+REGOLAMENT (KE) Nru 300/2008 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà ta’ l-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
---+Artikolu 1 Objettivi
------+Artikolu 1 1.
------+Artikolu 1 2.
---+Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni
------+Artikolu 2 1.
------+Artikolu 2 2.
---+Artikolu 3 Definizzjonijiet
---+Artikolu 4 Standards bażiċi komuni
------+Artikolu 4 1.
------+Artikolu 4 2.
------+Artikolu 4 3.
------+Artikolu 4 4.
------+Artikolu 4 5.
---+Artikolu 5 Spejjeż ta’ sigurtà
---+Artikolu 6 Miżuri aktar strinġenti applikati minn Stati Membri
------+Artikolu 6 1.
------+Artikolu 6 2.
------+Artikolu 6 3.
---+Artikolu 7 Miżuri ta’ sigurtà meħtieġa minn pajjiżi terzi
------+Artikolu 7 1.
------+Artikolu 7 2.
------+Artikolu 7 3.
---+Artikolu 8 Kooperazzjoni ma’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali ta’ l-Avjazzjoni Ċivili
---+Artikolu 9 Awtorità kompetenti
---+Artikolu 10 Programm nazzjonali ta’ sigurtà ta’ l-avjazzjoni ċivili
------+Artikolu 10 1.
------+Artikolu 10 2.
---+Artikolu 11 Programm nazzjonali ta’ kontroll tal-kwalità
------+Artikolu 11 1.
------+Artikolu 11 2.
---+Artikolu 12 Programm ta’ sigurtà ta’ l-ajruporti
------+Artikolu 12 1.
------+Artikolu 12 2.
---+Artikolu 13 Programm ta’ sigurtà ta’ trasportatur ta’ l-ajru
------+Artikolu 13 1.
------+Artikolu 13 2.
------+Artikolu 13 3.
---+Artikolu 14 Programm tas-sigurtà ta’ l-entità
------+Artikolu 14 1.
------+Artikolu 14 2.
---+Artikolu 15 Spezzjonijiet mill-Kummissjoni
------+Artikolu 15 1.
------+Artikolu 15 2.
------+Artikolu 15 3.
---+Artikolu 16 Rapport Annwali
---+Artikolu 17 Grupp Konsultattiv tal-Partijiet Interessati
---+Artikolu 18 Tixrid ta’ informazzjoni
---+Artikolu 19 Proċedura ta’ Kumitat
------+Artikolu 19 1.
------+Artikolu 19 2.
------+Artikolu 19 3.
------+Artikolu 19 4.
---+Artikolu 20 Ftehim bejn il-Komunità u pajjiżi terzi
---+Artikolu 21 Penali
---+Artikolu 22 Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Finanzjament
---+Artikolu 23 Tħassir
---+Artikolu 24 Dħul fis-seħħ
------+Artikolu 24 1.
------+Artikolu 24 2.
------+Artikolu 24 3.
---+►M1ANNESS I◄ STANDARDS BAŻIĊI KOMUNI GĦAS-SALVAGWARDJA TA’ L-AVJAZZJONI ĊIVILI KONTRA ATTI TA’ INTERFERENZA ILLEGALI (ARTIKOLU 4)
---+ANNESS II Speċifikazzjonijiet komuni għall-programm nazzjonali ta’ kontroll tal-kwalità li jridu jiġu implimentati minn kull Stat Membru fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili
|
English -
European Union -
Aviation -
REGOLAMENT (KE) Nru 300/2008 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà ta’ l-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
REGOLAMENT (KE) Nru 300/2008 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-11 ta’ Marzu 2008
dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà ta’ l-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 1 Objettivi
|
|
|
Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni
|
|
|
Artikolu 3 Definizzjonijiet
|
Artikolu 3
Għall-fini ta’ dan ir-Regolament:
1.
“avjazzjoni ċivili” tfisser kwalunkwe operazzjoni fl-ajru mwettqa b’inġenju ta’ l-ajru ċivili, ħlief operazzjonijiet imwettqin minn inġenji ta’ l-ajru ta’ l-istat li huma msemmijin fl-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali;
2.
“sigurtà ta’ l-avjazzjoni” tfisser taħlita ta’ miżuri u riżorsi umani u materjali maħsubin għas-salvagwardja ta’ l-avjazzjoni ċivili kontra atti ta’ interferenza illegali li jimminaw is-sigurtà ta’ l-avjazzjoni ċivili;
3.
“operatur” tfisser persuna, organizzazzjoni jew intrapriża impenjata, jew li toffri li timpenja ruħha, f’operazzjoni ta’ trasport bl-ajru;
4.
“trasportatur ta’ l-ajru” tfisser impriża tat-trasport bl-ajru li għandha liċenzja operattiva valida, jew l-ekwivalenti;
5.
“trasportatur ta’ l-ajru Komunitarju” tfisser trasportatur ta’ l-ajru b’liċenzja operattiva valida mogħtija minn Stat Membru skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2407/92 tat-23 ta’ Lulju 1992 dwar liċenzjar ta’ air carriers (
1
);
6.
“entità” tfisser persuna, organizzazzjoni jew intrapriża, minbarra operatur;
7.
“oġġetti pprojbiti” tfisser armi, splussivi jew tagħmir perikoluż ieħor, oġġetti jew sustanzi li jistgħu jintużaw biex isir att ta’ intereferenza illegali li jimmina s-sigurtà ta’ l-avjazzjoni ċivili;
8.
“skrinjar” tfisser l-applikazzjoni ta’ mezzi tekniċi jew mezzi oħra li huma maħsubin biex jidentifikaw u/jew jikxfu oġġetti projbiti;
9.
“kontroll tas-sigurtà” tfisser l-applikazzjoni ta’ mezzi sabiex ma jitħallewx jiġu introdotti oġġetti projbiti;
10.
“kontroll fuq l-aċċess” tfisser l-applikazzjoni ta’ mezzi li permezz tagħhom jista’ jiġi prevenut id-dħul ta’ persuni mhux awtorizzati jew vetturi mhux awtorizzati, jew it-tnejn;
11.
“iż-żona ta’ l-ajru” (“airside”) tfisser iż-żona ta’ moviment ta’ ajruport, u artijiet u bini li jmissu magħha jew partijiet minnhom, li l-aċċess għalihom huwa ristrett;
12.
“iż-żona ta’ l-art” (“landside”) tfisser dawk in-naħat ta’ ajruport, u artijiet u bini li jmissu magħhom jew partijiet minnhom, li mhumiex fiż-żona ta’ l-ajru;
13.
“żona ta’ sigurtà ristretta” tfisser parti miż-żona ta’ l-ajru li fiha, minbarra l-fatt li l-aċċess ikun ristrett, jiġu applikati standards ta’ sigurtà ta’ l-avjazzjoni oħrajn;
14.
“żona demarkata” tfisser żona li hija separata permezz ta’ kontroll fuq l-aċċess minn żoni ta’ sigurtà ristretta, jew, jekk iż-żona demarkata nnifisha hija żona ta’ sigurtà ristretta, minn żoni ta’ sigurtà ristretta oħra ta’ ajruport;
15.
“kontroll ta’ l-isfond” tfisser kontroll reġistrat ta’ l-identità ta’ persuna, inkluża kwalunkwe kondotta kriminali, bħala parti mill-valutazzjoni ta’ kemm l-individwu huwa xieraq li jkollu aċċess mingħajr skorta għal żoni ta’ sigurtà ristretta ta’ xi ajruport;
16.
“passiġġieri, bagalji, merkanzija jew posta fi trasferiment” tfisser passiġġieri, bagalji, merkanzija jew posta li jitilqu fuq inġenju ta’ l-ajru differenti minn dak li waslu fuqu;
17.
“passiġġieri, bagalji, merkanzija jew posta fi tranżitu” tfisser passiġġieri, bagalji, merkanzija jew posta li jitilqu fuq l-istess inġenju ta’ l-ajru li waslu fuqu;
18.
“passiġġier potenzjalment problematiku” tfisser passiġġier li jkun qed jiġi deportat, jew persuna li titqies bħala inammissibbli għal raġunijiet ta’ immigrazzjoni jew persuna f’kustodja legali;
19.
“bagalji tal-kabina” tfisser bagalji maħsuba għal ġarr fil-kabina ta’ inġenju ta’ l-ajru.
20.
“bagalji ta’ l-istiva” tfisser bagalji maħsuba għal ġarr fl-istiva ta’ inġenju ta’ l-ajru;
21.
“bagalji ta’ l-istiva akkumpanjati” tfisser bagalji, li nġarru fl-istiva ta’ inġenju ta’ l-ajru, li jkunu ġew reġistrati għal titjira minn passiġġier li jkun qed jivvjaġġa fuq dik l-istess titjira;
22.
“posta tat-trasportatur ta’ l-ajru” tfisser posta li l-oriġini u d-destinazzjoni tagħha huma t-tnejn trasportatur ta’ l-ajru;
23.
“materjali tat-trasportatur ta’ l-ajru” tfisser materjali li l-oriġini u d-destinazzjoni tagħhom huma t-tnejn trasportatur ta’ l-ajru jew li jintużaw minn trasportatur ta’ l-ajru;
24.
“posta” tfisser dispaċċi ta’ korrispondenza u merkanzija oħra għajr posta tat-trasportatur ta’ l-ajru mibgħutin minn jew maħsubin għal kunsinna għal servizzi postali skond ir-regoli ta’ l-Unjoni Postali Universali;
25.
“merkanzija” tfisser kwalunkwe proprjetà maħsuba għall-ġarr fuq inġenju ta’ l-ajru, ħlief bagalji, posta, posta ta’ trasportatur ta’ l-ajru, materjali ta’ trasportaturi ta’ l-ajru u provvisti għal matul it-titjira;
26.
“aġent regolat” tfisser trasportatur ta’ l-ajru, aġent, speditur ta’ merkanzija jew kwalunkwe entità oħra li tiżgura l-kontrolli ta’ sigurtà fir-rigward ta’ merkanzija jew posta;
27.
“kunsinnatarju magħruf” tfisser kunsinnatarju li joriġina merkanzija jew posta għalih innifsu u li l-proċeduri tiegħu jissodisfaw regoli u standards komuni ta’ sigurtà li huma biżżejjed biex jippermettu l-ġarr ta’ dik il-merkanzija jew posta fuq kwalunkwe inġenju ta’ l-ajru;
28.
“kunsinnatarju in konto” tfisser kunsinnatarju li joriġina merkanzija jew posta għalih innifsu u li l-proċeduri tiegħu jissodisfaw regoli u standards komuni ta’ sigurtà li huma biżżejjed biex jippermettu l-ġarr ta’ dik il-merkanzija fuq inġenji ta’ l-ajru għall-merkanzija biss jew ta’ posta fuq inġenji ta’ l-ajru għall-posta biss;
29.
“kontroll ta’ sigurtà ta’ l-inġenju ta’ l-ajru” tfisser spezzjoni ta’ dawk il-partijiet ta’ ġewwa ta’ l-inġenju ta’ l-ajru li għalihom il-passiġġieri setgħa kellhom aċċess, flimkien ma’ spezzjoni ta’ l-istiva ta’ l-inġenju ta’ l-ajru sabiex jiġu individwati oġġetti projbiti u interferenzi illegali ma’ l-inġenju ta’ l-ajru;
30.
“tfittxija ta’ sigurtà ta’ l-inġenju ta’ l-ajru” tfisser spezzjoni tal-parti ta’ ġewwa u l-parti ta’ barra ta’ l-inġenju ta’ l-ajru li jkunu aċċessibbli sabiex jiġu individwati oġġetti projbiti u interferenzi illegali ma’ l-inġenju ta’ l-ajru li jimminaw is-sigurtà ta’ l-inġenju ta’ l-ajru;
31.
“uffiċjal ta’ sigurtà abbord titjira” tfisser persuna li hija impjegata minn xi stat sabiex tivvjaġġja fuq inġenju ta’ l-ajru ta’ trasportatur ta’ l-ajru liċenzjat minnu bil-għan li jipproteġi dak l-inġenju ta’ l-ajru u l-okkupanti tiegħu kontra atti ta’ interferenza illegali li jimminaw is-sigurtà tat-titjira.
|
|
Artikolu 4 Standards bażiċi komuni
|
|
|
Artikolu 5 Spejjeż ta’ sigurtà
|
Artikolu 5
Soġġett għar-regoli rilevanti tal-liġi Komunitarja, kull Stat Membru jista’ jiddetermina f’liema ċirkostanzi, u sa liema punt, l-ispejjeż ta’ miżuri ta’ sigurtà meħuda taħt dan ir-Regolament biex jipproteġu l-avjazzjoni ċivili kontra atti ta’ interferenza illegali jistgħu jitħallsu mill-Istati, l-entitajiet ta’ l-ajruport, l-inġenji ta’ l-ajru, aġenziji responsabbli oħra, jew l-utenti. Jekk xieraq, u f’konformità mal-liġi Komunitarja, l-Istati Membri jistgħu jikkontribwixxu ma’ utenti għall-ispejjeż ta’ miżuri ta’ sigurtà iżjed strinġenti meħuda taħt dan ir-Regolament. Sa fejn jista’ jiġi previst, kwalunkwe drittijiet jew trasferimenti ta’ spejjeż ta’ sigurtà għandhom ikunu direttament relatati ma’ l-ispejjeż ta’ forniment tas-servizzi ta’ sigurtà kkonċernati u għandhom ikunu mfassla biex jirkupraw mhux iżjed mill-ispejjeż rilevanti involuti.
|
|
Artikolu 6 Miżuri aktar strinġenti applikati minn Stati Membri
|
|
|
Artikolu 7 Miżuri ta’ sigurtà meħtieġa minn pajjiżi terzi
|
|
|
Artikolu 8 Kooperazzjoni ma’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali ta’ l-Avjazzjoni Ċivili
|
Artikolu 8
Kooperazzjoni ma’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali ta’ l-Avjazzjoni Ċivili
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 300 tat-Trattat, il-Kummissjoni tista’ tikkonkludi Memorandum ta’ Fehim li jikkonċerna verifki ma’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali ta’ l-Avjazzjoni Ċivili (ICAO) sabiex tiġi evitata d-dupplikazzjoni tal-monitoraġġ tal-konformità ta’ l-Istati Membri ma’ l-Anness 17 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali.
|
|
Artikolu 9 Awtorità kompetenti
|
Artikolu 9
Fejn, fi Stat Membri wieħed, ikun hemm żewġ korpi jew aktar involuti fis-sigurtà ta’ l-avjazzjoni ċivili, dak l-Istat Membru għandu jinnomina awtorità waħda (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-awtorità kompetenti) li għandha tkun responsabbli mill-koordinazzjoni u l-monitoraġġ ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-istandards bażiċi komuni msemmijin fl-Artikolu 4.
|
|
Artikolu 10 Programm nazzjonali ta’ sigurtà ta’ l-avjazzjoni ċivili
|
|
|
Artikolu 11 Programm nazzjonali ta’ kontroll tal-kwalità
|
|
|
Artikolu 12 Programm ta’ sigurtà ta’ l-ajruporti
|
|
|
Artikolu 13 Programm ta’ sigurtà ta’ trasportatur ta’ l-ajru
|
|
|
Artikolu 14 Programm tas-sigurtà ta’ l-entità
|
|
|
Artikolu 15 Spezzjonijiet mill-Kummissjoni
|
|
|
Artikolu 16 Rapport Annwali
|
Artikolu 16
Kull sena l-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Istati Membri, u tinfurmahom bl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u bl-impatt tiegħu fuq it-titjib tas-sigurtà ta’ l-avjazzjoni.
|
|
Artikolu 17 Grupp Konsultattiv tal-Partijiet Interessati
|
Artikolu 17
Grupp Konsultattiv tal-Partijiet Interessati
Mingħajr preġudizzju għar-rwol tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 19, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi Grupp Konsultattiv tal-Partijiet Interessati dwar is-Sigurtà ta’ l-Avjazzjoni, magħmul minn organizzazzjonijiet rappreżentattivi Ewropej li jaħdmu fil-qasam tas-sigurtà ta’ l-avjazzjoni jew li huma direttament affettwati minnha. Ir-rwol ta’ dan il-grupp għandu jkun biss dak ta’ jagħti pariri lill-Kummissjoni. Il-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 19 għandu jżomm infurmat lill-Grupp Konsultattiv tal-Partijiet Interessati matul il-proċess regolatorju kollu.
|
|
Artikolu 18 Tixrid ta’ informazzjoni
|
Artikolu 18
Bħala regola ġenerali, il-Kummissjoni għandha tippubblika miżuri li għandhom impatt dirett fuq il-passiġġieri. Madankollu, id-dokumenti li ġejjin għandhom jitqiesu bħala “informazzjoni klassifikati ta’ l-UE” skond it-tifsira tad-Deċiżjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom:
(a)
miżuri u proċeduri kif imsemmijin fl-Artikoli 4(3), 4(4), 6(1) u 7(1), jekk ikun fihom informazzjoni ta’ sigurtà sensittiva;
(b)
ir-rapporti ta’ spezzjoni mill-Kummissjoni u t-tweġibiet ta’ l-awtoritajiet xierqa, kif imsemmija fl-Artikolu 15(3).
|
|
Artikolu 19 Proċedura ta’ Kumitat
|
|
|
Artikolu 20 Ftehim bejn il-Komunità u pajjiżi terzi
|
Artikolu 20
Ftehim bejn il-Komunità u pajjiżi terzi
Meta jkun xieraq, u f’konformità mal-liġi Komunitarja, jistgħu jiġu maħsuba ftehim li jirrikonoxxu li l-istandards ta’ sigurtà applikati f’pajjiż terz huma ekwivalenti għall-istandards tal-Komunità li fi ftehim ta’ l-avjazzjoni bejn il-Komunità u pajjiż terz skond l-Artikolu 300 tat-Trattat, sabiex tiġi avvanzata l-mira ta’ “sistema ta’ kontroll tas-sigurtà unika” għat-titjiriet kollha bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi.
|
|
Artikolu 21 Penali
|
Artikolu 21
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar sanzjonijiet applikabbli għall-ksur tad- disposizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali jridu jkunu effettivi, propozjonati u dissważivi.
|
|
Artikolu 22 Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Finanzjament
|
Artikolu 22
Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Finanzjament
Il-Kummissjoni ser tirrapporta, mhux iżjed tard mill-31 ta’ Diċembru 2008, dwar il-prinċipji tal-finanzjament ta’ l-ispejjeż ta’ miżuri ta’ sigurtà fl-avjazzjoni ċivili. Dan ir-rapport ser iqis liema passi jeħtieġ li jittieħdu sabiex jiġi żgurat li miżati ta’ sigurtà jintużaw esklussivament biex jintlaħqu spejjeż ta’ sigurtà, u biex tittejjeb it-trasparenza ta’ tali miżati. Ir-rapport ser jindirizza wkoll il-prinċipji neċessarji biex tiġi ssalvagwardjata kompetizzjoni bla xkiel bejn l-ajruporti u bejn it-trasportaturi ta’ l-ajru, u l-metodi differenti biex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-konsumaturi fir-rigward tad-distribuzzjoni ta’ l-ispejjeż ta’ miżuri ta’ sigurtà bejn dawk li jħallsu t-taxxi u l-utenti. Ir-rapport tal-Kummissjoni ser ikun akkumpanjat, jekk xieraq, bi proposta leġiżlattiva.
|
|
Artikolu 23 Tħassir
|
Artikolu 23
Ir-Regolament (KE) Nru. 2320/2002 huwa b’ dan imħassar.
|
|
Artikolu 24 Dħul fis-seħħ
|
|
|
►M1ANNESS I◄ STANDARDS BAŻIĊI KOMUNI GĦAS-SALVAGWARDJA TA’ L-AVJAZZJONI ĊIVILI KONTRA ATTI TA’ INTERFERENZA ILLEGALI (ARTIKOLU 4)
|
►M1
ANNESS I ◄
STANDARDS BAŻIĊI KOMUNI GĦAS-SALVAGWARDJA TA’ L-AVJAZZJONI ĊIVILI KONTRA ATTI TA’ INTERFERENZA ILLEGALI (ARTIKOLU 4)
1. SIGURTÀ TA’ L-AJRUPORT
1.1. Rekwiżiti ta’ l-ippjanar ta’ ajruport
1.
Meta jiġu ddisinjati u mibnija faċilitajiet ġodda ta’ ajruport jew isir tibdil fil-faċilitajiet eżistenti ta’ ajruport, għandu jittieħed kont sħiħ tar-rekwiżiti għall-implimentazzjoni ta’ l-istandards bażiċi komuni stabbiliti f’dan l-Anness u ta’ l-atti implimentattivi tiegħu.
2.
Fl-ajruporti, għandhom jiġu stabbiliti ż-żoni li ġejjin:
(a)
iż-żona ta’ l-art (landside);
(b)
iż-żona ta’ l-ajru (airside);
(ċ)
żoni ta’ sigurtà ristretta; u
(d)
partijiet kritiċi ta’ żoni ta’ sigurtà ristretta.
1.2. Kontroll fuq l-Aċċess
1.
Aċċess għaż-żona ta’ l-ajru għandu jkun ristrett sabiex id-dħul minn persuni u vetturi mhux awtorizzati f’dawn l-inħawi jiġi prevenut.
2.
L-aċċess għal żoni ta’ sigurtà ristretta għandu jkun kontrollat sabiex persuni u vetturi mhux awtorizzati ma jidħlux f’dawn iż-żoni.
3.
Persuni u vetturi jistgħu biss jingħataw aċċess għan-naħa ta’ l-ajru u żoni ta’ sigurtà ristretta jekk ikunu jissodisfaw il-kondizzjonijiet ta’ sigurtà meħtieġa.
4.
Persuni, inklużi membri ta’ l-ekwipaġġ tat-titjira, għandhom ikunu temmew kontroll ta’ l-isfond qabel ma tinħarġilhom karta ta’ l-identità ta’ l-ekwipaġġ jew karta ta’ l-identità ta’ l-ajruport li tawtorizza aċċess bla skorta għal żoni ta’ sigurtà ristretta.
1.3. Skrinjar ta’ persuni minbarra passiġġieri u l-oġġetti li jġorru
1.
Persuni minbarra passiġġieri, flimkien ma’ l-oġġetti li jġorru, għandhom jiġu skrinjati fuq bażi kontinwa aleatorja meta jidħlu fiż-żoni ta’ sigurtà ristretta sabiex oġġetti projbiti ma jitħallewx jidħlu f’dawn iż-żoni.
2.
Il-persuni kollha minbarra passiġġieri, flimkien ma’l-oġġetti li jġorru, għandhom jiġu skrinjati meta jidħlu fil-partijiet kritiċi taż-żoni ta’ sigurtà ristretta sabiex oġġetti projbiti ma jitħallewx jidħlu f’dawn il-partijiet.
1.4. Eżami tal-vetturi
Vetturi li jidħlu f’żona ta’ sigurtà ristretta għandhom jiġu eżaminati sabiex oġġetti projbiti ma jitħallewx jidħlu f’dawn iż-żoni.
1.5. Sorveljanza, ronda u kontrolli fiżiċi oħra
Għandu jkun hemm sorveljanza, rondi u kontrolli fiżiċi oħrajn f’ajruporti u, fejn xieraq, fiż-żoni kollha biswit b’aċċess pubbliku, sabiex tiġi identifikata mġieba suspettuża ta’ persuni, jiġu identifikati vulnerabbiltajiet li jistgħu jiġu sfruttati biex jitwettaq att ta’ interferenza illegali u sabiex jinżammu lura persuni mit-twettiq ta’ tali atti.
2. ŻONI DEMARKATI TA’ L-AJRUPORTI
Inġenji ta’ l-ajru pparkjati f’żoni demarkati ta’ ajruporti li għalihom japplikaw il-miżuri alternattivi msemmijin fl-Artikolu 4(4), għandhom ikunu separati minn inġenji ta’ l-ajru li għalihom japplikaw bis-sħiħ l-istandards bażiċi komuni, sabiex jiġi żgurat li l-istandards ta’ sigurtà applikati għal inġenji ta’ l-ajru, passiġġieri, bagalji, merkanzija u posta ta’ dawn ta’ l-aħħar ma jiġux kompromessi.
3. SIGURTÀ TA’ L-INĠENJI TA’ L-AJRU
1.
Qabel it-tluq, inġenju ta’ l-ajru għandu jiġi soġġett għal kontroll jew tfittxija ta’ sigurtà ta’ inġenji ta’ l-ajru sabiex jiġi żgurat li l-ebda oġġett iprojbit ma jkun preżenti abbord. Inġenju ta’ l-ajru fi transitu jista’ jiġi soġġett għal miżuri oħra xierqa.
2.
Kull inġenju ta’ l-ajru għandu jiġi protett minn interferenza mhux awtorizzata.
4. PASSIĠĠIERI U BAGALJI TAL-KABINA
4.1. Skrinjar ta’ passiġġieri u bagalji tal-kabina
1.
Il-passiġġieri kollha ta’ oriġini, ta’ trasferiment u ta’ transitu u l-bagalji tal-kabina tagħhom għandhom jiġu skrinjati sabiex oġġetti projbiti ma jitħallewx jidħlu f’żoni ta’ sigurtà ristretta u abbord inġenji ta’ l-ajru.
2.
Passiġġieri ta’ trasferiment u l-bagalji tal-kabina tagħhom jistgħu jiġu eżentati minn skrinjar, jekk:
(a)
jaslu minn Stat Membru, dment li l-Kummissjoni jew dak l-Istat Membru ma jkunux ipprovdew informazzjoni li dawk il-passiġġieri u l-bagalji tal-kabina tagħhom ma jistgħux jitqiesu bħala li jkunu ġew skrinjati skond l-istandards komuni bażiċi; jew
(b)
jaslu minn pajjiż terz fejn l-istandards ta’ sigurtà applikati huma rikonoxxuti bħala ekwivalenti għall-istandards komuni bażiċi skond il-proċedura regulatorja msemmija fl-Artikolu 19(2).
3.
Passiġġieri fi transitu u l-bagalji tal-kabina tagħhom jistgħu jiġu eżentati minn skrinjar, jekk:
(a)
jibqgħu abbord l-inġenju ta’ l-ajru; jew
(b)
ma jitħalltux ma’ passiġġieri li se jitilqu li jkunu diġà ġew skrinjati minbarra dawk li jitilgħu fuq l-istess inġenju ta’ l-ajru; jew
(ċ)
jaslu minn Stat Membru, dment li l-Kummissjoni jew dak l-Istat Membru ma jkunux ipprovdew informazzjoni li dawk il-passiġġieri u l-bagalji tal-kabina tagħhom ma jistgħux jitqiesu bħala li jkunu ġew skrinjati skond l-istandards komuni bażiċi; jew
(d)
jaslu minn pajjiż terz fejn l-istandards ta’ sigurtà applikati huma rikonoxxuti bħala ekwivalenti għall-istandards komuni bażiċi skond il-proċedura regulartorja msemmija fl-Artikolu 19(2).
4.2. Protezzjoni tal-passiġġieri u tal-bagalji tal-kabina
1.
Il-passiġġieri u l-bagalji tal-kabina tagħhom għandhom jiġu protetti minn interferenzi mhux awtorizzati mill-punt li fih jiġu skrinjati sat-tluq ta’ l-inġenju ta’ l-ajru li fuqu jinġarru.
2.
Passiġġieri għat-tluq li jkunu ġew skrinjati m’għandhomx jitħalltu ma’ passiġġieri li jkunu qed jaslu, dment li:
(a)
il-passiġġieri ma jaslux minn Stat Membru, dment li l-Kummissjoni, jew dak l-Istat Membru, ma jkunux ipprovdew informazzjoni li dawk il-passiġġieri li qed jaslu u l-bagalji tal-kabina tagħhom ma jistgħux jitqiesu bħala li ġew skrinjati skond l-istandards bażiċi komuni; jew
(b)
il-passiġġieri jaslu minn pajjiż terz fejn l-istandards ta’ sigurtà applikati huma rikonoxxuti bħala ekwivalenti għall-istandards komuni bażiċi skond il-proċedura regulatorja msemmija fl-Artikolu 19(2).
4.3. Passiġġieri potenzjalment problematiċi
Qabel it-tluq passiġġieri potenzjalment problematiċi għandhom jiġu soġġetti għal miżuri ta’ sigurtà adatti.
5. BAGALJI TA’ L-ISTIVA
5.1. Skrinjar tal-bagalji ta’ l-istiva
1.
Il-bagalji kollha ta’ l-istiva għandhom jiġu skrinjati qabel ma jiġu mgħobbija fuq inġenju ta’ l-ajru sabiex l-introduzzjoni ta’ oġġetti projbiti f’żoni ta’ sigurtà ristretta u abbord inġenju ta’ l-ajru tiġi prevenuta.
2.
Bagali ta’ l-istiva fi trasferiment jistgħu jiġu eżentati minn skrinjar, jekk:
(a)
jaslu minn Stat Membru, sakemm il-Kummissjoni jew dak l-Istat Membru ma provdewx informazzjoni li dawk il-bagalji ta’ l-istiva ma jistgħux jitqiesu bħala mgħoddija mill-kontrolli tekniċi ta’ sigurtà bl-istandards komuni; jew
(b)
jaslu minn pajjiż terz fejn l-istandards ta’ sigurtà applikati huma rikonoxxuti bħala ekwivalenti għall-istandards komuni bażiċi skond il-proċedura regulatorja msemmija fl-Artikolu 19(2).
3.
Bagalji ta’ l-istiva fi transitu jistgħu jiġu eżentati minn skrinjar jekk jibqgħu abbord l-inġenju ta’ l-ajru.
5.2. Protezzjoni tal-bagalji ta’ l-istiva
Bagalji ta’ l-istiva li għandhom jinġarru fuq inġenju ta’ l-ajru għandhom jiġu protetti minn interferenza mhux awtorizzata mill-punt li fih jiġu skrinjati jew li ġew aċċettati fil-kura tat-trasportatur ta’ l-ajru, skond liema jiġi l-ewwel, sat-tluq ta’ l-inġenju ta’ l-ajru li fuqu għandhom jinġarru.
5.3. Tqabbil tal-bagalji
1.
Kull biċċa tal-bagalja fl-istiva għandha tiġi identifikata bħala akkumpanjata jew mhux akkumpanjata.
2.
Bagalji ta’ l-istiva mhux akkumpanjati m’għandhomx jinġarru, sakemm dawk il-bagalji jew ikunu ġew separati minħabba fatturi li jmorru lil hinn mill-kontroll tal-passiġġier, jew ikunu ġew suġġetti għal kontrolli xierqa ta’ sigurtà.
6. MERKANZIJA U POSTA
6.1. Kontrolli ta’ sigurtà għal merkanzija u posta
1.
Il-merkanzija u l-posta kollha għandhom jiġu soġġetti għal kontrolli ta’ sigurtà qabel ma jiġu mgħobbijin fuq inġenju ta’ l-ajru. Trasportatur ta’ l-ajru ma għandux jaċċetta merkanzija jew posta għall-ġarr fuq inġenju ta’ l-ajru ħlief jekk ikun applika dawk il-kontrolli huwa nnifsu jew l-applikazzjoni tagħhom tkun ġiet ikkonfermata jew ikun ingħata kont tagħha minn aġent regolat, kunsinnatarju magħruf jew kunsinnatarju in konto.
2.
Merkanzija fi trasferiment u posta fi trasferiment jistgħu jiġu soġġetti għal kontrolli ta’ sigurtà alternattivi hekk kif dettaljati f’att implimentattiv.
3.
Merkanzija fi transitu u posta fi transitu jistgħu jiġu eżenti minn kontrolli ta’ sigurtà jekk jibqgħu abbord l-inġenju ta’ l-ajru.
6.2. Protezzjoni ta’ merkanzija u posta
1.
Merkanzija u posta li għandhom jinġarru fuq inġenju ta’ l-ajru għandhom jiġu protetti minn interferenza mhux awtorizzata mill-punt minn fejn jiġu applikati kontrolli ta’ sigurtà sat-tluq ta’ l-inġenju ta’ l-ajru li jinġarru fuqu.
2.
Merkanzija u posta li m’humiex protetti adegwatament minn interferenza mhux awtorizzata wara li jkunu ġew applikati kontrolli ta’ sigurtà għandhom jiġu skrinjati.
7. POSTA U MATERJALI TAT-TRASPORTATURI TA’ L-AJRU
Posta u materjali tat-trasportaturi ta’ l-ajru għandhom jiġu soġġetti għal kontrolli ta’ sigurtà u wara dan protetti sakemm jitgħabbew fuq l-inġenju ta’ l-ajru sabiex oġġetti projbiti ma jitħallewx jittellgħu fuq inġenju ta’ l-ajru.
8. PROVVISTI GĦAT-TITJIRA
Provvisti għat-titjira, inkluż l-ikel u x-xorb, maħsubin għall-ġarr jew l-użu abbord inġenju ta’ l-ajru għandhom jiġu soġġetti għal kontrolli ta’ sigurtà u wara dan protetti sakemm jittellgħu fuq l-inġenju ta’ l-ajru sabiex oġġetti projbiti ma jitħallewx jittellgħu fuq inġenju ta’ l-ajru.
9. PROVVISTI TA’ L-AJRUPORT
Provvisti maħsubin għall-bejgħ jew l-użu f’żoni ta’ sigurtà ristretta ta’ l-ajruporti, inklużi l-provvisti għall-ħwienet tal-bejgħ mingħajr dazju u r-ristoranti, għandhom jiġu soġġetti għal kontrolli ta’ sigurtà sabiex oġġetti projbiti ma jitħallewx jidħlu f’dawn iż-żoni.
10. MIŻURI TA’ SIGURTÀ MATUL TITJIRA
1.
Mingħajr preġudizzju għar-regoli ta’ sigurtà ta’ l-avjazzjoni applikabbli:
(a)
persuni mhux awtorizzati ma għandhomx jitħallew jidħlu fil-kompartiment ta’ l-ekwipaġġ tat-titjira matul titjira;
(b)
passiġġiera potenzjalment problematiċi għandhom ikunu soġġetti għall-miżuri ta’ sigurtà adatti matul titjira.
2.
Għandhom jittieħdu miżuri ta’ sigurtà adatti bħal taħriġ ta’ l-ekwipaġġ tat-titjira u l-persunal tal-kabina biex atti ta’ interferenza illegali jiġu prevenuti matul titjira.
3.
M’għandhomx jinġarru armamenti abbord inġenju ta’ l-ajru, bl-eċċezzjoni ta’ dawk li jinġarru fl-istiva, ħlief jekk ikunu intlaħqu l-kundizzjonijiet meħtieġa ta’ sigurtà skond il-liġijiet nazzjonali u tkun ingħatat awtorizzazzjoni mill-Istati involuti.
4.
Il-paragrafu 3 għandu japplika wkoll għal uffiċjali ta’ sigurtà ta’ matul it-titjira jekk dawn iġorru armamenti.
11. REKLUTAĠĠ U TAĦRIĠ TAL-PERSUNAL
1.
Persuni li jimplimentaw, jew li huma responsabbli għall-implimentazzjoni, l-iskrinjar, il-kontroll fuq l-aċċess jew għal kontrolli ta’ sigurtà oħra għandhom jiġi reklutati, imħarrġin u, fejn xieraq, iċċertifikati sabiex jiġi żgurat li huma adegwati għall-impjieg u kompetenti biex iwettqu d-dmirijiet li jiġu assenjati għalihom.
2.
Persuni minbarra passiġġieri, li jeħtieġu aċċess għal żoni ta’ sigurtà ristretta għandhom jingħataw taħriġ fil-qasam tas-sigurtà, qabel tinħarġilhom jew karta ta’ l-identifikazzjoni ta’ l-ajruport jew karta ta’ l-identifikazzjoni ta’ l-ekwipaġġ.
3.
It-taħriġ kif imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 għandu jsir fuq bażi inizjali u rikorrenti.
4.
L-istrutturi li jieħdu ħsieb it-taħriġ tal-persuni msemmijin fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikollom il-kwalifiki meħtieġa.
12. TAGĦMIR TA’ SIGURTÀ
Tagħmir użat għal skrinjar, kontroll fuq l-aċċess u kontrolli ta’ sigurtà oħra għandu jikkonforma ma’ l-ispeċifikazzjonijiet definiti u jkun kapaċi jwettaq il-kontrolli ta’ sigurtà kkonċernati.
|
|
ANNESS II Speċifikazzjonijiet komuni għall-programm nazzjonali ta’ kontroll tal-kwalità li jridu jiġu implimentati minn kull Stat Membru fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili
|
ANNESS II
Speċifikazzjonijiet komuni għall-programm nazzjonali ta’ kontroll tal-kwalità li jridu jiġu implimentati minn kull Stat Membru fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili
1. DEFINIZZJONIJIET
1.1. Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)
“volum annwali tat-traffiku” tfisser l-għadd totali ta’ passiġġieri li jaslu, jitilqu u li jkunu fi tranżitu (jingħaddu darba);
(2)
“awtorità xierqa” tfisser l-awtorità nazzjonali nnominata minn Stat Membru skont l-Artikolu 9 biex tkun responsabbli għall-koordinazzjoni u għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-programm nazzjonali tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili tiegħu;
(3)
“awditur” tfisser kwalunkwe persuna li twettaq attivitajiet nazzjonali ta’ monitoraġġ tal-konformità f’isem l-awtorità xierqa;
(4)
“ċertifikazzjoni” tfisser evalwazzjoni u konferma formali minn jew f’isem l-awtorità xierqa li persuna jkollha l-kompetenzi meħtieġa biex twettaq il-funzjonijiet ta’ awditur f’livell aċċettabbli kif definit mill-awtorità xierqa;
(5)
“attivitajiet ta’ monitoraġġ tal-konformità” tfisser kwalunkwe proċedura jew proċess użat għall-valutazzjoni tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tal-programm nazzjonali tas-sigurtà tal-avjazzjoni;
(6)
“nuqqas” tfisser nuqqas ta’ konformità ma’ rekwiżit tas-sigurtà tal-avjazzjoni;
(7)
“spezzjoni” tfisser eżaminazzjoni tal-implimentazzjoni ta’ miżuri u proċeduri ta’ sigurtà sabiex jiġi ddeterminat jekk humiex qegħdin jitwettqu b’mod effettiv u skont l-istandard meħtieġ u biex jiġi identifikat kwalunkwe nuqqas;
(8)
“intervista” tfisser kontroll orali minn awditur biex jiġi stabbilit jekk humiex implimentati miżuri jew proċeduri speċifiċi ta’ sigurtà;
(9)
“osservazzjoni” tfisser kontroll viżwali minn awditur li miżura jew proċedura ta’ sigurtà tiġi implimentata;
(10)
“test evidenti” tfisser eżerċizzju mħabbar bi prodotti tal-iskrinjar jew persunal ieħor tas-sigurtà kkonċernat li b’mod realistiku jissimula l-prestazzjoni ta’ kontroll tas-sigurtà jew att ta’ interferenza illegali bl-għan li jiġu eżaminati jew imkejla elementi bħall-effettività tal-implimentazzjoni ta’ miżuri, kompetenzi u kapaċitajiet ta’ sigurtà eżistenti ta’ dak il-persunal biex iwettaq funzjonijiet assenjati;
(11)
“awtoritajiet rilevanti” tfisser, għall-finijiet tal-Kapitolu 19, l-awtorità xierqa jew kwalunkwe awtorità nazzjonali oħra li jkollha responsabbiltajiet għar-rapportar ta’ okkorrenzi, inċidenti, atti ta’ interferenza illegali u atti preparatorji tagħhom tas-sigurtà tal-avjazzjoni;
(12)
“min jagħmel ir-rapport” tfisser kwalunkwe persuna ġuridika jew fiżika li tirrapporta okkorrenza, inċident, att ta’ interferenza illegali, att preparatorju jew informazzjoni oħra relatata mas-sigurtà skont il-proċess ta’ rapportar obbligatorju jew volontarju stabbilit mill-Istati Membri;
(13)
“kampjun rappreżentattiv” tfisser għażla magħmula minn fost l-għażliet possibbli għall-monitoraġġ li hija biżżejjed fl-għadd u fil-firxa biex tipprovdi bażi għal konklużjonijiet ġenerali dwar l-istandards ta’ implimentazzjoni;
(14)
“awditu tas-sigurtà” tfisser eżaminazzjoni fil-fond tal-miżuri u tal-proċeduri ta’ sigurtà sabiex jiġi ddeterminat jekk humiex qegħdin jiġu implimentati bis-sħiħ fuq bażi kontinwa;
(15)
“inċident tas-sigurtà” tfisser okkorrenza tas-sigurtà li taffettwa jew li tista’ taffettwa s-sikurezza tal-passiġġieri, tal-ekwipaġġ, tal-persunal fuq l-art u tal-pubbliku ġenerali;
(16)
“okkorrenza tas-sigurtà” tfisser kwalunkwe avveniment relatat mas-sigurtà li jista’ jirriżulta f’eżitu ta’ sigurtà mnaqqsa, jista’ jżid ir-riskji operazzjonali jew li jipperikola s-sikurezza tal-passiġġieri, tal-ekwipaġġ, tal-persunal fuq l-art u tal-pubbliku ġenerali, jew ikun ksur potenzjali tal-konformità. Dan jinkludi l-identifikazzjoni jew l-osservazzjoni ta’ vulnerabbiltà fil-protezzjoni tal-avjazzjoni ċivili kontra atti ta’ interferenza illegali;
(17)
“test” tfisser proċess ta’ miżuri ta’ sigurtà tal-avjazzjoni, fejn l-awtorità xierqa tissimula l-intenzjoni li twettaq att ta’ interferenza illegali għall-fini li tiġi eżaminata l-effettività tal-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ sigurtà eżistenti;
(18)
“verifika” tfisser azzjoni meħuda minn awditur biex jiġi stabbilit jekk miżura speċifika ta’ sigurtà hijiex effettivament fis-seħħ;
(19)
“vulnerabbiltà” tfisser kwalunkwe dgħufija fil-miżuri u fil-proċeduri implimentati li tista’ tiġi sfruttata biex jitwettaq att ta’ interferenza illegali.
2. SETGĦAT TAL-AWTORITÀ XIERQA
2.1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-awtorità xierqa bis-setgħat meħtieġa għall-monitoraġġ u għall-infurzar tar-rekwiżiti kollha ta’ dan ir-Regolament u tal-atti ta’ implimentazzjoni tiegħu, inkluża s-setgħa li timponi penali f’konformità mal-Artikolu 21.
2.2. L-awtorità xierqa għandha twettaq attivitajiet ta’ monitoraġġ tal-konformità u għandu jkollha s-setgħat meħtieġa biex tirrikjedi li kwalunkwe nuqqas identifikat jiġi rettifikat fi żmien stabbilit.
2.3. Għandu jiġi stabbilit approċċ gradwali u proporzjonat fir-rigward tal-attivitajiet ta’ korrezzjoni tan-nuqqasijiet u l-miżuri ta’ infurzar. Dan l-approċċ għandu jikkonsisti minn passi progressivi li jridu jiġu segwiti sakemm tinkiseb il-korrezzjoni, inklużi:
(a)
pariri u rakkomandazzjonijiet bil-miktub;
(b)
twissija formali bil-miktub;
(c)
avviż ta’ infurzar uffiċjali;
(d)
sanzjonijiet amministrattivi u proċedimenti legali.
L-awtorità xierqa tista’ tneħħi wieħed jew aktar minn dawn il-passi, b’mod speċjali meta n-nuqqas ikun serju jew rikorrenti.
3. OBJETTIVI U KONTENUT TAL-PROGRAMM NAZZJONALI TA’ KONTROLL TAL-KWALITÀ
3.1. L-objettivi tal-programm nazzjonali ta’ kontroll tal-kwalità huma li jivverifika li l-miżuri ta’ sigurtà tal-avjazzjoni jiġu implimentati b’mod effettiv u xieraq u li jiddetermina l-livell ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u l-programm nazzjonali ta’ sigurtà tal-avjazzjoni ċivili, permezz ta’ attivitajiet ta’ monitoraġġ tal-konformità.
3.2. Il-programm nazzjonali ta’ kontroll tal-kwalità għandu jinkludi l-elementi li ġejjin:
(a)
struttura, responsabbiltajiet u riżorsi tal-organizzazzjoni;
(b)
deskrizzjonijiet tal-impjiegi tal-awdituri, u kwalifiki meħtieġa għalihom;
(c)
attivitajiet ta’ monitoraġġ tal-konformità, inkluż l-ambitu tal-awditi tas-sigurtà, l-ispezzjonijiet, it-testijiet u, wara ksur reali jew potenzjali tas-sigurtà, l-investigazzjonijiet, il-frekwenzi għall-awditi u l-ispezzjonijiet tas-sigurtà u wkoll il-klassifikazzjoni tal-konformità;
(d)
stħarriġ, meta jkun hemm raġuni biex jiġu vvalutati mill-ġdid il-ħtiġijiet tas-sigurtà;
(e)
attivitajiet ta’ korrezzjoni tan-nuqqasijiet li jipprovdu dettalji dwar ir-rapportar tan-nuqqasijiet, segwitu u korrezzjoni sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti tas-sigurtà tal-avjazzjoni;
(f)
miżuri ta’ infurzar u, meta jkun xieraq, penali, kif speċifikat fil-punti 2.1 u 2.3 ta’ dan l-Anness;
(g)
rapportar tal-attivitajiet ta’ monitoraġġ tal-konformità mwettqa inkluż, meta jkun xieraq, l-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-korpi nazzjonali dwar il-livelli ta’ konformità;
(h)
proċess ta’ monitoraġġ tal-ajruport, tal-operatur u tal-miżuri interni ta’ kontroll tal-kwalità tal-entità;
(i)
proċess biex jiġu rreġistrati u analizzati r-riżultati tal-programm nazzjonali ta’ kontroll tal-kwalità biex jiġu identifikati x-xejriet u biex jiġi ggwidat l-iżvilupp futur tal-politika;
(j)
proċess għar-rapportar obbligatorju ta’ informazzjoni dwar inċidenti tas-sigurtà tal-avjazzjoni, atti ta’ interferenza illegali u atti preparatorji għalihom, minn kwalunkwe operatur u entità responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programm nazzjonali tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili b’mod prattiku u f’waqtu lill-awtoritajiet rilevanti;
(k)
sistema ta’ rapportar kunfidenzjali u volontarja għall-analiżi tal-informazzjoni dwar is-sigurtà pprovduta minn sorsi bħall-pubbliku, il-passiġġieri, il-persunal, l-ekwipaġġ, il-persunal fuq l-art u kwalunkwe persuna oħra fis-settur tal-avjazzjoni.
4. MONITORAĠĠ TAL-KONFORMITÀ
4.1. L-ajruporti, l-operaturi u l-entitajiet l-oħrajn kollha b’responsabbiltajiet tas-sigurtà tal-avjazzjoni għandhom jiġu mmonitorjati regolarment biex jiġi żgurat li n-nuqqasijiet jiġu osservati u kkorreġuti fil-pront.
4.2. Il-monitoraġġ għandu jsir f’konformità mal-programm nazzjonali ta’ kontroll tal-kwalità, filwaqt li jitqies il-livell ta’ theddid, it-tip u n-natura tal-operazzjonijiet, l-istandard ta’ implimentazzjoni, ir-riżultati tal-kontroll intern tal-kwalità tal-ajruporti, tal-operaturi u tal-entitajiet, u fatturi u valutazzjonijiet oħrajn li jaffettwaw il-prijoritajiet u l-frekwenza tal-monitoraġġ.
4.3. Il-monitoraġġ għandu jinkludi l-implimentazzjoni u l-effettività tal-miżuri interni ta’ kontroll tal-kwalità tal-ajruporti, tal-operaturi u tal-entitajiet.
4.4. Il-monitoraġġ f’kull ajruport individwali għandu jkun magħmul minn taħlita xierqa ta’ attivitajiet ta’ monitoraġġ tal-konformità u għandu jipprovdi ħarsa ġenerali komprensiva lejn l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ sigurtà fil-qasam.
4.5. Il-ġestjoni, l-istabbiliment tal-prijoritajiet u l-organizzazzjoni tal-programm ta’ kontroll tal-kwalità għandhom jitwettqu indipendentement mill-implimentazzjoni operazzjonali tal-miżuri meħuda skont il-programm nazzjonali tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili.
4.6. L-attivitajiet ta’ monitoraġġ tal-konformità għandhom jinkludu awditi, spezzjonijiet u testijiet tas-sigurtà.
5. METODOLOĠIJA
5.1. Il-metodoloġija għat-twettiq tal-attivitajiet ta’ monitoraġġ għandha tikkonforma ma’ approċċ standardizzat, li jinkludi t-tqassim tal-kompiti, l-ippjanar, it-tħejjija, l-attività fuq il-post, il-klassifikazzjoni tas-sejbiet, it-tlestija tar-rapport u l-proċess ta’ korrezzjoni.
5.2. L-attivitajiet ta’ monitoraġġ tal-konformità għandhom ikunu bbażati fuq il-ġbir sistematiku ta’ informazzjoni permezz ta’ osservazzjonijiet, intervisti, eżaminazzjoni ta’ dokumenti u verifiki.
5.3. Il-monitoraġġ tal-konformità għandu jinkludi kemm attivitajiet imħabbra kif ukoll mhux imħabbra.
6. AWDITI TAS-SIGURTÀ
6.1. Awditu tas-sigurtà għandu jkopri:
(a)
il-miżuri kollha tas-sigurtà f’ajruport; jew
(b)
il-miżuri kollha tas-sigurtà implimentati minn ajruport, terminal ta’ ajruport, operatur jew entità individwali; jew
(c)
parti partikolari mill-programm nazzjonali tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili.
6.2. Għandha tiġi stabbilita metodoloġija għat-twettiq ta’ awditu tas-sigurtà filwaqt li jitqiesu l-elementi li ġejjin:
(a)
it-tħabbir tal-awditu tas-sigurtà u l-komunikazzjoni ta’ kwestjonarju ta’ qabel l-awditu, jekk ikun xieraq;
(b)
il-fażi ta’ tħejjija inkluż l-eżaminazzjoni tal-kwestjonarju mimli ta’ qabel l-awditu u ta’ dokumentazzjoni rilevanti oħra;
(c)
briefing introduttorju ma’ rappreżentanti tal-ajruport/operatur/entità qabel il-bidu tal-attività ta’ monitoraġġ fuq il-post;
(f)
meta jiġu identifikati nuqqasijiet, il-proċess ta’ korrezzjoni u l-monitoraġġ assoċjat ta’ dak il-proċess.
6.3. Sabiex jiġi kkonfermat li l-miżuri tas-sigurtà jiġu implimentati, it-twettiq ta’ awditu tas-sigurtà għandu jkun ibbażat fuq ġbir sistematiku ta’ informazzjoni b’teknika waħda jew b’aktar minn teknika waħda minn dawn li ġejjin:
(a)
eżaminazzjoni ta’ dokumenti;
6.4. L-ajruporti b’volum ta’ traffiku annwali ta’ aktar minn 10 miljun passiġġier għandhom ikunu soġġetti għal awditu tas-sigurtà li jkopri l-istandards kollha tas-sigurtà tal-avjazzjoni mill-inqas kull 4 snin. L-eżaminazzjoni għandha tinkludi kampjun rappreżentattiv ta’ informazzjoni.
7. SPEZZJONIJIET
7.1. L-ambitu ta’ spezzjoni għandu jkopri mill-inqas sett wieħed ta’ miżuri tas-sigurtà direttament marbuta tal-Anness I u l-atti ta’ implimentazzjoni korrispondenti mmonitorjati bħala attività waħda jew f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, li normalment ma jaqbiżx it-3 xhur. L-eżaminazzjoni għandha tinkludi kampjun rappreżentattiv ta’ informazzjoni.
7.2. Sett ta’ miżuri tas-sigurtà marbutin direttament huwa sett ta’ żewġ rekwiżiti jew aktar kif imsemmi fl-Anness I u fl-atti ta’ implimentazzjoni korrispondenti li jħallu impatt fuq xulxin tant mill-qrib li l-ilħuq tal-objettiv ma jistax jiġi vvalutat b’mod adegwat sakemm ma jitqisux flimkien. Dawn is-settijiet għandhom jinkludu dawk elenkati fl-Appendiċi I ta’ dan l-Anness.
7.3. L-ispezzjonijiet ma għandhomx jitħabbru. Meta l-awtorità xierqa tqis li dan ma huwiex prattikabbli, l-ispezzjonijiet jistgħu jitħabbru. Għandha tiġi stabbilita metodoloġija għat-twettiq ta’ spezzjoni filwaqt li jitqiesu l-elementi li ġejjin:
(c)
stħarriġ, skont il-frekwenza u r-riżultati tal-attivitajiet ta’ monitoraġġ;
(d)
rapportar/reġistrazzjoni;
(e)
proċess ta’ korrezzjoni u l-monitoraġġ tiegħu.
7.4. Sabiex jiġi kkonfermat li l-miżuri tas-sigurtà huma effettivi, it-twettiq tal-ispezzjoni għandu jkun ibbażat fuq il-ġbir sistematiku ta’ informazzjoni b’teknika waħda jew b’aktar minn teknika waħda minn dawn li ġejjin:
(a)
eżaminazzjoni ta’ dokumenti;
7.5. F’ajruporti b’volum ta’ traffiku annwali ta’ aktar minn 2 miljun passiġġier, il-frekwenza minima għall-ispezzjoni tas-settijiet kollha ta’ miżuri tas-sigurtà marbuta direttament stabbiliti fil-Kapitoli 1 sa 6 tal-Anness I għandha tkun mill-inqas kull 12-il xahar, sakemm ma jkunx twettaq awditu fl-ajruport matul dak iż-żmien. Il-frekwenza għall-ispezzjoni tal-miżuri kollha tas-sigurtà koperti mill-Kapitoli 7 sa 12 tal-Anness I għandha tiġi ddeterminata mill-awtorità xierqa abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju.
7.6. Meta Stat Membru ma jkollu l-ebda ajruport b’volum ta’ traffiku annwali akbar minn 2 miljun passiġġier, ir-rekwiżiti tal-punt 7.5 għandhom japplikaw għall-ajruport fit-territorju tiegħu bl-akbar volum ta’ traffiku annwali.
7.7. Il-frekwenzi għall-ispezzjoni tal-ajruporti b’volum ta’ traffiku annwali li ma jaqbiżx 2 miljun passiġġier, operatur u entità għandhom jiġu stabbiliti mill-awtorità xierqa filwaqt li jitqiesu l-elementi msemmija fil-punt 4.2. Il-frekwenzi għandhom jirreferu għall-monitoraġġ tas-settijiet rilevanti kollha ta’ miżuri tas-sigurtà marbutin direttament stabbiliti fil-Kapitoli 1 sa 12 tal-Anness I.
8. TESTIJIET
8.1. Għandhom jitwettqu testijiet biex tiġi eżaminata l-effettività tal-implimentazzjoni tal-miżuri tas-sigurtà elenkati hawn taħt, bħala minimu fl-ajruporti kollha li jaqgħu taħt il-punti 7.5 u 7.6:
(a)
kontroll tal-aċċess għaż-żoni ristretti tas-sigurtà;
(b)
skrinjar ta’ persuni għajr il-passiġġieri u l-oġġetti li jġorru magħhom;
(c)
protezzjoni tal-inġenji tal-ajru;
(d)
skrinjar tal-passiġġieri u tal-bagalji tal-kabina;
(e)
protezzjoni tal-bagalji tal-istiva;
(f)
skrinjar ta’ merkanzija jew posta;
(g)
protezzjoni ta’ merkanzija u posta.
Għat-testijiet li jridu jitwettqu fl-ajruporti li ma jaqgħux taħt il-punti 7.5 u 7.6, il-prijoritajiet għandhom jiġu stabbiliti fl-ippjanar annwali tal-attivitajiet ta’ monitoraġġ tal-konformità.
8.2. L-awtorità xierqa tista’, abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju, twettaq testijiet biex teżamina l-effettività tal-implimentazzjoni tal-miżuri addizzjonali tas-sigurtà li ġejjin:
(a)
eżaminazzjoni ta’ vetturi;
(b)
tfittxija tas-sigurtà ta’ inġenji tal-ajru;
(c)
skrinjar tal-bagalji tal-istiva;
(d)
skrinjar tal-provvisti għal matul it-titjira u tal-ajruport;
(e)
protezzjoni tal-provvisti għal matul it-titjira u tal-ajruport;
(f)
protezzjoni tal-faċilitajiet u tal-perimetru tal-ajruport.
8.3. Għandu jiġi żviluppat protokoll ta’ ttestjar li jinkludi l-metodoloġija filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti legali, tas-sikurezza u operazzjonali. Il-metodoloġija għandha tindirizza l-elementi li ġejjin:
(c)
stħarriġ, skont il-frekwenza u r-riżultati tal-attivitajiet ta’ monitoraġġ;
(d)
rapportar/reġistrazzjoni;
(e)
proċess ta’ korrezzjoni u l-monitoraġġ assoċjat.
8.4. Il-frekwenzi għat-testijiet għandhom jiġu stabbiliti mill-awtorità xierqa filwaqt li jitqiesu l-elementi msemmija fil-punt 4.2.
8.5. It-testijiet jistgħu jiġu sostitwiti jew issupplimentati b’testijiet evidenti f’każijiet meta ma jkunx possibbli li jinkiseb kampjun rappreżentattiv ta’ testijiet minħabba, pereżempju, l-implimentazzjoni limitata ta’ ċerti miżuri tas-sigurtà, jew meta l-kundizzjonijiet lokali jkunu jfixklu l-effettività tat-testijiet.
9. STĦARRIĠ
9.1. L-istħarriġ għandu jitwettaq kull meta l-awtorità xierqa tirrikonoxxi l-ħtieġa li l-operazzjonijiet jiġu evalwati mill-ġdid sabiex tiġi identifikata u indirizzata kwalunkwe vulnerabbiltà. Meta tiġi identifikata vulnerabbiltà, l-awtorità xierqa għandha tirrikjedi l-implimentazzjoni ta’ miżuri protettivi proporzjonati mat-theddida.
10. RAPPORTAR TAL-ATTIVITAJIET TA’ MONITORAĠĠ TAL-KONFORMITÀ
10.1. L-attivitajiet ta’ monitoraġġ tal-konformità għandhom jiġu rrapportati jew irreġistrati f’format standardizzat li jippermetti analiżi kontinwa tax-xejriet.
10.2. L-elementi li ġejjin għandhom jiġu inklużi fil-format standardizzat:
(b)
ajruport, operatur jew entità mmonitorjata;
(c)
data u l-ħin tal-attività;
(d)
isem tal-awdituri li jwettqu l-attività;
(f)
sejbiet bid-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-programm nazzjonali tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili;
(g)
klassifikazzjoni tal-konformità;
(h)
rakkomandazzjonijiet għal azzjonijiet ta’ rimedju, meta jkun xieraq;
(i)
perjodu ta’ żmien għall-korrezzjoni, meta jkun xieraq.
10.3. Meta jiġu identifikati nuqqasijiet, l-awtorità xierqa għandha tirrapporta s-sejbiet rilevanti lill-ajruport, lill-operaturi jew lill-entitajiet soġġetti għal monitoraġġ.
11. KLASSIFIKAZZJONI KOMUNI TAL-KONFORMITÀ
11.1. L-attivitajiet ta’ monitoraġġ tal-konformità għandhom jivvalutaw l-implimentazzjoni tal-programm nazzjonali tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili bl-użu tas-sistema ta’ klassifikazzjoni armonizzata ta’ konformità stabbilita fl-Appendiċi II.
12. KORREZZJONI TAN-NUQQASIJIET
12.1. Il-korrezzjoni tan-nuqqasijiet identifikati għandha tiġi implimentata minnufih. Meta l-korrezzjoni ma tkunx tista’ sseħħ fil-pront, għandhom jiġu implimentati miżuri ta’ kumpens. Meta l-monitoraġġ ġenerali tal-implimentazzjoni ta’ miżura tas-sigurtà, minħabba nuqqasijiet individwali jew iżolati, jirriżulta fil-livell ta’ konformità “Konformi, iżda huwa mixtieq titjib”, dawk in-nuqqasijiet għandhom jiġu kkoreġuti wkoll.
12.2. L-awtorità xierqa għandha tirrikjedi li l-ajruporti, l-operaturi jew l-entitajiet soġġetti għal attivitajiet ta’ monitoraġġ tal-konformità jissottomettu għal ftehim, pjan ta’ azzjoni li jindirizza kwalunkwe nuqqas deskritt fir-rapporti flimkien ma’ perjodu ta’ żmien għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ta’ rimedju u li jipprovdu konferma meta jitlesta l-proċess ta’ korrezzjoni.
13. ATTIVITAJIET TA’ SEGWITU RELATATI MAL-VERIFIKA TAL-KORREZZJONI
13.1. Wara konferma mill-ajruport, mill-operatur jew mill-entità soġġetta għall-monitoraġġ li tkun ittieħdet kwalunkwe azzjoni ta’ rimedju meħtieġa, l-awtorità xierqa għandha tivverifika l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ta’ rimedju.
13.2. L-attivitajiet ta’ segwitu għandhom jużaw l-aktar metodu ta’ monitoraġġ rilevanti.
14. DISPONIBBILTÀ TAL-AWDITURI
14.1. Kull Stat Membru għandu jiżgura li jkun hemm għadd suffiċjenti ta’ awdituri disponibbli għall-awtorità xierqa direttament jew taħt is-superviżjoni tagħha għat-twettiq tal-attivitajiet kollha ta’ monitoraġġ tal-konformità.
15. KRITERJI TA’ KWALIFIKA GĦALL-AWDITURI
15.1. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awdituri li jwettqu funzjonijiet f’isem l-awtorità xierqa:
(a)
ikunu ħielsa minn kwalunkwe obbligu kuntrattwali jew pekunarju għall-ajruport, għall-operatur jew għall-entità li trid tiġi mmonitorjata; u
(b)
jkollhom il-kompetenzi xierqa, li jinkludu esperjenza teoretika u prattika suffiċjenti fil-qasam rilevanti.
L-awdituri għandhom ikunu soġġetti għal ċertifikazzjoni jew għal approvazzjoni ekwivalenti mill-awtorità xierqa.
15.2. L-awdituri għandu jkollhom il-kompetenzi li ġejjin:
(a)
fehim tal-miżuri ta’ sigurtà applikabbli kurrenti u kif dawn jiġu applikati għall-operazzjonijiet li qegħdin jiġu eżaminati, inklużi:
—
fehim tal-prinċipji tas-sigurtà,
—
fehim tal-kompiti superviżorji,
—
fehim tal-fatturi li jaffettwaw il-prestazzjoni tal-bniedem,
(b)
tagħrif prattiku ta’ teknoloġiji u tekniki tas-sigurtà;
(c)
tagħrif ta’ prinċipji, proċeduri u tekniki tal-monitoraġġ tal-konformità;
(d)
tagħrif prattiku tal-operazzjonijiet li qegħdin jiġu eżaminati;
(e)
fehim tar-rwol u tas-setgħat tal-awditur.
15.3. L-awdituri għandhom jgħaddu minn taħriġ rikorrenti bi frekwenza suffiċjenti biex jiġi żgurat li jinżammu l-kompetenzi eżistenti u jiġu akkwistati kompetenzi ġodda biex jitqiesu l-iżviluppi fil-qasam tas-sigurtà.
16. SETGĦAT TAL-AWDITURI
16.1. L-awdituri li jwettqu attivitajiet ta’ monitoraġġ għandhom jiġu pprovduti b’awtorità suffiċjenti biex jiksbu l-informazzjoni meħtieġa biex iwettqu l-kompiti tagħhom.
16.2. L-awdituri għandhom iġorru prova tal-identità li tawtorizza attivitajiet ta’ monitoraġġ tal-konformità f’isem l-awtorità xierqa u li tippermetti aċċess għaż-żoni kollha meħtieġa.
16.3. L-awdituri għandhom ikunu intitolati li:
(a)
jiksbu aċċess immedjat għaż-żoni rilevanti kollha inklużi l-inġenji tal-ajru u l-binjiet għal skopijiet ta’ monitoraġġ; u
(b)
jirrikjedu l-implimentazzjoni korretta jew ir-ripetizzjoni tal-miżuri tas-sigurtà.
16.4. Bħala konsegwenza tas-setgħat mogħtija lill-awdituri, l-awtorità xierqa għandha taġixxi f’konformità mal-punt 2.3 fil-każijiet li ġejjin:
(a)
tfixkil jew impediment intenzjonali ta’ awditur;
(b)
nuqqas jew rifjut li tiġi pprovduta informazzjoni mitluba minn awditur;
(c)
meta tingħata informazzjoni falza jew qarrieqa lil awditur bil-ħsieb ta’ qerq; u
(d)
impersonifikazzjoni ta’ awditur bil-ħsieb ta’ qerq.
17. L-AĦJAR PRATTIKI
17.1. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bl-aħjar prattiki fir-rigward tal-programmi ta’ kontroll tal-kwalità, il-metodoloġiji tal-awditjar u l-awdituri. Il-Kummissjoni għandha tikkondividi din l-informazzjoni mal-Istati Membri.
18. RAPPORTAR TAL-ATTIVITAJIET TA’ MONITORAĠĠ TAL-KONFORMITÀ LILL-KUMMISSJONI
18.1. Kull sena l-Istati Membri għandhom jissottomettu rapport lill-Kummissjoni dwar il-miżuri meħuda biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament u dwar is-sitwazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni fl-ajruporti li jinsabu fit-territorju tagħhom. Il-perjodu ta’ referenza għar-rapport għandu jkun mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru. Ir-rapport għandu jkun dovut 3 xhur wara t-tlestija tal-perjodu ta’ referenza.
18.2. Il-kontenut tar-rapport għandu jkun f’konformità mal-Appendiċi III permezz ta’ mudell fornut mill-Kummissjoni.
18.3. Il-Kummissjoni għandha tikkondividi l-konklużjonijiet ewlenin meħuda minn dawn ir-rapporti mal-Istati Membri.
19. RAPPORTAR TAL-OKKORRENZI, L-INĊIDENTI, L-ATTI TA’ INTERFERENZA ILLEGALI U L-ATTI PREPARATORJI TAGĦHOM TAS-SIGURTÀ TAL-AVJAZZJONI
19.1. Meta l-awtorità xierqa tidentifika jew tirċievi informazzjoni dwar att ta’ interferenza illegali jew inċident tas-sigurtà tal-avjazzjoni li jkun seħħ jew li jkun se jseħħ, li jkollu jew li x’aktarx ikollu impatt serju fuq il-livell tas-sigurtà tal-avjazzjoni fl-Unjoni jew fuq is-sistema internazzjonali tas-sigurtà tal-avjazzjoni, din għandha tinforma lill-Kummissjoni mill-aktar fis possibbli. Soġġett għar-regoli nazzjonali dwar il-protezzjoni tal-informazzjoni rilevanti għas-sigurtà nazzjonali, in-notifika għandha tinkludi kwalunkwe informazzjoni fattwali rilevanti u disponibbli utli biex jiġi vvalutat jekk hijiex meħtieġa azzjoni fil-pront sabiex jinżamm jew jiġi stabbilit mill-ġdid il-livell tas-sigurtà tal-avjazzjoni fl-Unjoni u tiġi pprovduta l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni meħtieġa fil-livell internazzjonali. Malli tirċievi tali informazzjoni, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħrajn.
19.2. Għall-fini tal-implimentazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 3.2(j) u (k) u d-dispożizzjonijiet ta’ hawn taħt, mill-1 ta’ Jannar 2028 kull Stat Membru għandu jistabbilixxi proċess għar-rapportar, il-klassifikazzjoni, l-ipproċessar, il-ħżin, il-protezzjoni, l-analiżi u l-aggregazzjoni ta’ informazzjoni dwar inċidenti tas-sigurtà tal-avjazzjoni, atti ta’ interferenza illegali u atti preparatorji għalihom. Dak il-proċess għandu jipprevedi sistemi ta’ rapportar volontarji obbligatorji u kunfidenzjali u għandu jinkludi rekwiżiti dettaljati biex jiġu żgurati rapportar u segwitu effettivi u effiċjenti inklużi l-eżekuzzjoni u l-koordinazzjoni ta’ kompiti sussegwenti kif ukoll kwalunkwe miżura jew deċiżjoni li għandha tittieħed mill-awtoritajiet rilevanti.
19.3. Mill-1 ta’ Jannar 2028, l-operaturi u l-entitajiet responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programm nazzjonali tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili għandhom jirrapportaw informazzjoni dwar inċidenti tas-sigurtà tal-avjazzjoni lill-awtoritajiet rilevanti. L-inċidenti tas-sigurtà jiġu ddeżinjati minn uffiċjal jew minn maniġer tas-sigurtà għal okkorrenza ta’ sigurtà rrapportata abbażi ta’ analiżi tal-okkorrenza u determinazzjoni li hija meħtieġa azzjoni addizzjonali. Inċident tas-sigurtà jista’ jirriżulta wkoll, u jiġi kklassifikat bħala tali mill-awtorità xierqa, f’att ta’ interferenza illegali li jrid jiġi rrapportat lill-ICAO f’konformità mal-Anness 17 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago. L-iskadenzi tar-rapportar li ġejjin għandhom japplikaw għal tali rapportar obbligatorju, li jibda miż-żmien meta l-okkorrenza sottostanti tiġi rrapportata permezz tas-sistema ta’ rapportar interna msemmija fil-punt 19.4:
(a)
mill-aktar fis possibbli, iżda mhux aktar tard minn 24 siegħa f’każ li l-inċident ikollu impatt serju u immedjat fuq il-livell tas-sigurtà tal-avjazzjoni;
(b)
fi żmien 72 siegħa, meta l-inċident ikollu impatt serju fuq il-livell tas-sigurtà tal-avjazzjoni;
(c)
fuq bażi ta’ kull xahar, fil-każ tal-inċidenti l-oħrajn kollha.
19.4. Mill-1 ta’ Jannar 2028, l-operaturi u l-entitajiet responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programm nazzjonali tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili għandhom jistabbilixxu sistema ta’ rapportar interna għar-rapportar ta’ informazzjoni dwar okkorrenzi tas-sigurtà tal-avjazzjoni b’mod prattiku u f’waqtu. Il-persunal kollu tal-operaturi u tal-entitajiet responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programm nazzjonali tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili għandu jirrapporta informazzjoni dwar okkorrenzi tas-sigurtà tal-avjazzjoni permezz ta’ tali sistema ta’ rapportar interna.
19.5. Mill-1 ta’ Jannar 2028, l-awtoritajiet rilevanti u kwalunkwe operatur jew entità responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programm nazzjonali tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili għandha tinnomina mill-anqas persuna jew dipartiment wieħed responsabbli għar-rapportar, inkluż il-kontroll tal-kwalità tad-data biex tittejjeb il-konsistenza tad-data. Ir-rekwiżiti ta’ reklutaġġ u taħriġ għall-persuni li jinħatru biex iwettqu tali kompiti għandhom jiġu stabbiliti fir-regoli ta’ implimentazzjoni, adottati mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 4(3) ta’ dan ir-Regolament.
19.6. Mill-1 ta’ Jannar 2028, ir-rapportar obbligatorju lill-awtoritajiet rilevanti għandu jitwettaq bl-użu tal-mudell kif stabbilit fl-Appendiċi IV, u għandu jirreferi għall-klassifikazzjoni komuni kif stabbilit fl-Appendiċi V. Ir-rapportar volontarju jista’ jitwettaq ukoll bl-użu tal-mudell stabbilit fl-Appendiċi IV u għandu jirreferi għall-klassifikazzjoni komuni kif stabbilit fl-Appendiċi V.
19.7. Mill-1 ta’ Jannar 2028, l-awtoritajiet rilevanti għandhom jaħżnu rapporti f’bażi ta’ data nazzjonali. Il-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni sensittiva dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni li tinsab fir-rapporti kif ukoll kwalunkwe analiżi tagħha għandha tiġi żgurata f’konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni u dik nazzjonali. Għal dan il-għan, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi rekwiżiti dettaljati dwar l-aċċess għal tali informazzjoni kif ukoll il-protezzjoni fiżika u tat-teknoloġija tal-informazzjoni tagħha.
19.8. Mill-1 ta’ Jannar 2028, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi rekwiżiti dettaljati dwar l-ipproċessar u l-ħżin ta’ rapporti biex jipprevjeni l-użu ta’ informazzjoni li tinsab fihom għal finijiet minbarra s-sigurtà tal-avjazzjoni u għandu jissalvagwardja b’mod xieraq il-kunfidenzjalità tal-identità ta’ min jirrapporta u tal-persuni msemmija fir-rapport, soġġett għar-rekwiżiti dwar proċedimenti kriminali, dixxiplinari jew amministrattivi skont il-liġi nazzjonali.
19.9. Mill-1 ta’ Jannar 2028, l-awtoritajiet rilevanti għandhom jistabbilixxu u jimplimentaw proċeduri għall-kondiviżjoni, abbażi tal-ħtieġa ta’ għarfien, tal-informazzjoni rilevanti li tinsab fir-rapporti u dwar l-azzjonijiet ta’ segwitu biex jassistu lil awtoritajiet u aġenziji nazzjonali oħrajn, lill-operaturi tal-ajruporti, lit-trasportaturi tal-ajru u lil entitajiet oħrajn ikkonċernati, meta dan jista’ jikkontribwixxi għaż-żamma u għat-titjib tas-sigurtà tal-avjazzjoni.
19.10. Mill-1 ta’ Jannar 2028, minkejja l-punt 19.8, f’każ li l-informazzjoni jkollha rilevanza għas-sikurezza tal-avjazzjoni, l-awtoritajiet rilevanti jistgħu jikkondividuha mal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili, soġġett għar-rekwiżiti applikabbli dwar il-kunfidenzjalità, il-protezzjoni u t-tneħħija ta’ informazzjoni kif xieraq.
19.11. Mill-1 ta’ Jannar 2028, soġġett għar-rekwiżiti dwar il-kunfidenzjalità u l-protezzjoni skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u dik nazzjonali, kif applikabbli, l-awtoritajiet rilevanti għandhom jikkondividu l-informazzjoni rilevanti li tinsab f’rapporti mal-Kummissjoni u ma’ Stati Membri oħrajn, meta dan jista’ jikkontribwixxi għaż-żamma u għat-titjib tas-sigurtà tal-avjazzjoni, inkluż bi tweġiba għal mistoqsijiet speċifiċi mill-Kummissjoni jew minn Stati Membri oħrajn.
19.12. Mill-1 ta’ Jannar 2028, soġġett għar-rekwiżiti dwar il-kunfidenzjalità u l-protezzjoni skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u dik nazzjonali, kif applikabbli, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jikkondividu l-informazzjoni rilevanti li tinsab f’rapporti ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u mal-awtoritajiet rilevanti ta’ pajjiżi terzi, meta dan ikun meħtieġ skont ftehimiet internazzjonali jew meta dan jista’ jikkontribwixxi għaż-żamma u għat-titjib tas-sigurtà tal-avjazzjoni.
19.13. Mill-1 ta’ Jannar 2028, mingħajr preġudizzju għall-punti 19.1 u 19.11., kull sena l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni rapport li jkun fih statistika dwar ir-rapporti riċevuti, aggregati f’konformità mal-klassifikazzjoni komuni kif stabbilita fl-Appendiċi V u l-analiżi tagħhom. Il-perjodu ta’ referenza għar-rapport għandu jkun mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru, u għandu jkun dovut 6 xhur wara t-tlestija tal-perjodu ta’ referenza.
19.14. Mill-1 ta’ Jannar 2028, il-Kummissjoni għandha tikkondividi l-konklużjonijiet ewlenin li jirriżultaw mir-rapporti sottomessi skont il-punt 19.13 mal-Kumitat Regolatorju għas-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ċivili u mal-Grupp Konsultattiv tal-Partijiet Ikkonċernati dwar is-Sigurtà tal-Avjazzjoni.
19.15. Mill-1 ta’ Jannar 2028, sabiex tipprovdi approċċ armonizzat fil-livell tal-Unjoni, il-Kummissjoni tista’ tagħmel disponibbli strument xieraq tat-teknoloġija tal-informazzjoni biex tappoġġa l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-Kapitolu, f’koordinazzjoni mal-Istati Membri.
Appendiċi I
Elementi li jridu jiġu inklużi fis-sett ta’ miżuri tas-sigurtà marbuta direttament
Is-settijiet ta’ miżuri tas-sigurtà marbuta direttament kif imsemmi fil-punt 7.1 ta’ dan l-Anness għandhom jinkludu l-elementi li ġejjin tal-Anness I u d-dispożizzjonijiet korrispondenti fl-atti ta’ implimentazzjoni tiegħu adottati mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 4(3) ta’ dan ir-Regolament:
Għall-punt 1 — Sigurtà tal-ajruport:
(a)
id-dispożizzjonijiet kollha tal-punt 1.1; jew
(b)
id-dispożizzjonijiet kollha tal-punt 1.2 (ħlief dawk relatati mal-karti ta’ identifikazzjoni u mal-permessi tal-vetturi); jew
(c)
id-dispożizzjonijiet kollha tal-punt 1.2 relatati mal-karti ta’ identifikazzjoni; jew
(d)
id-dispożizzjonijiet kollha tal-punt 1.2 relatati mal-permessi tal-vetturi; jew
(e)
id-dispożizzjonijiet kollha tal-punt 1.3 u l-elementi rilevanti tal-punt 12; jew
(f)
id-dispożizzjonijiet kollha tal-punt 1.4; jew
(g)
id-dispożizzjonijiet kollha tal-punt 1.5; jew
(h)
id-dispożizzjonijiet kollha tal-punt 1.7, u l-elementi rilevanti tal-punt 11.
Għall-punt 2 — Żoni demarkati tal-ajruporti:
id-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan il-punt.
Għall-punt 3 — Sigurtà tal-inġenji tal-ajru:
(a)
id-dispożizzjonijiet kollha tal-punt 3.1; jew
(b)
id-dispożizzjonijiet kollha tal-punt 3.2.
Għall-punt 4 — Passiġġieri u bagalji tal-kabina:
(a)
id-dispożizzjonijiet kollha tal-punt 4.1 u l-elementi rilevanti tal-punt 12: jew
(b)
id-dispożizzjonijiet kollha tal-punt 4.2; jew
(c)
id-dispożizzjonijiet kollha tal-punt 4.3.
Għall-punt 5 — Bagalji tal-istiva:
(a)
id-dispożizzjonijiet kollha tal-punt 5.1 u l-elementi rilevanti tal-punt 12; jew
(b)
id-dispożizzjonijiet kollha tal-punt 5.2; jew
(c)
id-dispożizzjonijiet kollha tal-punt 5.3.
Għall-punt 6 — Merkanzija u posta:
(a)
id-dispożizzjonijiet kollha relatati mal-kontrolli tas-sigurtà, l-iskrinjar u t-trasport applikati minn aġent regolat u l-elementi rilevanti tal-punt 12; jew
(b)
id-dispożizzjonijiet kollha relatati mal-kontrolli tas-sigurtà u t-trasport applikati minn konsenjaturi magħrufa; jew
(c)
id-dispożizzjonijiet kollha relatati mal-kontrolli tas-sigurtà u t-trasport applikati minn trasportaturi tal-merkanzija approvati; jew
(d)
id-dispożizzjonijiet kollha relatati mal-protezzjoni tal-merkanzija u tal-posta fl-ajruporti.
Għall-punt 7 — Posta u materjali tat-trasportaturi bl-ajru:
id-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan il-punt.
Għall-punt 8 — Provvisti għal matul it-titjira:
id-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan il-punt u l-elementi rilevanti tal-punt 12.
Għall-punt 9 — Provvisti għall-ajruport:
id-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan il-punt u l-elementi rilevanti tal-punt 12.
Għall-punt 10 — Miżuri tas-sigurtà għal matul it-titjira:
id-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan il-punt.
Għall-punt 11 — Reklutaġġ u taħriġ tal-persunal:
(a)
id-dispożizzjonijiet kollha relatati mar-reklutaġġ tal-persunal f’ajruport, operatur, trasportatur tal-ajru jew entità; jew
(b)
id-dispożizzjonijiet kollha relatati mat-taħriġ tal-persunal f’ajruport, operatur, trasportatur tal-ajru jew entità.
Appendiċi II
Sistema ta’ klassifikazzjoni armonizzata ta’ konformità
Il-klassifikazzjoni ta’ konformità li ġejja għandha tapplika għall-valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-programm nazzjonali tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili.
|
|
Awditu tas-Sigurtà
|
Spezzjoni
|
Test
|
|
Konformi bis-sħiħ
|
√
|
√
|
√
|
|
Konformi, iżda huwa mixtieq titjib
|
√
|
√
|
√
|
|
Mhux konformi
|
√
|
√
|
√
|
|
Mhux konformi, b’nuqqasijiet serji
|
√
|
√
|
√
|
|
Mhux applikabbli
|
√
|
√
|
|
|
Mhux ikkonfermat
|
√
|
√
|
√
|
Appendiċi III
KONTENUT TAR-RAPPORT LILL-KUMMISSJONI
1.
Struttura ta’ organizzazzjoni, responsabbiltajiet u riżorsi
(a)
L-istruttura tal-organizzazzjoni ta’ kontroll tal-kwalità, ir-responsabbiltajiet u r-riżorsi, inklużi l-emendi futuri ppjanati (ara l-punt 3.2(a)).
(b)
Għadd ta’ awdituri – preżenti u ppjanati (ara l-punt 14).
(c)
Taħriġ imwettaq mill-awdituri (ara l-punt 15.2).
2.
Attivitajiet ta’ monitoraġġ operazzjonali
L-attivitajiet ta’ monitoraġġ kollha mwettqa, li jispeċifikaw:
(a)
it-tip (awditu tas-sigurtà, spezzjoni inizjali, spezzjoni ta’ segwitu, test, oħrajn);
(b)
l-ajruporti, l-operaturi u l-entitajiet immonitorjati;
(e)
t-total ta’ jiem ta’ xogħol imqatta’ fuq il-post.
3.
Attivitajiet ta’ korrezzjoni tan-nuqqasijiet
(a)
L-istatus tal-implimentazzjoni tal-attivitajiet ta’ korrezzjoni tan-nuqqasijiet.
(b)
L-attivitajiet ewlenin imwettqa jew ippjanati (eż. ħolqien ta’ karigi ġodda, tagħmir mixtri, ħidma ta’ kostruzzjoni) u l-progress miksub lejn il-korrezzjoni.
(c)
Miżuri ta’ infurzar użati (ara l-punt 3.2(f)).
4.
Data u xejriet ġenerali
(a)
It-total tat-traffiku nazzjonali annwali tal-passiġġieri u tal-merkanzija u l-għadd ta’ movimenti tal-inġenji tal-ajru.
(b)
Il-lista ta’ ajruporti skont il-kategorija.
(c)
L-għadd ta’ trasportaturi tal-ajru li joperaw mit-territorju skont il-kategorija (nazzjonali, tal-Unjoni, ta’ pajjiż terz).
(d)
L-għadd ta’ aġenti regolati.
(e)
L-għadd ta’ spedituri magħrufa.
(f)
L-għadd ta’ trasportaturi tal-merkanzija approvati.
(g)
L-għadd ta’ fornituri regolati (għall-provvisti tal-ajruport u għall-provvisti għal matul it-titjira).
(h)
L-għadd approssimattiv ta’ entitajiet oħrajn b’responsabbiltajiet tas-sigurtà tal-avjazzjoni (kumpaniji għas-servizzi fuq l-art, kumpaniji tas-sigurtà, fornituri magħrufa ta’ provvisti tal-ajruport u ta’ matul it-titjira).
5.
Sitwazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni fl-ajruporti
Il-kuntest ġenerali tas-sitwazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni fl-Istat Membru.
Appendiċi IV
Mudell għar-rapportar ta’ informazzjoni dwar okkorrenzi u inċidenti tas-sigurtà (
3
)
Data u ħin eżatti jew il-perjodu (
4
) tal-okkorrenza: …/…/…
Data tar-rapport (
5
): …/…/…
Post tal-okkorrenza (
6
):
Isem il-kumpanija u/jew tal-persuna li tirrapporta (jekk possibbli (
7
)):
Deskrizzjoni tal-okkorrenza:
Azzjoni(jiet) immedjata/i meħuda u minn min (
8
):
Żona affettwata tas-sigurtà tal-avjazzjoni:
Sigurtà tan-naħa tal-art; Passiġġieri u bagalji tal-kabina; Persunal u ekwipaġġ; Kontroll fuq l-aċċess; Bagalji tal-istiva; Provvisti għal matul it-titjira; Provvisti tal-ajruport; Protezzjoni tal-inġenji tal-ajru fuq l-art; Miżuri tas-sigurtà matul it-titjira tal-inġenji tal-ajru; Merkanzija u posta; Kontroll tat-Traffiku tal-Ajru; Informazzjoni u teknoloġiji diġitali; Sistema/i ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord (UAS, Unmanned Aircraft System)/Vettura tal-ajru mingħajr bdot abbord (UAV, Unmanned Aerial Vehicle)/Sistema/i ta’ inġenji tal-ajru ppilotati mill-bogħod (RPAS, Remotely-Piloted Aircraft System); Arma li tintuża mill-bogħod (MANPADS, Man-portable Air-Defense Systems, eċċ.); Lasers; Informazzjoni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni; Avjazzjoni Ġenerali/Klabbs ajrunawtiċi
Effett jew effett potenzjali fuq is-sigurtà (
9
):
Kwalunkwe kumment/proposta/informazzjoni ieħor/oħra (
10
):
Kuntatt (email, numru tat-telefon):
Appendiċi V
Klassifikazzjoni komuni ta’ okkorrenzi u inċidenti tas-sigurtà (
11
)
|
Klassi (1)
|
Kategorija (2)
|
|
Sigurtà tan-naħa tal-art
|
Skoperta jew użu ta’ apparat splussiv improvvizzat (IED, Improvised Explosive Device) li jinġarr mill-vettura jew apparat inċendjarju improvvizzat (IID, Improvised Incendiary Device)
|
|
|
Skoperta jew użu ta’ IED/IID mogħtija minn persuna
|
|
|
Attakk armat
|
|
|
Oġġetti mhux assistiti/suspettużi (applikabbli wkoll għan-naħa tal-ajru)
|
|
|
Attakk kimiku, bijoloġiku u radjoloġiku (CBR, Chemical, Biological and Radiological)
|
|
|
Ħsara lill-infrastruttura kritika/punti vulnerabbli
|
|
|
Imġiba suspettuża
|
|
|
Tfixkil mhux ippjanat, inkluż theddida ta’ bomba jew ingann malizzjuż
|
|
Passiġġieri u bagalji tal-kabina
|
Skoperta jew użu ta’ oġġett/IED/IID ipprojbit
|
|
|
Nuqqas fil-proċess ta’ skrinjar tal-punti ta’ kontroll tas-sigurtà
|
|
|
Taħlit ta’ passiġġieri skrinjati u mhux skrinjati
|
|
|
Imġiba suspettuża
|
|
Persunal u ekwipaġġ
|
Nuqqas fil-proċess ta’ skrinjar tal-punti ta’ kontroll tas-sigurtà
|
|
|
Skoperta jew użu ta’ oġġett/IED/IID ipprojbit
|
|
|
Sabotaġġ
|
|
|
Kontrolli tas-sigurtà evitati permezz ta’ abbuż minn informazzjoni privileġġata
|
|
|
Tentattiv intenzjonat biex jiġi evitat reġim ta’ skrutinju/kontroll tal-isfond
|
|
Kontroll tal-aċċess
|
Ksur jew tentattiv ta’ ksur tal-perimetru
|
|
|
Aċċess mhux awtorizzat għal żona ristretta ta’ sigurtà (SRA, Security Restricted Area) jew żona kkontrollata oħra (mhux persunal)
|
|
|
Aċċess mhux awtorizzat/mingħajr skorta fl-SRA (persunal)
|
|
|
Imġiba suspettuża tal-persunal
|
|
|
Nuqqas fis-sistema ta’ kontroll tal-aċċess
|
|
|
Nuqqas fis-sistema tal-ħruġ ta’ pass tal-ID
|
|
|
Nuqqas fis-sistema ta’ kontroll tal-aċċess tal-vettura inkluż l-applikazzjoni ta’ kontrolli tas-sigurtà u/jew l-iskrinjar tal-okkupanti u tal-vetturi
|
|
Bagalji tal-istiva
|
Skoperta jew użu ta’ oġġett/IED/IID ipprojbit
|
|
|
Nuqqas fil-protezzjoni tal-bagalji tal-istiva skrinjati
|
|
|
Evidenza ta’ tbagħbis ta’ bagalji tal-istiva skrinjati
|
|
|
Nuqqas fis-sistema jew fil-proċess tal-iskrinjar tal-bagalji tal-istiva (HBS, Hold Baggage Screening) (inkluża r-rikonċiljazzjoni tal-bagalji tal-passiġġieri)
|
|
|
Nuqqas fil-proċess tat-trasport tal-armi mibgħuta
|
|
Provvisti għal matul it-titjira
|
Aċċess mhux awtorizzat għall-faċilità tal-provvisti għal matul it-titjira
|
|
|
Nuqqas fil-protezzjoni ta’ provvisti marbuta
|
|
|
Evidenza ta’ tbagħbis fil-provvisti marbuta għal matul it-titjira
|
|
|
Nuqqas fl-applikazzjoni tal-kontrolli tas-sigurtà
|
|
|
Skoperta jew użu ta’ oġġett/IED/IID ipprojbit
|
|
Provvisti tal-ajruport
|
Aċċess mhux awtorizzat għall-faċilità
|
|
|
Nuqqas fil-protezzjoni ta’ provvisti marbuta
|
|
|
Evidenza ta’ tbagħbis tal-provvisti marbuta tal-ajruport
|
|
|
Nuqqas fl-applikazzjoni tal-kontrolli tas-sigurtà
|
|
|
Skoperta jew użu ta’ oġġett/IED/IID ipprojbit
|
|
Protezzjoni tal-inġenji tal-ajru fuq l-art
|
Passiġġier mhux awtorizzat fuq l-inġenju tal-ajru
|
|
|
Persunal mhux awtorizzat fuq l-inġenju tal-ajru
|
|
|
Nuqqas fit-tfittxija/fil-kontroll tas-sigurtà tal-inġenju tal-ajru
|
|
|
Nuqqas fil-miżuri ta’ protezzjoni tal-inġenji tal-ajru, inkluż fejn l-inġenji tal-ajru jkunu pparkjati matul il-lejl
|
|
|
Skoperta jew użu ta’ oġġett/IED/IID ipprojbit fil-kabina jew fl-istiva tal-inġenji tal-ajru
|
|
Miżuri tas-sigurtà fl-inġenji tal-ajru matul it-titjira
|
Passiġġier indixxiplinat (li jrid jitqies għal-livell 3 u 4 (ara l-Manwal tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni tal-ICAO) li jrid jiġi rrapportat biss)
|
|
|
Nuqqas fil-proċess/protezzjoni tal-bieba tal-kabina tal-pilota
|
|
|
Skoperta jew użu ta’ oġġett/IED/IID ipprojbit
|
|
|
Attakk tas-CBR
|
|
|
Ħtif matul it-titjira
|
|
|
Theddida ta’ bomba matul it-titjira
|
|
Merkanzija u posta
|
Aċċess mhux awtorizzat għall-faċilità tal-iskrinjar tal-merkanzija
|
|
|
Nuqqas fil-proċess tal-iskrinjar
|
|
|
Skoperta jew użu ta’ oġġett/IED/IID ipprojbit
|
|
|
Nuqqas fil-protezzjoni tal-merkanzija marbuta
|
|
|
Evidenza ta’ tbagħbis tal-merkanzija marbuta
|
|
|
Nuqqas fil-proċess ta’ aċċettazzjoni
|
|
|
Attività suspettuża
|
|
|
Notifika Tgħabbix skont l-iskemi PLACI
|
|
Kontroll tat-Traffiku tal-Ajru
|
Attakk armat kontra l-faċilità tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru (ATC, Air Traffic Control)
|
|
|
Qerda jew ħsara tal-għajnuniet għan-navigazzjoni tal-ajru
|
|
|
Aċċess mhux awtorizzat
|
|
Informazzjoni u teknoloġiji diġitali
|
Attakk kontra s-sistema/i tal-inġenji tal-ajru
|
|
|
Attakk kontra s-sistema/i tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM, Air Traffic Management)
|
|
|
Attakk kontra s-sistema/i tal-ajruport
|
|
|
Attakk kontra sistemi u data kritiċi oħrajn
|
|
Sistemi tal-ajru mingħajr bdot abbord (UAS)
|
Dħul mhux awtorizzat fi spazju tal-ajru kkontrollat
|
|
Vettura tal-ajru mingħajr bdot abbord (UAV)
|
Titjir qrib inġenju tal-ajru ieħor matul it-titjira
|
|
Sistema ta’ inġenji tal-ajru ppilotati mill-bogħod (RPAS)
|
Ħabta ma’ inġenju tal-ajru matul it-titjira
|
|
|
Ilmiħ minn inġenju tal-ajru/ajruport
|
|
|
Vettura tal-ajru mingħajr bdot abbord (UAV) ikkawżat theddida kontra l-inġenji tal-ajru
|
|
|
UAV ikkawżat theddida kontra l-infrastruttura tal-ajruport
|
|
|
UAV ikkawżat theddida kontra l-passiġġieri
|
|
Arma li tintuża mill-bogħod (MANPADS, eċċ.)
|
Attakk fuq inġenju tal-ajru jew faċilità tal-ajruport
|
|
|
Osservazzjoni rrapportata
|
|
Lasers
|
Attakk fuq inġenju tal-ajru jew faċilità tal-ajruport
|
|
|
Osservazzjoni rrapportata
|
|
|
Attività suspettuża
|
|
Informazzjoni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni
|
Nuqqas fil-protezzjoni ta’ informazzjoni sensittiva dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni
|
|
|
Telf ta’ integrità u disponibbiltà tas-sistemi tal-informazzjoni
|
|
Avjazzjoni Ġenerali/Klabbs ajrunawtiċi
|
Aċċess mhux awtorizzat
|
|
|
Skoperta ta’ oġġett/IED/IID ipprojbit
|
(1)
Klassi: tiddeskrivi s-suġġett li għalih ikun jirreferi l-inċident tas-sigurtà, bħal “kontrolli tal-aċċess”, “bagalji tal-istiva” jew “merkanzija/posta”. L-identifikaturi magħżula diġà jintużaw b’mod komuni fl-Anness 17 tal-ICAO u fil-Manwal tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni (DOC 8973) u huwa mistenni li jkunu faċli għall-entitajiet biex jirreferu għalihom u rilevanti għall-awtoritajiet biex jagħmlu valutazzjonijiet.
(2)
Kategorija: tindika deskrizzjoni aktar speċifika tal-inċident tas-sigurtà involut. Il-kategoriji jvarjaw skont il-klassi peress li l-inċidenti possibbli tas-sigurtà jvarjaw skont liema proċess tas-sigurtà tal-avjazzjoni huma relatati miegħu. Pereżempju, il-klassi “protezzjoni tal-inġenji tal-ajru fuq l-art” tinkludi l-kategorija “nuqqas fit-tfittxija/fil-kontroll tas-sigurtà tal-inġenji tal-ajru”, filwaqt li l-klassi “bagalji tal-istiva” tinkludi l-kategorija “nuqqas fil-protezzjoni ta’ bagalji tal-istiva skrinjati”. Ikun hemm ukoll kategorija “oħrajn” għal dawk l-inċidenti li jistgħu jkunu rari wisq biex jiġġustifikaw kategorija separata, jew li jistgħu jitqiesu bħala theddida jew vulnerabbiltà ġdida. Madankollu, din l-għażla jenħtieġ li tintuża biss meta l-ebda waħda mill-kategoriji l-oħrajn ma tidher xierqa..
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32008R0300
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|