1. Il-verifika tal-identità tal-klijent, tas-sid benefiċjarju, u ta’ kwalunkwe persuna skont l-Artikolu 20(1), , il-punti (h) u (i), għandha ssir qabel l-istabbiliment ta’ relazzjoni tan-negozju jew it-twettiq ta’ tranżazzjoni okkażjonali. Tali obbligu ma għandux japplika għal sitwazzjonijiet ta’ riskju aktar baxx skont it-Taqsima 3 ta’ dan il-Kapitolu, dment li r-riskju aktar baxx jiġġustifika l-posponiment ta’ tali verifika.
Għall-aġenti tal-proprjetà immobbli, il-verifika msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha titwettaq wara li offerta tiġi aċċettata mill-bejjiegħ jew mil-lokatur, u f’kull każqabel ma jiġu ttrasferiti kwalunkwe fondi jew proprjetà.