+ID-DIRETTIVA 98/70/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-13 ta' Ottubru 1998 dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE
---+Artikolu 1 Kamp ta’ applikazzjoni
---+L-Artikolu 2 Id-definizzjonijiet
---+L-Artikolu 3 Petrol
------+L-Artikolu 3 1.
------+L-Artikolu 3 2.
------+L-Artikolu 3 3.
------+L-Artikolu 3 4.
------+L-Artikolu 3 5.
------+L-Artikolu 3 6.
---+Artikolu 4 Karburant tad-diżil
------+Artikolu 4 1.
------+Artikolu 4 2.
------+Artikolu 4 3.
------+Artikolu 4 4.
---+L-Artikolu 5 Ċirkolazzjoni libera
---+L-Artikolu 6 Marketingta' karburanti bi speċifikazzjonijiet ambjentali aktar stretti
------+L-Artikolu 6 1.
------+L-Artikolu 6 2.
------+L-Artikolu 6 3.
------+L-Artikolu 6 4.
------+L-Artikolu 6 5.
------+L-Artikolu 6 6.
---+L-Artikolu 7 Bidla fil-provvista ta' żjut mhux raffinati
---+L-Artikolu 8 Il-konformità tal-monitoraġġ u r-rappurtaġġ
------+L-Artikolu 8 1.
------+L-Artikolu 8 2.
------+L-Artikolu 8 3.
------+L-Artikolu 8 4.
---+Artikolu 8a Additivi metalliċi
------+Artikolu 8a 1.
------+Artikolu 8a 2.
------+Artikolu 8a 3.
------+Artikolu 8a 4.
------+Artikolu 8a 5.
------+Artikolu 8a 6.
---+Artikolu 9 Rappurtaġġ
---+L-Artikolu 9a Il-Penali
---+L-Artikolu 10 Proċedura għall-adattament ta' metodi analitiċi permessi u eżenzjonijiet tal-pressjoni tal-fwar permessa
------+L-Artikolu 10 1.
------+L-Artikolu 10 2.
---+Artikolu 10a Eżerċizzju tad-delega
------+Artikolu 10a 1.
------+Artikolu 10a 2.
------+Artikolu 10a 3.
------+Artikolu 10a 4.
------+Artikolu 10a 5.
---+Artikolu 11 Proċedura ta' Kumitat
------+Artikolu 11 1.
------+Artikolu 11 2.
------+Artikolu 11 3.
---+L-Artikolu 12 Tħassir u emenda tad-Direttivi dwar il-kwalità tal-karburant tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil
------+L-Artikolu 12 1.
------+L-Artikolu 12 2.
---+L-Artikolu 13 Traspożizzjoni f'leġislazzjoni nazzjonali
------+L-Artikolu 13 1.
------+L-Artikolu 13 2.
---+L-Artikolu 15 Dħul fis-seħħ tad-Direttiva
---+L-Artikolu 16 Indirizzati
---+ANNEX I ENVIRONMENTAL SPECIFICATIONS FOR MARKET FUELS TO BE USED FOR VEHICLES EQUIPPED WITH POSITIVE-IGNITION ENGINES
---+ANNESS II SPEĊIFIKAZZJONIJIET AMBJENTALI GĦALL-KARBURANTI TAS-SUQ LI GĦANDHOM JINTUŻAW GĦAL VETTURI MGĦAMMRA B’MAGNI COMPRESSION IGNITION
---+ANNESS III
English - European Union - Environment -

ID-DIRETTIVA 98/70/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-13 ta' Ottubru 1998 dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE

ID-DIRETTIVA 98/70/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-13 ta' Ottubru 1998

dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 Kamp ta’ applikazzjoni

Artikolu 1

Kamp ta’ applikazzjoni

Din id-Direttiva tistabbilixxi, fir-rigward ta’ vetturi tat-triq, u makkinarju mobbli mhux tat-triq, inklużi bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni meta ma jkunux fuq il-baħar, tratturi tal-biedja u tal-forestrija, u dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni meta ma jkunux fuq il-baħar, speċifikazzjonijiet tekniċi għal raġunijiet ambjentali u ta’ saħħa għall-karburanti li għandhom jintużaw ma’ magni “positive ignition” u magni “compression ignition”, filwaqt li tqis ir-rekwiżiti tekniċi ta’ dawk il-magni.

L-Artikolu 2 Id-definizzjonijiet

L-Artikolu 2

Id-definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:

1. 

“petrol” ifisser kull żejt minerali volatili maħsub għall-operat tal-magni tal-kombustjoni interna positive ignition għall-propulsjoni tal-vetturi li jidħlu fil-kodiċijiet tan-NM 2710 11 41 , 2710 11 45 , 2710 11 49 , 2710 11 51 u 2710 11 59  ( 1 );

2. 

“karburanti tad-diżil” ifissru ż-żjut tal-gass li jidħlu fil-kodiċi tan-NM 2710 19 41  (1)  u jiġu wżati għall-vetturi li jimxu bil-qawwa tagħhom infushom kif riferiti fid-Direttiva 70/220/KEE u d-Direttiva 88/77/KEE;

▼M4

3. 

“żjut tal-gass maħsuba biex jintużaw minn makkinarju mobbli li mhux tat-triq (inklużi bastimenti tal-passaġġi tal-ilma interni), tratturi tal-biedja u l-forestrija, u dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni” tfisser kwalunkwe likwidu li ġej miż-żejt, li jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM 2710 19 41 u 2710 19 45  ( 2 ), maħsub għall-użu f’magni “compression ignition” imsemmija fid-Direttivi 94/25/KE ( 3 ), 97/68/KE ( 4 ) u 2000/25/KE) ( 5 );

▼M2

4. 

“reġjuni l-iktar il barra”; ifissru Franza rigward id-Dipartimenti Franċiżi lil hemm mill-baħar, il-Portugall rigward l-Azores u Madeira, u Spanja rigward il-Ġżejjer Kanarji;

▼M4

5. 

“Stati Membri b’temperaturi baxxi ambjentali fis-sajf” tfisser id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, l-Irlanda, il-Latvja, il-Litwanja, l-Iżvezja u r-Renju Unit;

6. 

“emissjonijiet ta’ gass b’effett serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja” tfisser l-emissjonijiet netti kollha ta’ CO2, CH4 u N2O li jistgħu jkunu assenjati lill-karburant (inklużi l-komponenti mħallta) jew lill-enerġija fornuta. Dan jinkludi l-istadji kollha rilevanti mill-estrazzjoni sal-kultivazzjoni, inklużi l-bidliet fl-użu tal-art, it-trasport u d-distribuzzjoni, l-ipproċessar u l-kombustjoni, irrispettivament minn fejn iseħħu dawk l-emissjonijiet;

7. 

“emissjonijiet ta’ gass b’effett serra għal kull unità ta’ enerġija” tfisser il-massa totali ta’ emissjonijiet ta’ gass b’effett serra ekwivalenti għas-CO2, assoċjati mal-karburant jew l-enerġija fornuta, diviż bil-kontenut totali tal-enerġija tal-karburant jew tal-enerġija fornuta (għall-karburant, espress bħala l-valur baxx ta’ tisħin tiegħu);

▼M9

8. 

“fornitur” tfisser “fornitur tal-karburant” kif definit fl-Artikolu 2, it-tieni subparagrafu, il-punt (38), tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 );

9. 

“bijokarburanti” tfisser “bijokarburanti” kif definiti fl-Artikolu 2, it-tieni paragrafu, il-punt (33), tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

▼M7

10. 

“karburanti rinnovabbli likwidi jew gassużi ta' oriġini mhux bijoloġika” tfisser il-karburanti likwidi jew gassużi, għajr il-bijokarburanti li l-kontenut enerġetiku tagħhom joriġina minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli għajr il-bijomassa, u li jintużaw fit-trasport;

11. 

“għelejjel b'kontenut għoli ta' lamtu” tfisser għelejjel li jinkludu prinċipalment ċereali (irrispettivament minn jekk jintużawx biss il-qmuħ jew il-pjanta kollha bħal fil-każ ta' qamħirrun aħdar, tuberi u għelejjel tal-għeruq (bħal patata, artiċokks, patata ħelwa, kassava u jam), u għelejjel corm (bħal taro u cocoyam);

12. 

“bijokarburanti ta' riskju baxx tat-tibdil indirett tal-użu tal-art” tfisser bijokarburanti li l-materja prima tagħhom ġiet prodotta fi skemi li jnaqqsu l-ispostament tal-produzzjoni għal finijiet minbarra dawk ta' produzzjoni ta' bijokarburanti li ġew prodotti f'konformità mal-kriterji ta' sostenibbiltà għall-bijokarburanti mniżżla fl-Artikolu 7b;

13. 

“residwu tal-ipproċessar” tfisser sustanza li mhijiex il-prodott(i) tal-aħħar li proċess ta' produzzjoni jkun maħsub li jipproduċi direttament; din mhijiex għan primarju tal-proċess ta' produzzjoni u l-proċess ma jkunx ġie mmodifikat apposta biex jipproduċiha;

14. 

“residwi li ġejjin mill-agrikoltura, l-akkwakultura, is-sajd u l-forestrija” tfisser residwi li huma ġenerati direttament mill-agrikoltura, l-akkwakultura, is-sajd u l-forestrija; dawn ma jinkludux residwi minn industriji relatati jew minn ipproċessar relatat.

▼M4 —————

L-Artikolu 3 Petrol
Artikolu 4 Karburant tad-diżil
L-Artikolu 5 Ċirkolazzjoni libera

L-Artikolu 5

Ċirkolazzjoni libera

L-ebda Stat Membru ma jista' jipprojbixxi, jirrestrinġi jew jipprevieni t-tqiegħid fis-suq ta' karburanti li jaqblu mal-ħtiġiet ta' din id-Direttiva.

L-Artikolu 6 Marketingta' karburanti bi speċifikazzjonijiet ambjentali aktar stretti
L-Artikolu 7 Bidla fil-provvista ta' żjut mhux raffinati

L-Artikolu 7

Bidla fil-provvista ta' żjut mhux raffinati

Jekk, bħala riżultat ta' avvenimenti eċċezzjonali, bidla f'daqqa fil-provvista ta' żjut mhux raffinati jew prodotti petroliferi jagħmluha diffiċli għar-raffineriji fi Stat Membru li jirrispettaw il-ħtiġiet fl-ispeċifikazzjonijiet tal-karburant ta' l-Artikoli 3 u 4, dak l-Istat Membru għandu jgħarraf lill-Kummissjoni b'dan. Il-Kummissjoni, wara li tinforma lill-Istati Membri l-oħra, tista' tawtorizza valuri tal-limitu ogħla f'dak l-Istat Membru għall-komponent wieħed jew aktar tal-karburant għall-perjodu li ma jaqbiżx is-sitt xhur.

Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istati Membri u tgħarraf lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bid-deċiżjoni tagħha.

Kull Stat Membru jista' jirriferi d-deċiżjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill fi żmien xahar min-notifika tagħha.

Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata, jista' jieħu deċiżjoni differenti fi żmien xahrejn minn meta l-kwistjoni tkun riferita lilu.

L-Artikolu 8 Il-konformità tal-monitoraġġ u r-rappurtaġġ
Artikolu 8a Additivi metalliċi
Artikolu 9 Rappurtaġġ

Artikolu 9

Rappurtaġġ

1.  

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport sal-31 ta’ Diċembru 2012, u kull tliet snin wara dan, lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill akkumpanjat, fejn ikun xieraq, minn proposta għal emendi għal din id-Direttiva. Dak ir-rapport għandu b’mod partikolari jqis dan li ġej:

(a) 

l-użu u l-evoluzzjoni tat-teknoloġija awtomotiva u, b’mod partikulari, il-probabilità li jiżdied il-kontenut ta’ bijokarburant massimu permess tal-petrol u d-diżil u l-ħtieġa li d-data msemmija fl-Artikolu 3(3) tiġi riveduta;

(b) 

il-politika Komunitarji dwar l-emissjonijiet ta’ CO2 minn vetturi tat-trasport bit-triq;

(c) 

il-possibbiltà tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-Anness II, u b’mod partikolari, il-valur ta’ limitu għall-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi, għall-makkinarju mobbli mhux tat-triq (inklużi bastimenti għall-passaġġi tal-ilma interni), tratturi agrikoli u tal-forestrija u dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni;

(d) 

iż-żieda fl-użu ta’ deterġenti fil-karburanti;

(e) 

l-użu ta’ additivi metalliċi barra mill-MMT fil-karburanti;

(f) 

il-volum totali ta’ komponenti użat fil-petrol u d-diżil wara li titqies il-leġislazzjoni ambjentali Komunitarja, inklużi l-objettivi tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għall-azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika dwar l-ilma ( 7 ) u d-direttivi sekondarji tagħha;

▼M9 —————

▼M4

(j) 

analiżi aġġornata tal-ispiża u l-impatt ta’ tnaqqis fil-pressjoni massima mill-fwar permessa għall-petrol għal perijodu tas-sajf ta’ anqas minn 60kPa.

▼M9 —————

L-Artikolu 9a Il-Penali

L-Artikolu 9a

Il-Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-multi li japplikaw għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva. Il-multi stabbilii għandhom jkunu effettivi, ipproporzjonati u dissważivi.

L-Artikolu 10 Proċedura għall-adattament ta' metodi analitiċi permessi u eżenzjonijiet tal-pressjoni tal-fwar permessa
Artikolu 10a Eżerċizzju tad-delega
Artikolu 11 Proċedura ta' Kumitat
L-Artikolu 12 Tħassir u emenda tad-Direttivi dwar il-kwalità tal-karburant tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil
L-Artikolu 13 Traspożizzjoni f'leġislazzjoni nazzjonali
L-Artikolu 15 Dħul fis-seħħ tad-Direttiva

L-Artikolu 15

Dħul fis-seħħ tad-Direttiva

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 16 Indirizzati

L-Artikolu 16

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

ANNEX I ENVIRONMENTAL SPECIFICATIONS FOR MARKET FUELS TO BE USED FOR VEHICLES EQUIPPED WITH POSITIVE-IGNITION ENGINES




ANNEX I

ENVIRONMENTAL SPECIFICATIONS FOR MARKET FUELS TO BE USED FOR VEHICLES EQUIPPED WITH POSITIVE-IGNITION ENGINES

Type: Petrol



Parameter (1)

Unit

Limits (2)

Minimum

Maximum

Research octane number

 

95 (3)

—

Motor octane number

 

85

—

Vapour pressure, summer period (4)

kPa

—

60,0 (5)

Distillation:

 

 

 

— percentage evaporated at 100 °C

% v/v

46,0

—

— percentage evaporated at 150 °C

% v/v

75,0

—

Hydrocarbon analysis:

 

 

 

— olefins

% v/v

—

18,0

— aromatics

% v/v

—

35,0

— benzene

% v/v

—

1,0

Oxygen content

% m/m

 

3,7

Oxygenates

 

 

 

— Methanol

% v/v

 

3,0

— Ethanol (stabilising agents may be necessary)

% v/v

 

10,0

— Iso-propyl alcohol

% v/v

—

12,0

— Tert-butyl alcohol

% v/v

—

15,0

— Iso-butyl alcohol

% v/v

—

15,0

— Ethers containing five or more carbon atoms per molecule

% v/v

—

22,0

— Other oxygenates (6)

% v/v

—

15,0

Sulphur content

mg/kg

—

10,0

Lead content

g/l

—

0,005

►M9  (1)   

Test methods shall be those specified in EN 228:2012+A1:2017. Member States may adopt the analytical method specified in replacement EN 228:2012+A1:2017 standard if it can be shown to give at least the same accuracy and at least the same level of precision as the analytical method it replaces.

 ◄
►M9  (2)   

The values quoted in the specification are ‘true values’. In the establishment of their limit values, the terms of EN ISO 4259-1:2017/A1:2021 ‘Petroleum and related products – Precision of measurement methods and results – Part 1: Determination of precision data in relation to methods of test’ have been applied and in fixing a minimum value, a minimum difference of 2R above zero has been taken into account (R = reproducibility). The results of individual measurements shall be interpreted on the basis of the criteria described in EN ISO 4259-2:2017/A1:2019.

 ◄
(3)   

Member States may decide to continue to permit the placing on the market of unleaded regular grade petrol with a minimum motor octane number (MON) of 81 and a minimum research octane number (RON) of 91.

(4)   

The summer period shall begin no later than 1 May and shall not end before 30 September. For Member States with low ambient summer temperatures the summer period shall begin no later than 1 June and shall not end before 31 August.

(5)   

In the case of Member States with low ambient summer temperatures and for which a derogation is in effect in accordance with Article 3(4) and (5), the maximum vapour pressure shall be 70 kPa. In the case of Member States for which a derogation is in effect in accordance with Article 3(4) and (5) for petrol containing ethanol, the maximum vapour pressure shall be 60 kPa plus the vapour pressure waiver specified in Annex III.

►M9  (6)   

Other mono-alcohols and ethers with a final boiling point no higher than that stated in EN 228:2012 +A1:2017.

 ◄
ANNESS II SPEĊIFIKAZZJONIJIET AMBJENTALI GĦALL-KARBURANTI TAS-SUQ LI GĦANDHOM JINTUŻAW GĦAL VETTURI MGĦAMMRA B’MAGNI COMPRESSION IGNITION




ANNESS II

SPEĊIFIKAZZJONIJIET AMBJENTALI GĦALL-KARBURANTI TAS-SUQ LI GĦANDHOM JINTUŻAW GĦAL VETTURI MGĦAMMRA B’MAGNI COMPRESSION IGNITION

Tip: Diżil



Parametru (1)

Unità

Limiti (2)

Minimu

Massimu

Numru cetane

 

51,0

—

Densità fi 15 °C

Kg/m (3)

—

845,0

Distillazzjoni:

 

 

 

— 95 % v/v rkuprat fi:

°C

—

360,0

Idrokarburi aromatiċi poliċikliċi

% m/m

—

8,0

Kontenut tal-kubrit

mg/kg

—

10,0

Kontenut ta’ FAME — EN 14078

% v/v

—

►M9  10,0 ◄  (3)

►M9  (1)   

Il-metodi tal-ittestjar għandhom ikunu dawk speċifikati f’EN 590:2013+A1:2017. L-Istati Membri jistgħu jadottaw il-metodu analitiku speċifikat minflok l-istandard EN 590:2013+A1:2017 jekk ikun jista’ jintwera li jipprovdi għall-inqas l-istess eżattezza u għall-inqas l-istess livell ta’ preċiżjoni bħall-metodu analitiku li jkun qed jissostitwixxi.

 ◄
►M9  (2)   

Il-valuri kkwotati fl-ispeċifikazzjoni huma “valuri reali”. Fl-istabbiliment tal-valuri ta’ limitu tagħhom, it-termini ta’ EN ISO 4259–1:2017/A1:2021 “Petroleum and related products — Precision or measurement methods and results – Part 1: Determination of precision data in relation to methods of test” u sabiex jiġi ffissat valur minimu, tqieset differenza minima ta’ 2R ’il fuq miż-żero (R = riproduċibbiltà). Ir-riżultati tal-kejl individwali għandhom ikunu interpretati fuq il-bażi tal-kriterji deskritti f’EN ISO 4259-2:2017/A1:2019.

 ◄
(3)   

FAME għandu jikkonforma ma’ EN 14214.

ANNESS III




ANNESS III



DEROGA TAL-PRESSJONI TAL-FWAR PERMESSA GĦAL PETROL LI FIH IL-BIJOETANOLl

Kontenut ta’ bijoetanol (%v/v)

Rinunzja ta’ pressjoni tal-fwar permessa (kPa) (1)

0

0

1

3,7

2

6,0

3

7,2

4

7,8

5

8,0

6

8,0

7

7,9

8

7,9

9

7,8

10

7,8

(1)   

Il-valuri kkwotati fl-ispeċifikazzjoni huma “valuri vera”. Fl-istabbiliment tal-limiti tal-valuri tagħhom, ġew applikati t-termini ta’ EN ISO 4259:2006 “Prodotti taż-żejt - determinazzjoni u applikazzjoni ta’ dejta ta’ preċiżjoni fir-rigward ta’ metodi tal-ittestjar” u fl-iffissar ta’ valur minimu, tqieset differenza minima ta’ 2R ‘il fuq miż-żero (R = riproduċibilità). Ir-riżultati ta’ kejl individwali għandhom ikunu interpretati fuq il-bażi tal-kriterji deskritti f’EN ISO 4259:2006.

Ir-rinunzja tal-pressjoni tal-fwar permessa għall-kontenut intermedju ta’ bijoetanol bejn il-valuri elenkati għandha tkun iddeterminata b’estrapolazzjoni f’linja dritta bejn il-kontenut tal-bijoetanol immedjatament fuq u dak immedjatament taħt il-valur intermedju.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.11.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:31998L0070
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.