+26. Sabiex jivvalutaw il - previżjonijiet finanzjarji, l - awtoritajiet kompetenti għandhom mill - …

26. Sabiex jivvalutaw il - previżjonijiet finanzjarji, l - awtoritajiet kompetenti għandhom mill - …

Sabiex jivvalutaw il - previżjonijiet finanzjarji, l - awtoritajiet kompetenti għandhom mill - inqas:

  • a) iwettqu rieżami kwantitattiv tal -pjan ta’ direzzjoni tan- negozju kemm fuq il - każ ta’ bażi kif ukoll fuq il - bażi ta’ xenarju ta’ kriżi, bil - għan li tiġi vvalutata l - abbiltà tat - TCB prevista li tikseb ir- riżultati pproġettati f’konformità mar - rekwiżiti prudenzjali fiż - żewġ xenarji;
  • b) jirrieżaminaw l - ispjegazzjoni għall - vijabbiltà u s - sostenibbiltà inizjali tal - mudell tan - negozju matul il - perjodu ta’ żmien ta’ tliet snin tal -pjan ta’ direzzjoni tan- negozju;
  • c) fir - rigward tax - xenarju ta’ kriżi, jivverifikaw b’mod partikolari li: (i) is - suppożizzjonijiet ekonomiċi u tan - negozju jkunu severi iżda plawżibbli; (ii) il - miżuri ta’ ġestjoni identifikati jkunu adegwati;
  • d) jivvalutaw il- previżjonijiet finanzjarji li jirriflettu l - istrateġija tan - negozju fil - mira fir -rigward tal- attivitajiet, il -linji tan- negozju u tal - prodotti abbażi tal - kontribuzzjoni għall - profitt u jeżaminaw il - kredibbiltà tas - suppożizzjonijiet kwantitattivi sottostanti (eż. ir -rata ta’ tkabbir, id - dħul, il - kostijiet, ir - riskji, in - numru ta’ klijenti, il - kostijiet tal - persunal, is - suppożizzjonijiet makroekonomiċi eċċ.);
  • e) jidentifikaw il - motivaturi ewlenin u d -dipendenzi tal- prestazzjoni tan - negozju, inklużi d - dipendenzi mill - grupp, bħal allokazzjoni tan -negozji, prezzijiet tat- trasferiment, assorbimenti tal - kostijiet u vulnerabbiltajiet potenzjali;
  • f) jirrieżaminaw il - prezzijiet u l - istruttura tal - prodott, u jqisu, pereżempju, id - dipendenzi fuq sorsi ta' introjtu riskjużi, konċentrati jew volatili;
  • g) jifhmu s - sorsi varji tad - dħul (eż. ibbażati fuq l - introjtu mill - imgħax jew fuq l - introjtu mill - miżati), il - motivaturi speċifiċi tad - dħul, l - indikaturi ewlenin tal - prestazzjoni u l -livell ta' riskju tal -linji tan- negozju relatati;
  • h) fejn possibbli u xieraq, jiddeterminaw tqabbil rilevanti ma' pari abbażi tal - prodotti/linji tan - negozju rivali li għandhom fil - mira l - istess sors ta' profitti/klijenti u jibbażaw l - analiżi fuq data superviżorja, tas - suq u makroekonomika li tinsab f'idejn l - awtoritajiet kompetenti;
  • i) fejn rilevanti, jikkunsidraw il - valutazzjoni tax - xejriet u l -proporzjonijiet tal- profittabbiltà, u jqisu l - profil tar - riskju previst tat - TCB, u l - prestazzjoni relattiva meta mqabbla mal -pari. Sabiex jappoġġaw din il - valutazzjoni, l - awtoritajiet kompetenti jistgħu jirreferu għall - indikaturi tal - profittabilità u tar - riskju l - aktar komuni, li jirriflettu t - tip u l - livell ta’ riskju previst mit - TCB biex jiġġeneraw il - profitti;
  • j) fejn xieraq u proporzjonat,jagħmlu analiżi tad - dħul / tas - sors tal - introjtu biex jifhmu jekk is - sorsi mistennija humiex konsistenti mal - istrateġija tan - negozju globali (it - tip ta’ mudell tan - negozju, id - daqs tan - negozju);
  • k) jirrieżaminaw l - istruttura tal - kostijiet fil - mira (eż. il - kostijiet tax - xogħol, amministrattivi jew tal- IT) f’termini assoluti, u fejn xieraq u possibbli, meta mqabbla mal - pari;
  • l) jagħtu attenzjoni lill - konċentrazzjonijiet tal - kostijiet.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.