+56. Il- pjan ta’ fidi għandu jindika b’mod ċar ir - rekwiżiti u l-kontenut minimu tal-pretensjoni …
|
56. Il- pjan ta’ fidi għandu jindika b’mod ċar ir - rekwiżiti u l-kontenut minimu tal-pretensjoni …
Il- pjan ta’ fidi għandu jindika b’mod ċar ir - rekwiżiti u l-kontenut minimu tal-pretensjoni ta’ fidi li għandha tiġi ppreżentata mid -detenturi tat- tokens, li għandu jinkludi: - a) l-identità u d-dettalji ta’ kuntatt tad-detenturi individwali (isem, indirizz, email u/jew numru tat-telefown), li jindikaw li kwalunkwe data personali se tiġi ttrattata f’konformità mar - Regolament (UE) 2016/679;
- b) l-evidenza li l- persuna li tippreżenta l -pretensjoni hija d-detentur tat- token u, għalhekk, hija intitolata għad - dritt ta’ fidi li għalih tiġi ppreżentata l -pretensjoni ta’ fidi u l- garanziji meħtieġa (jekk ikun hemm) min- naħa tad -detentur tat-token f’konformità mal-white paper dwar il-kriptoassi;
- c) l- informazzjoni meħtieġa għall -identifikazzjoni, il-valutazzjoni u l- ġestjoni ta’ kwalunkwe riskju ta’ ħasil tal -flus u finanzjament tat- terroriżmu inkluż għall - eżekuzzjoni tad - diliġenza dovuta tal- klijent fuq id -detenturi tat-tokens fil-fidi f’konformità mad-Direttiva (UE) 2015/849;
- d) in- numru ta’ tokens rilevanti miżmuma (inklużi parteċipazzjonijiet frazzjonali) u l -indirizzi tal-blockchain pubbliċi koperti mill - portafoll fejn jinżammu t -tokens (fejn applikabbli); u
- e) l-indikazzjoni tal-bank jew tal-kont ta’ pagament tad-detentur tat- token għat -trasferiment tal- fondi fi ħlas lura tal -pretensjoni ta’ fidi, jew data simili meħtieġa biex l - assi jingħataw għall -fidi (fejn applikabbli). Dawn il- kontijiet bankarji jew ta’ pagament għandhom preferibbilment jinżammu ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu jew ta’ pagament tal -UE u fi kwalunkwe każ m’għandhomx jinżammu f’pajjiżi terzi b’riskju għoli għal finijiet ta’ riskju ta’ ML/TF kif imsemmi fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 2015/849/UE.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|