+8.5. Sommarju tas-sejbiet, punteġġ u miżuri superviżorji
---+422. Wara l-valutazzjoni ta’ hawn fuq, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiffurmaw opinjoni dwar …
---+423. Fl-istabbiliment tal-punteġġ tal-adegwatezza tal-likwidità u tal-finanzjament, l-awtoritajiet …
---+424. Wara l-punteġġ tal-adegwatezza tal-likwidità u tal-finanzjament tat-taqsima 8.5 …
---+425. It-tabella li ġejja tipprovdi lista mhux eżawrjenti ta’ miżuri superviżorji kwalitattivi u …
---+426. Meta l-awtoritajiet kompetenti jiddeterminaw li jistgħu jkunu meħtieġa miżuri kwantitattivi …
---+427. Huwa rilevanti li wieħed jinnota li parti mill-miżuri msemmija fit-tabella 18 huma ta’ natura …
---+428. Meta jistabbilixxu rekwiżiti superviżorji strutturali u fit-tul, l-awtoritajiet kompetenti …
---+429. Meta l-awtoritajiet kompetenti jikkonkludu li hemm riskju għoli li l-kost tal-finanzjament …

8.5. Sommarju tas-sejbiet, punteġġ u miżuri superviżorji

8.5. Sommarju tas-sejbiet, punteġġ u miżuri superviżorji

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
422. Wara l-valutazzjoni ta’ hawn fuq, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiffurmaw opinjoni dwar …

Wara l-valutazzjoni ta’ hawn fuq, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiffurmaw opinjoni dwar ir-riskji ta’ likwidità u ta’ finanzjament tal-istituzzjoni u l-kapaċità tar-riżorsi ta’ likwidità tal-istituzzjoni biex ikopruhom/jimmitigawhom. Din l-opinjoni għandha tkun riflessa fis-sommarju tas-sejbiet, akkumpanjat minn punteġġ tal-adegwatezza tal-likwidità u tal-finanzjament ibbażat fuq il-kunsiderazzjonijiet speċifikati fit-tabella 17. Il-punteġġ tal-adegwatezza tal-likwidità u tal-finanzjament għandu jirrifletti l-opinjoni tal-awtoritajiet kompetenti dwar jekk ir-riżorsi ta’ likwidità eżistenti jipprovdux kopertura xierqa tar-riskji ta’ likwidità u ta’ finanzjament. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkunsidraw l-użu ta’ punteġġi intermedji għar-riskju ta’ likwidità u ta’ finanzjament fejn dan jitqies rilevanti.

423. Fl-istabbiliment tal-punteġġ tal-adegwatezza tal-likwidità u tal-finanzjament, l-awtoritajiet …

Fl-istabbiliment tal-punteġġ tal-adegwatezza tal-likwidità u tal-finanzjament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, fejn applikabbli, jikkunsidraw il-punteġġ tal-kapaċità ta’ rkupru globali tal-likwidità fl-ippjanar għall-irkupru (dgħajjef, adegwat b’potenzjal għal titjib, sodisfaċenti) kif speċifikat fil-paragrafi 41-43 tal-Linji Gwida tal-EBA dwar il-kapaċità ta’ rkupru globali fl-ippjanar għall-irkupru48 . Il-kunsiderazzjoni tal-punteġġ globali tal-kapaċità ta’ rkupru fil-kuntest tal-adegwatezza tal-likwidità hija speċjalment rilevanti f’każ ta’ punteġġ “dgħajjef” globali tal-kapaċità ta’ rkupru għal-likwidità.

Tabella 17. Kunsiderazzjonijiet superviżorji għall-assenjament ta’ punteġġ tal-adegwatezza tal-likwidità u tal-

finanzjament

Punteġ Perspettiva Kunsiderazzjonijiet fir-rigward tar- Kunsiderazzjonijiet fir-rigward ta’ ġ tar- superviżorja riskju inerenti ġestjoni u kontrolli adegwati riskju

1 Hemm riskju baxx ta’ impatt prudenzjali sinifikanti fuq l-istituzzjoni meta jitqies il-livell tar-riskju inerenti u l-ġestjoni u l-kontrolli.        Hemm riskju mhux materjali/baxx  Hemm konsistenza bejn il-politika u ħafna li jirriżulta minn diskrepanzi l-istrateġija tar-riskju ta’ (eż. bejn il-maturitajiet, il-muniti). likwidità/finanzjament tal-Id-daqs u l-kompożizzjoni tal-bafer istituzzjoni u l-istrateġija globali u l-ta’ likwidità huma adegwati u aptit għar-riskju tagħha. xierqa.  Il-qafas organizzazzjonali għar-Il-livell ta’ motivaturi oħra tar-riskju riskju ta’ likwidità u finanzjament ta’ likwidità (eż. riskju huwa robust b’responsabbiltajiet reputazzjonali, in-nuqqas ta’ ċari u separazzjoni ċara tal-kompiti kapaċità li tiġi ttrasferita l-likwidità bejn dawk li jieħdu r-riskju u l-intragrupp) ma huwiex funzjonijiet tal-ġestjoni u l-kontroll. materjali/huwa baxx ħafna.  Is-sistemi tal-kejl, tal-monitoraġġ u Il-kapaċità ta’ kontrobilanċ u l- tar-rapportar tar-riskju tal-likwidità bafers ta’ likwidità tal-istituzzjoni u tal-finanzjament huma xierqa. huma ferm ogħla mir-rekwiżiti  Il-limiti interni u l-qafas ta’ kontroll kwantitattivi superviżorji u huma għar-riskju ta’ likwidità huma sodi u mistennija li jibqgħu hekk fil-futur. konformi mal-istrateġija tal-Il-fluss liberu tal-likwidità bejn ġestjoni tar-riskju u l-aptit għar-entitajiet fil-grupp, fejn rilevanti, riskju tal-istituzzjoni. mhux imfixkel, jew l-entitajiet  L-istituzzjoni għandha pjan ta’ kollha għandhom kapaċità ta’ kontinġenza tal-likwidità plawżibbli kontrobilanċ u bafers ta’ likwidità u kredibbli li għandu l-potenzjal li ogħla mir-rekwiżiti superviżorji. jkun effettiv jekk meħtieġ. Hemm riskju mhux materjali/baxx ħafna mill-profil ta’ finanzjament tal-istituzzjoni jew mis-sostenibbiltà tagħha. Ir-riskju impost mill-istabbiltà tal-finanzjament ma huwiex materjali. Motivaturi oħra tar-riskju ta’ finanzjament (eż. riskju reputazzjonali, aċċess għas-swieq ta’ finanzjament) ma humiex materjali/huma baxxi ħafna. Il-kompożizzjoni u l-istabbiltà tal-finanzjament għal żmien itwal (>sena) jimponu riskju mhux

Punteġ Perspettiva Kunsiderazzjonijiet fir-rigward tar- Kunsiderazzjonijiet fir-rigward ta’ ġ tar- superviżorja riskju inerenti ġestjoni u kontrolli adegwati riskju

2 Hemm riskju medju-baxx ta’ impatt prudenzjali sinifikanti fuq l-istituzzjoni meta jitqies il-livell tar-riskju inerenti u l-ġestjoni u l-kontrolli.          materjali/baxx ħafna fir-rigward tal-attivitajiet u l-mudell tan-negozju tal-istituzzjoni. Il-kapaċità globali ta’ rkupru tal-istituzzjoni fir-rigward tal-likwidità li tirriżulta mill-valutazzjoni superviżorja, hija “sodisfaċenti”. Id-diskrepanzi (eż. bejn il-maturitajiet, il-muniti) jimplikaw riskju baxx sa medju. Ir-riskju ppreżentat mid-daqs u l-kompożizzjoni tal-bafer ta’ likwidità huwa baxx sa medju. Il-livell ta’ motivaturi oħra tar-riskju ta’ likwidità (eż. riskju reputazzjonali, in-nuqqas ta’ kapaċità li tiġi ttrasferita l-likwidità intragrupp) huwa baxx sa medju. Il-kapaċità ta’ kontrobilanċ u l-bafers ta’ likwidità tal-istituzzjoni huma ogħla mir-rekwiżiti kwantitattivi superviżorji, iżda hemm riskju li ma jibqgħux hekk fil-futur. Il-fluss liberu tal-likwidità bejn l-entitajiet fil-grupp, fejn rilevanti, huwa jew jista’ jiġi mfixkel marġinalment. Ir-riskju li jiġi mill-profil ta’ finanzjament tal-istituzzjoni u s-sostenibbiltà tiegħu huwa baxx sa medju. Ir-riskju li jiġi mill-istabbiltà tal-finanzjament huwa baxx sa medju. Motivaturi oħra tar-riskju ta’ finanzjament (eż. riskju reputazzjonali, aċċess għas-swieq ta’ finanzjament) huma baxxi sa medji. Il-kompożizzjoni u l-istabbiltà ta’ finanzjament għal żmien itwal (> sena) joħolqu livell baxx ta’ riskju fir-rigward tal-attivitajiet u l-mudell tan-negozju tal-istituzzjoni. Il-kapaċità globali ta’ rkupru tal-istituzzjoni fir-rigward tal-likwidità, li tirriżulta mill-valutazzjoni superviżorja, hija “sodisfaċenti” jew “adegwata b’potenzjal għal titjib”.

Punteġ Perspettiva Kunsiderazzjonijiet fir-rigward tar- Kunsiderazzjonijiet fir-rigward ta’ ġ tar- superviżorja riskju inerenti ġestjoni u kontrolli adegwati riskju

3 Hemm riskju medju-għoli ta’ impatt prudenzjali sinifikanti fuq l-istituzzjoni meta jitqies il-livell tar-riskju inerenti u l-ġestjoni u l-kontrolli.         Id-diskrepanzi (eż. bejn il-  Ma hemmx konsistenza sħiħa bejn maturitajiet, il-muniti) jinvolvu il-politika u l-istrateġija tar-riskju ta’ riskju medju sa għoli. likwidità u ta’ finanzjament tal-Ir-riskju li jiġi mid-daqs u l- istituzzjoni u l-istrateġija globali u l-kompożizzjoni tal-bafer ta’ likwidità aptit għar-riskju tagħha. huwa medju sa għoli.  Il-qafas organizzazzjonali għar-Il-livell ta’ motivaturi oħrajn tar- riskju ta’ likwidità u ta’ riskju ta’ likwidità (eż. riskju finanzjament ma jisseparax b’mod reputazzjonali, in-nuqqas ta’ suffiċjenti r-responsabbiltajiet u l-kapaċità li tiġi ttrasferita l-likwidità kompiti bejn dawk li jieħdu r-riskji u intragrupp) huwa medju sa għoli. l-funzjonijiet ta’ ġestjoni u ta’ Il-kapaċità ta’ kontrobilanċ u l- kontroll. bafers ta’ likwidità tal-istituzzjoni  Is-sistemi tal-kejl, tal-monitoraġġ u qegħdin jiddeterjoraw u/jew huma tar-rapportar tar-riskju ta’ likwidità taħt ir-rekwiżiti kwantitattivi u ta’ finanzjament ma jitwettqux superviżorji, u hemm tħassib dwar b’biżżejjed preċiżjoni u frekwenza. il-kapaċità tal-istituzzjoni biex  Il-limiti interni u l-qafas ta’ kontroll tirrestawra l-konformità ma’ dawn għar-riskju ta’ likwidità u ta’ ir-rekwiżiti fi żmien xieraq. finanzjament ma humiex konformi Il-fluss liberu tal-likwidità bejn l- mal-istrateġija tal-ġestjoni tar-entitajiet fil-grupp, fejn rilevanti, riskju u l-aptit għar-riskju tal-huwa mfixkel. istituzzjoni. Ir-riskju li jiġi mill-profil ta’  L-istituzzjoni għandha pjan ta’ finanzjament tal-istituzzjoni u s- kontinġenza għal-likwidità li ma sostenibbiltà tiegħu huwa medju sa huwiex probabbli li jkun effettiv, għoli. jew l-istituzzjoni m’għandhiex pjan Ir-riskju li jiġi mill-istabbiltà tal- ta’ kontinġenza għal-likwidità, jew finanzjament huwa medju sa għoli. wieħed li huwa manifestament Motivaturi oħra tar-riskju ta’ inadegwat. finanzjament (eż. riskju reputazzjonali, aċċess għas-swieq ta’ finanzjament) huma medji sa għolja. Il-kompożizzjoni u l-istabbiltà ta’ finanzjament għal żmien itwal (> sena) joħolqu livell medju ta’ riskju fir-rigward tal-attivitajiet u l-mudell tan-negozju tal-istituzzjoni. Il-kapaċità globali tal-irkupru tal-istituzzjoni fir-rigward tal-likwidità, li tirriżulta mill-valutazzjoni superviżorja, hija “adegwata b’potenzjal għal titjib” jew “dgħajfa”.
4 Hemm riskju għoli ta’ impatt prudenzjali sinifikanti fuq l-istituzzjoni Id-diskrepanzi (eż. bejn il-maturitajiet, il-muniti) jinvolvu riskju għoli. Ir-riskju li jiġi mid-daqs u l-kompożizzjoni tal-bafer ta’ likwidità huwa għoli.

meta jitqies il-Punteġ Perspettiva Kunsiderazzjonijiet fir-rigward tar- Kunsiderazzjonijiet fir-rigward ta’ ġ tar- superviżorja riskju inerenti ġestjoni u kontrolli adegwati riskju

livell tar-riskju inerenti u l-ġestjoni u l-kontrolli.       Il-livell ta’ motivaturi oħra tar-riskju ta’ likwidità (eż. riskju reputazzjonali, in-nuqqas ta’ kapaċità li tiġi ttrasferita l-likwidità intragrupp) huwa għoli. Il-kapaċità ta’ kontrobilanċ u l-bafers ta’ likwidità tal-istituzzjoni qegħdin jiddeterjoraw b’mod rapidu u/jew huma taħt ir-rekwiżiti kwantitattivi superviżorji, u hemm tħassib serju dwar il-kapaċità tal-istituzzjoni biex tirrestawra l-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti fi żmien xieraq. Il-fluss liberu tal-likwidità bejn l-entitajiet fil-grupp, fejn rilevanti, huwa mfixkel b’mod serju. Ir-riskju li jiġi mill-profil ta’ finanzjament tal-istituzzjoni u s-sostenibbiltà tiegħu huwa għoli. Ir-riskju li jiġi mill-istabbiltà tal-finanzjament huwa għoli. Motivaturi oħra tar-riskju ta’ finanzjament (eż. riskju reputazzjonali, aċċess għas-swieq ta’ finanzjament) huma għoljin. Il-kompożizzjoni u l-istabbiltà ta’ finanzjament għal żmien itwal (> sena) joħolqu livell għoli ta’ riskju fir-rigward tal-attivitajiet u l-mudell tan-negozju tal-istituzzjoni. Il-kapaċità globali ta’ rkupru tal-istituzzjoni fir-rigward tal-likwidità, li tirriżulta mill-valutazzjoni superviżorja, hija “dgħajfa”.

48 EBA/GL/2023/06

424. Wara l-punteġġ tal-adegwatezza tal-likwidità u tal-finanzjament tat-taqsima 8.5 …

Wara l-punteġġ tal-adegwatezza tal-likwidità u tal-finanzjament tat-taqsima 8.5, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw jekk huwiex meħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti speċifiċi ta’ likwidità u ta’ finanzjament biex ikopru r-riskji għal-likwidità u għall-finanzjament li istituzzjoni tkun jew tista’ tkun esposta għalihom.

425. It-tabella li ġejja tipprovdi lista mhux eżawrjenti ta’ miżuri superviżorji kwalitattivi u …

It-tabella li ġejja tipprovdi lista mhux eżawrjenti ta’ miżuri superviżorji kwalitattivi u kwantitattivi li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jużaw f’każ li jiġi identifikat nuqqas speċifiku. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu japplikaw miżuri superviżorji addizzjonali (inklużi miżuri kwantitattivi f’konformità mal-Artikolu 104(1)(a) tad-Direttiva 2014/36/UE jew kombinazzjoni tagħhom jekk dawn jitqiesu aktar xierqa biex jindirizzaw in-nuqqasijiet identifikati.

426. Meta l-awtoritajiet kompetenti jiddeterminaw li jistgħu jkunu meħtieġa miżuri kwantitattivi …

Meta l-awtoritajiet kompetenti jiddeterminaw li jistgħu jkunu meħtieġa miżuri kwantitattivi, huma għandhom jirreferu għall-gwida addizzjonali fit-taqsima sussegwenti dwar il-valutazzjoni komparattiva u l-istabbiliment ta’ miżuri kwantitattivi ta’ likwidità u ta’ finanzjament.

427. Huwa rilevanti li wieħed jinnota li parti mill-miżuri msemmija fit-tabella 18 huma ta’ natura …

Huwa rilevanti li wieħed jinnota li parti mill-miżuri msemmija fit-tabella 18 huma ta’ natura kwalitattiva. Fejn iqumu dgħufijiet fundamentali, b’mod partikolari f’termini tal-ġestjoni tal-likwidità u tal-finanzjament, il-miżuri kwalitattivi għandhom jingħataw prijorità, fejn possibbli.

Tabella 18. Miżuri superviżorji potenzjali u mhux eżawrjenti għar-riskju ta’ likwidità u ta’ finanzjament

Miżuri superviżorji potenzjali għall-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-Artikoli 102, 104(1), il-punti (b), (e), (f), (j), (k), (i), u (n) u l-Artikolu 105 tad-Direttiva 2013/36/UE, l-Artikolu 8 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/61, u l-Artikolu 428b(5) tar-Regolament (UE) 575/2013 A. jirrikjedu li l-istituzzjonijiet iżommu LCR ogħla mill-minimu regolatorju, ta’ tali daqs li n-nuqqasijiet identifikati jiġu mmitigati biżżejjed; B. jirrikjedu li l-istituzzjonijiet japplikaw perjodu minimu ta’ sopravivenza ta’ tali tul li n-nuqqasijiet identifikati jiġu mmitigati biżżejjed; C. jirrikjedu li l-istituzzjonijiet iżommu ammont totali minimu ta’ assi likwidi jew kapaċità ta’ kontrobilanċ, ta’ tali daqs li n-nuqqasijiet identifikati jiġu mmitigati biżżejjed; D. jirrikjedu li l-istituzzjonijiet iżommu NSFR ogħla mill-minimu regolatorju, ta’ tali daqs li n-nuqqasijiet identifikati jiġu mmitigati biżżejjed; E. jirrikjedu li l-istituzzjonijiet iżommu ammont totali minimu ta’ finanzjament stabbli disponibbli, ta’ tali daqs li n-nuqqasijiet identifikati jiġu mmitigati biżżejjed; F. jimponu rekwiżiti speċifiċi ta’ likwidità, inklużi restrizzjonijiet fuq id-diskrepanzi fil-maturità bejn l-assi u l-obbligazzjonijiet; G. jimponu penali amministrattivi jew miżuri amministrattivi oħra, inklużi imposti prudenzjali; H. jimponu rekwiżiti fuq il-konċentrazzjoni tal-assi likwidi miżmuma, inklużi:

  • - rekwiżiti għall-kompożizzjoni tal-profil tal-assi likwidi tal-istituzzjoni fir-rigward tal-kontropartijiet, munita; u/jew
  • - limiti massimi, limiti jew restrizzjonijiet dwar il-konċentrazzjonijiet ta’ finanzjament. I. jimponu restrizzjonijiet fuq diskrepanzi fil-maturità kuntrattwali jew komportamentali fuq żmien qasir bejn l-assi u l-obbligazzjonijiet, inklużi:
  • - limiti fuq diskrepanzi fil-maturità (f’buckets tal-ħin speċifiċi) bejn l-assi u l-obbligazzjonijiet;
  • - limiti fuq perjodi minimi ta’ sopravivenza; u/jew
  • - limiti fuq id-dipendenza fuq ċerti sorsi ta’ finanzjament għal żmien qasir, bħall-finanzjament tas-suq monetarju.

J. jimponu rekwiżiti ta’ rapportar addizzjonali jew aktar frekwenti fuq il-pożizzjonijiet ta’ likwidità, inklużi:

  • - il-frekwenza tar-rapportar regolatorju dwar l-LCR; u/jew
  • - il-frekwenza u l-granularità ta’ rapporti oħra ta’ likwidità, bħal “metriċi addizzjonali ta’ monitoraġġ”. K. jirrikjedu li tittieħed azzjoni biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet identifikati fir-rigward tal-kapaċità tal-istituzzjoni li tidentifika, tkejjel, timmonitorja u tikkontrolla r-riskju tal-likwidità, permezz ta’ mezzi li jinkludu:
  • - titjib fil-kapaċità tal-ittestjar tal-istress tagħha biex ittejjeb il-kapaċità tagħha li tidentifika u tikkwantifika s-sorsi materjali tar-riskju ta’ likwidità għall-istituzzjoni;
  • - titjib fil-kapaċità tagħha li timmonetizza l-assi likwidi tagħha;
  • - titjib fil-pjan ta’ kontinġenza tal-likwidità tagħha u l-qafas tal-indikaturi ta’ twissija bikrija tal-likwidità tagħha; u/jew
  • - titjib fir-rapportar ta’ informazzjoni tal-ġestjoni tal-likwidità lill-korp maniġerjali u lill-maniġment superjuri tal-istituzzjoni. Miżuri superviżorji potenzjali għall-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-Artikoli 102, 104(1), il-punti (b), (e), (f), (j), (k), (i), u (n) u l-Artikolu 105 tad-Direttiva 2013/36/UE, l-Artikolu 8 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/61, u l-Artikolu 428b(5) tar-Regolament (UE) 575/2013 L. jirrikjedu li tittieħed azzjoni biex jiġi emendat il-profil ta’ finanzjament tal-istituzzjoni, inkluż:
  • - tnaqqis tad-dipendenza tagħha fuq ċerti swieq ta’ finanzjament (potenzjalment volatili), bħal-finanzjament bl-ingrossa;
  • - tnaqqis tal-konċentrazzjoni tal-profil ta’ finanzjament tagħha fir-rigward ta’ kontropartijiet, l-ogħla livelli fil-profil tal-maturità fit-tul, (diskrepanzi fil-)muniti, eċċ.; u/jew
  • - tnaqqis fl-ammont tal-assi aggravati tagħha, potenzjalment b’differenza li ssir bejn l-aggravju totali u s-sovrakollateralizzazzjoni (eż. għal bonds koperti, sejħiet għall-marġni). M. jirrikjedu rapportar addizzjonali jew aktar frekwenti dwar il-pożizzjonijiet ta’ finanzjament tal-istituzzjoni, inkluż:
  • - żieda fil-frekwenza ta’ rapportar regolatorju rilevanti għall-monitoraġġ tal-profil ta’ finanzjament (bħar-rapport NSFR u “metriċi addizzjonali ta’ monitoraġġ”); u/jew
  • - żieda fil-frekwenza ta’ rapportar dwar il-pjan ta’ finanzjament tal-istituzzjoni lis-superviżuri. N. jirrikjedu li jittieħdu azzjonijiet biex jiġu indirizzati nuqqasijiet identifikati rigward il-kontroll tal-istituzzjoni tar-riskju ta’ finanzjament, inkluż:
  • - isaħħu r-rapportar dwar ir-riskju ta’ finanzjament lill-korp maniġerjali u lill-maniġment superjuri tal-istituzzjoni;
  • - ifakkru jew isaħħu l-pjan ta’ finanzjament; u/jew
  • - iqiegħdu limiti fuq l-aptit għar-riskju tagħha;
  • - isaħħu l-kapaċitajiet tal-ittestjar tal-istress tal-istituzzjoni permezz ta’ mezzi li jinkludu l-ħtieġa li l-istituzzjoni tkopri perjodu itwal ta’ stress.
428. Meta jistabbilixxu rekwiżiti superviżorji strutturali u fit-tul, l-awtoritajiet kompetenti …

Meta jistabbilixxu rekwiżiti superviżorji strutturali u fit-tul, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw il-ħtieġa għal rekwiżiti addizzjonali ta’ likwidità u/jew fondi proprji fuq terminu ta’ żmien qasir/medju bħala soluzzjoni interim biex jimmitigaw ir-riskji li jippersistu waqt li r-rekwiżiti strutturali jipproduċu l-effetti mixtieqa.

429. Meta l-awtoritajiet kompetenti jikkonkludu li hemm riskju għoli li l-kost tal-finanzjament …

Meta l-awtoritajiet kompetenti jikkonkludu li hemm riskju għoli li l-kost tal-finanzjament tal-istituzzjoni se jiżdied b’mod sinifikanti, huma għandhom jikkunsidraw li jitolbu bidliet fl-istruttura tal-finanzjament biex jiġi mmitigat ir-riskju tal-kost tal-finanzjament, jew anke miżuri dwar il-fondi proprji (kif koperti fit-Titolu 7) biex jikkumpensaw għall-impatt fuq il-P&L jekk l-istituzzjoni ma tkunx tista’ tgħaddi l-kostijiet miżjuda tal-finanzjament lill-klijent tagħha.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.