+REGOLAMENT (UE) 2021/1119 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”)
---+Artikolu 1 Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
---+Artikolu 2 Objettiv tan-newtralità klimatika
------+Artikolu 2 1.
------+Artikolu 2 2.
---+Artikolu 3 Pariri xjentifiċi dwar it-tibdil fil-klima
------+Artikolu 3 1.
------+Artikolu 3 2.
------+Artikolu 3 3.
------+Artikolu 3 4.
---+Artikolu 4 Miri klimatiċi tal-Unjoni intermedji
------+Artikolu 4 1.
------+Artikolu 4 2.
------+Artikolu 4 3.
------+Artikolu 4 4.
------+Artikolu 4 5.
------+Artikolu 4 6.
------+Artikolu 4 7.
------+Artikolu 4 8.
---+Artikolu 5 Adattament għat-tibdil fil-klima
------+Artikolu 5 1.
------+Artikolu 5 2.
------+Artikolu 5 3.
------+Artikolu 5 4.
------+Artikolu 5 5.
---+Artikolu 6 Valutazzjoni tal-progress li tkun għamlet l-Unjoni u tal-miżuri li din tkun ħadet
------+Artikolu 6 1.
------+Artikolu 6 2.
------+Artikolu 6 3.
------+Artikolu 6 4.
---+Artikolu 7 Valutazzjoni tal-miżuri nazzjonali
------+Artikolu 7 1.
------+Artikolu 7 2.
------+Artikolu 7 3.
---+Artikolu 8 Dispożizzjonijiet komuni dwar il-valutazzjoni tal-Kummissjoni
------+Artikolu 8 1.
------+Artikolu 8 2.
------+Artikolu 8 3.
------+Artikolu 8 4.
---+Artikolu 9 Parteċipazzjoni pubblika
------+Artikolu 9 1.
------+Artikolu 9 2.
---+Artikolu 10 Pjanijiet direzzjonali settorjali
---+Artikolu 11 Rieżami
---+Artikolu 12 Emendi tar-Regolament (KE) Nru 401/2009
---+Artikolu 13 Emendi tar-Regolament (UE) 2018/1999
---+Artikolu 14 Dħul fis-seħħ
English - European Union - Environment -

REGOLAMENT (UE) 2021/1119 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”)

REGOLAMENT (UE) 2021/1119 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-30 ta’ Ġunju 2021

li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”)

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas biex jitnaqqsu bil-mod il-mod u b’mod irriversibbli l-emissjonijiet antropoġeniċi ta’ gassijiet b’effett ta’ serra minn fonti u biex jitjieb l-assorbiment permezz ta’ bjar irregolati mil-liġi tal-Unjoni.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi objettiv vinkolanti ta’ newtralità klimatika sal-2050 fl-Unjoni sabiex jinkiseb l-għan fit-tul dwar it-temperatura stabbilit fil-punt (a) tal-Artikolu 2(1) tal-Ftehim ta’ Pariġi, u jipprevedi qafas biex isir progress fl-ilħuq tal-għan ta’ adattament globali stabbilit fl-Artikolu 7 ta’ dak il-Ftehim. Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll mira vinkolanti tal-Unjoni għat-tnaqqis domestiku nett fl-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra għall-2030. ►M1  Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll mira vinkolanti tal-Unjoni għall-2040. ◄

Dan ir-Regolament japplika għall-emissjonijiet antropoġeniċi minn fonti u l-assorbiment minn bjar ta’ gassijiet b’effett ta’ serra elenkati fil-Parti 2 tal-Anness V tar-Regolament (UE) 2018/1999.

Artikolu 2 Objettiv tan-newtralità klimatika
Artikolu 3 Pariri xjentifiċi dwar it-tibdil fil-klima
Artikolu 4 Miri klimatiċi tal-Unjoni intermedji
Artikolu 5 Adattament għat-tibdil fil-klima
Artikolu 6 Valutazzjoni tal-progress li tkun għamlet l-Unjoni u tal-miżuri li din tkun ħadet
Artikolu 7 Valutazzjoni tal-miżuri nazzjonali
Artikolu 8 Dispożizzjonijiet komuni dwar il-valutazzjoni tal-Kummissjoni
Artikolu 9 Parteċipazzjoni pubblika
Artikolu 10 Pjanijiet direzzjonali settorjali

Artikolu 10

Pjanijiet direzzjonali settorjali

Il-Kummissjoni għandha tinvolvi lis-setturi tal-ekonomija fl-Unjoni li jagħżlu li jħejju pjanijiet direzzjonali volontarji indikattivi favur l-ilħuq tal-objettiv tan-newtralità klimatika stabbilit fl-Artikolu 2(1). Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-iżvilupp ta’ tali pjanijiet direzzjonali. L-involviment tagħha għandu jinkludi l-faċilitazzjoni tad-djalogu fil-livell tal-Unjoni, u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattika fost il-partijiet ikkonċernati rilevanti.

Artikolu 11 Rieżami

Artikolu 11

Rieżami

Fi żmien sitt xhur minn kull rendikont globali msemmi fl-Artikolu 14 tal-Ftehim ta’ Pariġi, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien mal-konklużjonijiet tal-valutazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 6 u 7 ta’ dan ir-Regolament, dwar it-tħaddim ta’ dan ir-Regolament, filwaqt li tqis:

(a) 

l-aqwa evidenza xjentifika disponibbli u dik l-aktar reċenti, inklużi l-aħħar rapporti tal-IPCC u tal-Bord Konsultattiv;

(b) 

l-iżviluppi u l-isforzi li jkunu saru fil-livell internazzjonali biex jintlaħqu l-objettivi fit-tul tal-Ftehim ta’ Pariġi;

▼M1

(c) 

l-isfidi li qed jevolvu, u l-opportunitajiet għall-kompetittività dinjija tal-industriji Ewropej madwar l-Istati Membri, b’mod partikolari tal-industriji li jużaw ħafna enerġija u tal-SMEs;

(d) 

l-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-enerġija u l-impatt tagħha fuq l-industriji u l-unitajiet domestiċi Ewropej;

(e) 

l-impatti soċjoekonomiċi, inklużi l-effetti fuq l-impjiegi;

(f) 

l-avvanzi teknoloġiċi u l-użu ta’ teknoloġiji innovattivi fl-Istati Membri u fis-setturi kollha;

(g) 

il-livell stmat ta’ assorbimenti netti fil-livell tal-Unjoni fir-rigward tal-miri stabbiliti f’dan ir-Regolament; jekk il-Kummissjoni ssib li l-livell stmat ta’ assorbimenti naturali netti għall-2040 huwa diverġenti b’mod sinifikanti minn dak li jkun meħtieġ biex tintlaħaq il-mira intermedja għall-2040, inkluż meta dik id-diverġenza sseħħ minħabba disturbi naturali, il-Kummissjoni għandha tipproponi, meta jkun xieraq, miżuri fil-livell tal-Unjoni, inkluż, jekk ikun meħtieġ, aġġustament tal-mira intermedja għall-2040 li tikkorrispondi għan-nuqqasijiet possibbli u li tkun fil-limiti tagħhom, u tiżgura li n-nuqqasijiet possibbli ma jkunux għad-detriment ta’ setturi ekonomiċi oħra;

(h) 

il-progress lejn il-miri intermedji stabbiliti f’dan ir-Regolament;

(i) 

il-flessibbiltà għall-Istati Membri biex jużaw krediti internazzjonali ta’ kwalità għolja biex jissodisfaw sa 5 % tal-miri u tal-isforzi tagħhom għal wara l-2030.

▼M1

Ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jkun akkumpanjat, meta dan ikun xieraq, minn proposti leġiżlattivi biex jiġi emendat dan ir-Regolament, inkluża l-mira intermedja għall-2040, u minn miżuri addizzjonali biex isaħħu l-inizjattivi li jikkonċernaw il-qafas ta’ abilitazzjoni li jappoġġa l-implimentazzjoni effettiva kontinwa ta’ dan ir-Regolament, f’konformità mal-Artikolu 4(5), u filwaqt li jiġu żgurati l-kompetittività, il-prosperità u l-koeżjoni soċjali tal-Unjoni.

▼B

Artikolu 12 Emendi tar-Regolament (KE) Nru 401/2009

Artikolu 12

Emendi tar-Regolament (KE) Nru 401/2009

Ir-Regolament (KE) Nru 401/2009 huwa emendat kif ġej:

(1) 

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 10a

1.  
Bord Konsultattiv Xjentifiku Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima (il-“Bord Konsultattiv”) huwa b’dan stabbilit.
2.  
Il-Bord Konsultattiv għandu jkun magħmul minn 15-il espert xjentifiku ta’ livell għoli li jkopru firxa wiesgħa ta’ dixxiplini rilevanti. Il-membri tal-Bord Konsultattiv għandhom jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 3. Ma għandux ikun hemm aktar minn żewġ membri tal-Bord Konsultattiv li jkollhom in-nazzjonalità tal-istess Stat Membru. Ma għandu jkun hemm l-ebda dubju dwar l-indipendenza tal-membri tal-Bord Konsultattiv.
3.  

Il-Bord tat-Tmexxija għandu jaħtar il-membri tal-Bord Konsultattiv għal terminu ta’ erba’ snin, li għandu jkun jista’ jiġġedded darba, wara proċedura ta’ selezzjoni miftuħa, ekwa u trasparenti. Fl-għażla tiegħu tal-membri tal-Bord Konsultattiv, il-Bord tat-Tmexxija għandu jfittex li jiżgura għarfien espert dixxiplinari u settorjali varjat, kif ukoll bilanċ bejn il-ġeneri u ġeografiku. L-għażla għandha tkun ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin:

(a) 

eċċellenza xjentifika;

(b) 

esperjenza fit-twettiq ta’ valutazzjonijiet xjentifiċi u fl-għoti ta’ pariri xjentifiċi fl-oqsma tal-għarfien espert;

(c) 

għarfien espert wiesa’ fil-qasam tax-xjenzi klimatiċi u ambjentali jew f’oqsma xjentifiċi oħra rilevanti biex jintlaħqu l-objettivi klimatiċi tal-Unjoni;

(d) 

esperjenza professjonali f’ambjent interdixxiplinari f’kuntest internazzjonali.

4.  
Il-membri tal-Bord Konsultattiv għandhom jinħatru f’kapaċità personali u għandhom iwettqu l-inkarigu tagħhom b’mod kompletament indipendenti mill-Istati Membri u mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jeleġġi l-president tiegħu minn fost il-membri tiegħu għal perjodu ta’ erba’ snin u huwa għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu.
5.  
Il-Bord Konsultattiv għandu jikkomplementa l-ħidma tal-Aġenzija filwaqt li jaġixxi b’mod indipendenti fit-twettiq tal-kompiti tiegħu. Il-Bord Konsultattiv għandu jistabbilixxi l-programm ta’ ħidma annwali tiegħu b’mod indipendenti, u meta jagħmel dan għandu jikkonsulta lill-Bord tat-Tmexxija. Il-president tal-Bord Konsultattiv għandu jinforma lill-Bord tat-Tmexxija u lid-Direttur Eżekuttiv dwar dak il-programm u l-implimentazzjoni tiegħu.”;
(2) 

fl-Artikolu 11, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“5.  
Il-baġit tal-Aġenzija għandu jinkludi wkoll in-nefqa relatata mal-Bord Konsultattiv.”.
Artikolu 13 Emendi tar-Regolament (UE) 2018/1999

Artikolu 13

Emendi tar-Regolament (UE) 2018/1999

Ir-Regolament (UE) 2018/1999 huwa emendat kif ġej:

(1) 

fl-Artikolu 1(1), il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a) 

jiġu implimentati strateġiji u miżuri mfassla biex jintlaħqu l-objettivi u l-miri tal-Unjoni tal-Enerġija u l-impenji fit-tul tal-Unjoni dwar l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra b’mod konsistenti mal-Ftehim ta’ Pariġi, b’mod partikolari l-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *1 ), u, għall-ewwel perjodu ta’ għaxar snin, mill-2021 sal-2030, b’mod partikulari l-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030;

(2) 

fl-Artikolu 2, il-punt (7), huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(7) 

“projezzjonijiet” tfisser il-previżjonijiet tal-emissjonijiet antropoġeniċi ta’ gassijiet b’effett ta’ serra mis-sorsi u l-assorbimenti mill-bjar jew tal-iżviluppi tas-sistema tal-enerġija, inklużi minn tal-inqas l-istimi kwantitattivi għal sekwenza ta’ sitt snin futuri li tintemm b’0 jew b’5, immedjatament wara s-sena ta’ rapportar;”;

(3) 

fl-Artikolu 3(2), il-punt (f) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(f) 

valutazzjoni tal-impatti tal-politiki u tal-miżuri ppjanati biex jintlaħqu l-objettivi msemmija fil-punt (b) ta’ dan il-paragrafu, inkluż il-konsistenza tagħhom mal-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2021/1119, mal-objettivi tat-tnaqqis fit-tul tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra skont il-Ftehim ta’ Pariġi u mal-istrateġiji fit-tul kif imsemmija fl-Artikolu 15 ta’ dan ir-Regolament;”;

(4) 

fl-Artikolu 8(2), jiżdied il-punt li ġej:

“(e) 

il-mod kif il-politiki u l-miżuri eżistenti u l-politiki u l-miżuri ppjanati jikkontribwixxu biex jintlaħaq l-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2021/1119.”;

(5) 

l-Artikolu 11 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 11

Djalogu f’diversi livelli dwar il-klima u l-enerġija

Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi djalogu f’diversi livelli dwar il-klima u l-enerġija skont ir-regoli nazzjonali, fejn l-awtoritajiet lokali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, il-komunità kummerċjali, l-investituri u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra kif ukoll il-pubbliku ġenerali jkunu jistgħu jinvolvu ruħhom b’mod attiv u jiddiskutu l-kisba tal-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2021/1119 u x-xenarji differenti previsti għall-politiki dwar l-enerġija u l-klima, inkluż fuq perjodu ta’ żmien fit-tul, u għandu jeżamina mill-ġdid il-progress, sakemm ma jkollux diġà struttura li sservi l-istess skop. Il-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima jistgħu jiġu diskussi fil-qafas ta’ dan id-djalogu.”;

(6) 

l-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:

(a) 

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.  
Sal-1 ta’ Jannar 2020, u sussegwentement sal-1 ta’ Jannar 2029 u minn hemm ’il quddiem kull 10 snin, kull Stat Membru għandu jħejji u jippreżenta lill-Kummissjoni l-istrateġija fit-tul tiegħu b’perspettiva ta’ 30 sena u b’mod konsistenti mal-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2021/1119. L-Istati Membri għandhom, fejn ikun neċessarju, jaġġornaw dawk l-istrateġiji kull ħames snin.”;
(b) 

fil-paragrafu 3, il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c) 

biex jinkisbu tnaqqis fit-tul tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra u tisħiħ fit-tul tal-assorbimenti minn bjar fis-setturi kollha skont l-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2021/1119, fil-kuntest tat-tnaqqis tal-emissjoni tal-gassijiet b’effett ta’ serra u t-titjib meħtieġ tal-assorbimenti minn bjar skont il-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) biex b’mod kosteffikaċi jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra tal-Unjoni u jiżdiedu l-assorbimenti minn bjar ħalli jintlaħaq l-għan fit-tul dwar it-temperatura tal-Ftehim ta’ Pariġi sabiex jinkiseb bilanċ bejn l-emissjonijiet antropoġeniċi minn sorsi u l-assorbimenti minn bjar tal-gassijiet b’effett ta’ serra fi ħdan l-Unjoni u, kif xieraq, sussegwentement jinkisbu emissjonijiet negattivi;”;

(7) 

l-Artikolu 17 huwa emendat kif ġej:

(a) 

fil-paragrafu 2, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a) 

l-informazzjoni dwar il-progress li jkun sar biex jintlaħqu l-objettivi, inkluż il-progress lejn l-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2021/1119, il-miri u l-kontributi stabbiliti fil-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima, u biex jiġu ffinanzjati u implimentati l-politiki u l-miżuri meħtieġa biex dawn jintlaħqu, inkluż rieżami tal-investiment reali vis à vis s-suppożizzjonijiet ta’ investiment inizjali;”;

(b) 

fil-paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-Kummissjoni, assistita mill-Kumitat dwar l-Unjoni tal-Enerġija msemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 44(1), għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-istruttura, il-format, id-dettalji tekniċi u l-proċess tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, inkluż metodoloġija għar-rapportar dwar it-tneħħija gradwali tas-sussidji għall-enerġija, b’mod partikolari għall-fjuwils fossili, skont il-punt (d) tal-Artikolu 25.”;

(8) 

fl-Artikolu 29(1), il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b) 

il-progress li jkun sar minn kull Stat Membru biex jintlaħqu l-objettivi, inkluż il-progress lejn l-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2021/1119, il-miri u l-kontributi tiegħu u biex jiġu implimentati l-politiki u l-miżuri stabbiliti fil-pjan nazzjonali integrat tiegħu dwar l-enerġija u l-klima;”;

(9) 

l-Artikolu 45 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 45

Rieżami

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fi żmien sitt xhur dwar kull rendikont globali maqbul skont l-Artikolu 14 tal-Ftehim ta’ Pariġi dwar it-tħaddim ta’ dan ir-Regolament, il-kontribut tiegħu għall-governanza tal-Unjoni tal-Enerġija, il-kontribut tiegħu għall-għanijiet fit-tul tal-Ftehim ta’ Pariġi, il-progress lejn il-kisba tal-miri dwar il-klima u l-enerġija għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2021/1119, objettivi addizzjonali tal-Unjoni tal-Enerġija u l-konformità tad-dispożizzjonijiet dwar l-ippjanar, ir-rapportar u l-monitoraġġ stabbiliti f’dan ir-Regolament ma’ liġijiet jew ma’ deċiżjonijiet oħra tal-Unjoni marbutin mal-UNFCCC u l-Ftehim ta’ Pariġi. Ir-rapporti tal-Kummissjoni jistgħu jkunu akkumpanjati minn proposti leġiżlattivi meta jkun xieraq.”;

(10) 

Il-Parti 1 tal-Anness I hija emendata kif ġej:

(a) 

fil-punt 3.1.1 tat-Taqsima A, il-punt (i) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“i. 

Politiki u miżuri għall-kisba tal-mira stabbilita skont ir-Regolament (UE) 2018/842 kif jissemma fil-punt 2.1.1 ta’ din it-Taqsima u politiki u miżuri għall-konformità mar-Regolament (UE) 2018/841, li jkopru s-setturi kollha ewlenin tal-emissjonijiet u s-setturi li jtejbu l-assorbimenti, bi prospetti għall-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2021/1119”;

(b) 

fit-Taqsima B, jiżdied il-punt li ġej:

“5.5. 

Il-kontribut tal-politiki u tal-miżuri ppjanati biex jintlaħaq l-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2021/1119”;

(11) 

fil-punt (c) tal-Anness VI, il-punt (viii) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(viii) 

valutazzjoni tal-kontribut tal-politika jew tal-miżura biex jintlaħaq l-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2021/1119 u biex tinkiseb l-istrateġija fit-tul imsemmija fl-Artikolu 15 ta’ dan ir-Regolament;”.

Artikolu 14 Dħul fis-seħħ

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 07.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R1119
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.