+REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1773 tat-13 ta’ Marzu 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kontenut dettaljat tal-politika rigward l-arranġamenti kuntrattwali dwar l-użu ta’ servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti pprovduti minn fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
---+Preamble: 1
---+Artikolu 1 Profil tar-riskju ġenerali u kumplessità
------+Artikolu 1 (a)
------+Artikolu 1 (b)
------+Artikolu 1 (c)
------+Artikolu 1 (d)
------+Artikolu 1 (e)
------+Artikolu 1 (f)
------+Artikolu 1 (g)
------+Artikolu 1 (h)
------+Artikolu 1 (i)
------+Artikolu 1 (j)
---+Artikolu 2 Applikazzjoni ta’ grupp
---+Artikolu 3 Arranġamenti ta’ governanza
------+Artikolu 3 1
------+Artikolu 3 2
------+Artikolu 3 3
------+Artikolu 3 4
------+Artikolu 3 5
------+Artikolu 3 6
------+Artikolu 3 7
------+Artikolu 3 8
---+Artikolu 4 Fażijiet ewlenin taċ-ċiklu tal-ħajja għall-adozzjoni u l-użu tal-arranġamenti kuntrattwali
------+Artikolu 4 (a)
------+Artikolu 4 (b)
------+Artikolu 4 (c)
------+Artikolu 4 (d)
------+Artikolu 4 (e)
------+Artikolu 4 (f)
---+Artikolu 5 Valutazzjoni tar-riskjuex ante
------+Artikolu 5 1
------+Artikolu 5 2
---+Artikolu 6 Diliġenza dovuta
------+Artikolu 6 1
------+Artikolu 6 2
------+Artikolu 6 3
------+Artikolu 6 4
---+Artikolu 7 Kunflitti ta’ interess
------+Artikolu 7 1
------+Artikolu 7 2
---+Artikolu 8 Klawżoli kuntrattwali
------+Artikolu 8 1
------+Artikolu 8 2
------+Artikolu 8 3
------+Artikolu 8 4
---+Artikolu 9 Monitoraġġ tal-arranġamenti kuntrattwali
------+Artikolu 9 1
------+Artikolu 9 2
------+Artikolu 9 3
------+Artikolu 9 4
---+Artikolu 10 Ħruġ u terminazzjoni ta’ arranġamenti kuntrattwali
------+Artikolu 10 (a)
------+Artikolu 10 (b)
------+Artikolu 10 (c)
------+Artikolu 10 2
---+Artikolu 11 Dħul fis-seħħ
English - European Union - Financial Industry - DORA -

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1773 tat-13 ta’ Marzu 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kontenut dettaljat tal-politika rigward l-arranġamenti kuntrattwali dwar l-użu ta’ servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti pprovduti minn fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1773

tat-13 ta’ Marzu 2024

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kontenut dettaljat tal-politika rigward l-arranġamenti kuntrattwali dwar l-użu ta’ servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti pprovduti minn fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Preamble: 1

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 909/2014 u (UE) 2016/1011 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 28(10), it-tielet subparagrafu tiegħu,

Billi:

(1)

Il-qafas dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju stabbilit bir-Regolament (UE) 2022/2554 jirrikjedi li l-entitajiet finanzjarji jistabbilixxu ċerti prinċipji ewlenin għall-ġestjoni tar-riskju relatat mal-ICT minn partijiet terzi, li huma ta’ importanza partikolari meta l-entitajiet finanzjarji jinvolvu ruħhom ma’ fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT biex jappoġġaw il-funzjonijiet kritiċi jew importanti tagħhom.

(2)

L-entitajiet finanzjarji, bħala parti mill-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju tal-ICT tagħhom, għandhom jadottaw, u jirrieżaminaw regolarment, strateġija dwar ir-riskju relatat mal-ICT minn partijiet terzi. F’konformità mal-Artikolu 28(2) tar-Regolament (UE) 2022/2554, dik l-istrateġija għandha tinkludi politika dwar l-użu ta’ servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti pprovduti minn fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT. Din għandha tapplika fuq bażi individwali u, fejn rilevanti, fuq bażi subkonsolidata u konsolidata.

(3)

L-entitajiet finanzjarji jvarjaw ħafna fid-daqs, fl-istruttura u fl-organizzazzjoni interna u fin-natura u l-kumplessità tal-attivitajiet u l-operazzjonijiet tagħhom. Jeħtieġ li meta tkun qed tiġi żviluppata l-politika dwar l-arranġamenti kuntrattwali dwar l-użu ta’ servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti minn fornituri terzi tal-ICT, titqies dik id-diversità filwaqt li jiġu imposti ċerti rekwiżiti regolatorji fundamentali li huma xierqa għall-entitajiet finanzjarji kollha (“il-politika”), u li jiġi żgurat li dawk ir-rekwiżiti jiġu applikati b’mod li jkun proporzjonat.

(4)

Meta l-entitajiet finanzjarji jappartjenu għal grupp, l-impriża omm li tkun responsabbli biex tipprovdi r-rapporti finanzjarji konsolidati jew subkonsolidati għall-grupp, jenħtieġ għalhekk li tiżgura li l-politika tiġi applikata b’mod konsistenti u koerenti fil-grupp.

(5)

Meta tiġi applikata l-politika, il-fornituri intragrupp ta’ servizzi tal-ICT, inklużi dawk li huma kompletament jew kollettivament proprjetà ta’ entitajiet finanzjarji fl-istess skema ta’ protezzjoni istituzzjonali, jenħtieġ li jitqiesu bħala fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT. Ir-riskji ppreżentati mill-fornituri intragrupp ta’ servizzi tal-ICT jistgħu jkunu differenti iżda r-rekwiżiti applikabbli għalihom huma l-istess skont ir-Regolament (UE) 2022/2554. B’mod simili, jenħtieġ li l-politika tapplika għas-sottokuntratturi li jipprovdu servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti jew partijiet materjali minnhom lil fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT, meta teżisti katina ta’ fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT.

(6)

Ir-responsabbiltà aħħarija tal-korp maniġerjali fil-ġestjoni tar-riskju tal-ICT ta’ entità finanzjarja hija prinċipju ġenerali li huwa applikabbli wkoll fir-rigward tal-użu ta’ fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT. Jenħtieġ li din ir-responsabbiltà tissarraf ulterjorment fl-involviment kontinwu tal-korp maniġerjali fil-kontroll u l-monitoraġġ tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT, inkluż fl-adozzjoni u r-rieżami, tal-anqas darba fis-sena, tal-politika.

(7)

Sabiex jiġi żgurat rappurtar xieraq lill-korp maniġerjali, jenħtieġ li l-politika tispeċifika u tidentifika b’mod ċar ir-responsabbiltajiet interni għall-approvazzjoni, il-ġestjoni, il-kontroll u d-dokumentazzjoni tal-arranġamenti kuntrattwali dwar l-użu tas-servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti pprovduti minn fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT (“arranġamenti kuntrattwali”), inkluż is-servizzi tal-ICT ipprovduti skont l-arranġamenti kuntrattwali msemmija fl-Artikolu 28(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2022/2554.

(8)

Sabiex jitqiesu r-riskji kollha possibbli li jistgħu jirriżultaw meta jiġu kkuntrattati servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjoni kritika jew importanti, jenħtieġ li l-istruttura tal-politika ssegwi l-passi kollha ta’ kull fażi ewlenija taċ-ċiklu tal-ħajja għal arranġamenti kuntrattwali ma’ fornituri terzi.

(9)

Sabiex jittaffew ir-riskji identifikati, jenħtieġ li l-politika tispeċifika l-ippjanar tal-arranġamenti kuntrattwali, inkluż il-valutazzjoni tar-riskju, id-diliġenza dovuta, u l-proċess ta’ approvazzjoni għal bidliet ġodda jew materjali ta’ dawk l-arranġamenti kuntrattwali. Sabiex jiġu ġestiti r-riskji li jistgħu jirriżultaw qabel id-dħul f’arranġament kuntrattwali ma’ fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT, jenħtieġ li l-politika tispeċifika proċess xieraq u proporzjonat biex tintgħażel u tiġi vvalutata l-adegwatezza ta’ fornituri terzi prospettivi ta’ servizzi tal-ICT u tirrikjedi li l-entità finanzjarja tqis lista mhux eżawrjenti ta’ elementi li l-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT jenħtieġ li jkollhom fis-seħħ. Jenħtieġ li l-lista tinkludi elementi relatati mar-reputazzjoni kummerċjali tal-fornituri tas-servizzi, ir-riżorsi finanzjarji, umani u tekniċi tagħhom, is-sigurtà tal-informazzjoni tagħhom, l-istruttura organizzazzjonali tagħhom, inkluża l-ġestjoni tar-riskju, u l-kontrolli interni tagħhom.

(10)

Sabiex tiġi żgurata ġestjoni tajba tar-riskju fil-forniment ta’ servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti minn fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT, jenħtieġ li l-politika tinkludi informazzjoni dwar l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-ġestjoni tal-arranġamenti kuntrattwali, inkluż fil-livell konsolidat u subkonsolidat, fejn applikabbli. Dan jinkludi rekwiżiti għall-klawżoli kuntrattwali dwar l-obbligi reċiproċi tal-entitajiet finanzjarji u tal-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT, li jenħtieġ li jiġu stabbiliti bil-miktub. Sabiex tiġi żgurata superviżjoni effiċjenti u titrawwem ir-reżiljenza f’każ ta’ bidliet fil-mudell tan-negozju jew fl-ambjent tan-negozju, jenħtieġ li l-politika tiżgura d-drittijiet tal-entitajiet finanzjarji jew tal-partijiet terzi maħtura u tal-awtoritajiet kompetenti għall-ispezzjonijiet u l-aċċess għall-informazzjoni u jenħtieġ ukoll li tispeċifika aktar l-istrateġiji ta’ ħruġ u l-proċessi ta’ terminazzjoni.

(11)

Sa fejn id-data personali tiġi pproċessata minn fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT, din il-politika u kwalunkwe arranġament kuntrattwali huma mingħajr preġudizzju għall-obbligi skont ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), u jenħtieġ li jikkomplementawhom, bħal pereżempju li jkun hemm kuntratt bil-miktub fis-seħħ li jiddeskrivi l-ipproċessar tad-data personali, ir-rekwiżit li tiġi żgurata s-sigurtà tal-ipproċessar tad-data personali u l-istabbiliment tal-elementi l-oħra kollha meħtieġa skont dak ir-Regolament.

(12)

Il-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej imsemmi fl-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), fl-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u fl-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) wettaq konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizza l-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali tal-istandards proposti u talab il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Oqsma tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni u tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Qasam tal-Pensjonijiet tax-Xogħol stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, u tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010,

(13)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u ta l-opinjoni tiegħu fl-24 ta’ Jannar 2024,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Marzu 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN

Artikolu 1 Profil tar-riskju ġenerali u kumplessità

Il-politika dwar l-użu ta’ servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti pprovduti minn fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT (il-“politika”) għandha tqis id-daqs u l-profil tar-riskju ġenerali tal-entità finanzjarja, u n-natura, l-iskala u l-elementi ta’ kumplessità akbar jew imnaqqsa tas-servizzi, l-attivitajiet u l-operazzjonijiet tagħha, inklużi elementi relatati ma’:

Artikolu 2 Applikazzjoni ta’ grupp

Artikolu 2

Applikazzjoni ta’ grupp

Meta dan ir-Regolament japplika fuq bażi subkonsolidata jew konsolidata, l-impriża omm responsabbli biex tipprovdi r-rapporti finanzjarji konsolidati jew subkonsolidati għall-grupp għandha tiżgura li l-politika tiġi implimentata b’mod konsistenti fl-entitajiet finanzjarji kollha li huma parti mill-grupp u li hija adegwata għall-applikazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament fil-livelli rilevanti kollha tal-grupp.

Artikolu 3 Arranġamenti ta’ governanza -
Artikolu 4 Fażijiet ewlenin taċ-ċiklu tal-ħajja għall-adozzjoni u l-użu tal-arranġamenti kuntrattwali

Il-politika għandha tispeċifika r-rekwiżiti, inklużi r-regoli, ir-responsabbiltajiet u l-proċessi, għal kull fażi ewlenija taċ-ċiklu tal-ħajja tal-arranġament kuntrattwali, li jkopru mill-inqas dan li ġej:

Artikolu 5 Valutazzjoni tar-riskjuex ante -
Artikolu 6 Diliġenza dovuta -
Artikolu 7 Kunflitti ta’ interess -
Artikolu 8 Klawżoli kuntrattwali -
Artikolu 9 Monitoraġġ tal-arranġamenti kuntrattwali -
Artikolu 10 Ħruġ u terminazzjoni ta’ arranġamenti kuntrattwali

Il-politika għandha tinkludi rekwiżiti għal pjan ta’ ħruġ dokumentat għal kull arranġament kuntrattwali u għar-rieżami u l-ittestjar perjodiċi tal-pjan ta’ ħruġ dokumentat. Meta jiġi stabbilit il-pjan ta’ ħruġ, għandu jitqies dan li ġej:

Artikolu 11 Dħul fis-seħħ

Artikolu 11

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


(1)   ĠU L 333, 27.12.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2554/oj.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/1093/oj).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/1094/oj).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/1095/oj).

(6)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit

Kwistjonijiet marbuta