EBA dwar il- ġestjoni tar - riskji ESG …
---+8. Barra minn hekk, dawn il - Linji Gwida jispeċifikaw addizzjonalment kif l - istituzzjonijiet, li …
---+9. Il- kamp ta’ applikazzjoni tal - Linji Gwida huwa ffukat fuq ir - riskji ambjentali bi prijorità …
---+10. L- istituzzjonijiet u l - awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw dawn il -Linji Gwida …

2.1. Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

2.1. Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
5. Dawn il- Linji Gwida jispeċifikaw il - kriterji għall - istabbiliment tax - xenarji li l - …

Dawn il- Linji Gwida jispeċifikaw il - kriterji għall - istabbiliment tax - xenarji li l - istituzzjonijiet għandhom jużaw biex jittestjaw ir - reżiljenza tagħhom għall - impatti negattivi fit - tul ta’ fatturi ambjentali, b’mod partikolari fatturi relatati mal - klima, sk ont l- Artikolu 87a(3) u 87a(5), il - punt (d) tad- Direttiva 2013/36/UE2 .


2 Direttiva 2013/36/UE tal -Parlament Ewropew u tal- Kunsill tas - 26 ta’ Ġunju 2013 dwar l - aċċess għall - attività tal - istituzzjonijiet ta’ kreditu u s - superviżjoni prudenzjali tal - istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad - ditti tal - investiment, li temenda d- Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id - Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE, (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338, UE http://data.europa.eu/eli/dir/2013/36/oj ).

6. Dawn il- Linji Gwida jispeċifikaw ukoll kif il - fatturi ta’ riskju relatati mal - klima …

Dawn il- Linji Gwida jispeċifikaw ukoll kif il - fatturi ta’ riskju relatati mal - klima għandhom jiġu integrati f’eżerċizzju ta’ test ta' stress u jistabbilixxu kriterji għall - analiżi tax - xenarji li jistgħu jintużaw biex tiġi ttestjata r - reżiljenza tal - istituzzjoni għal impatti negattivi fuq terminu qasir ta’ fatturi ambjentali.

7. Dawn il- Linji Gwida jikkomplementaw il -Linji Gwida tal-EBA dwar il- ġestjoni tar - riskji ESG …

Dawn il- Linji Gwida jikkomplementaw il -Linji Gwida tal-EBA dwar il- ġestjoni tar - riskji ESG (l - EBA/GL/2025/01)3 fir -rigward tal- analiżi tax - xenarji. Dawn il - Linji Gwida jikkomplementaw ukoll il -Linji Gwida tal-EBA dwar l- ittestjar tal - istress tal - istituzzjonijiet (l -EBA/GL/2018/4)4 .


3 Il-Linji Gwida tal-EBA dwar il- ġestjoni tar - riskji tal - ESG jispeċifikaw l - istadji minimi u l- metodoloġiji ta’ referenza għall - identifikazzjoni, il - kejl, il - ġestjoni u l - monitoraġġ tar - riskji tal - ESG. B’mod partikolari, huma jispeċifikaw il - kontenut tal - pjanijiet li għandhom jitħejjew f’konformità mal - Artikolu 76(2) tas -CRD. il-linji Gwida tal-EBA dwar il- ġestjoni tar - riskji ambjentali, soċjali u ta’ governanza (ESG) (l -EBA/GL/2025/01).

4 Il-Linji Gwida tal-EBA dwar l- ittestjar tal - istress tal - istituzzjonijiet (l -EBA/GL/2018/04) jipprovdu aspettattivi organizzattivi, metodoloġiji u proċessi komuni għat - twettiq tal - ittestjar tal - istress mill - istituzzjonijiet, filwaqt li jispeċifikaw kif dawn għandhom jitqiesu għall - finijiet tal - adegwatezza tal - kapital u tal - ġestjoni tar - riskju.

8. Barra minn hekk, dawn il - Linji Gwida jispeċifikaw addizzjonalment kif l - istituzzjonijiet, li …

Barra minn hekk, dawn il - Linji Gwida jispeċifikaw addizzjonalment kif l - istituzzjonijiet, li jkunu rċevew il - permess tal - awtorità kompetenti tagħhom biex jużaw l - Approċċ Ibbażat fuq Klassifikazzjonijiet Interni (Approċċ IRB) biex jikkalkulaw ir - rekwiżiti ta’ fondi proprji għal parti mill- esponimenti għar - riskju ta’ kreditu tagħhom jew għal kollha kemm huma, għandhom jiddefinixxu u jużaw xenarji ta’ ttestjar tal - istress li jinkludu motivaturi tar - riskju ambjentali, b’mod partikolari l - motivaturi tar - riskju fiżiku u tar - riskju ta’ tranżizzjoni li jirriżultaw mit - tibdil fil - klima, bħala parti mill - programmi tagħhom ta’ ttestjar tal - istress fuq ir - riskju ta’ kreditu sabiex jissodisfaw ir - rekwiżiti stabbiliti fl - Artikolu 177(2a) tar -Regolament (UE) Nru 575/20135 .


5 Ir- Regolament (UE) Nru 575/2013 6tal -Parlament Ewropew u tal- Kunsill tas - 26 ta' Ġunju 2013 dwar ir - rekwiżiti prudenzjali għall - istituzzjonijiet ta' kreditu u d - ditti tal - investiment u li jemenda r - Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/575/oj ),

9. Il- kamp ta’ applikazzjoni tal - Linji Gwida huwa ffukat fuq ir - riskji ambjentali bi prijorità …

Il- kamp ta’ applikazzjoni tal - Linji Gwida huwa ffukat fuq ir - riskji ambjentali bi prijorità mogħtija lill - klima kif speċifikat fil - mandat. Reviżjoni futura ta’ dawn il - Linji Gwida tista’ tinkorpora fatturi soċjali u ta’ governanza diment li l - metodoloġiji f’dawn l- oqsma jippermettu dan.

10. L- istituzzjonijiet u l - awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw dawn il -Linji Gwida …

L- istituzzjonijiet u l - awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw dawn il -Linji Gwida f’konformità mal - livell ta’ applikazzjoni stabbilit fl - Artikolu 109 tad- Direttiva 2013/36/UE.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/