+Artikolu 7 Valutazzjoni ta’ jekk il-postijiet tan-negozjar jikkonformawx mal-Artikolu 104b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
---+Artikolu 7 (a)
---+Artikolu 7 (b)
---+Artikolu 7 (c)
---+Artikolu 7 (d)
---+Artikolu 7 (e)
---+Artikolu 7 (f)
---+Artikolu 7 (g)
---+Artikolu 7 (h)
---+Artikolu 7 2
---+Artikolu 7 3
|
Artikolu 7 Valutazzjoni ta’ jekk il-postijiet tan-negozjar jikkonformawx mal-Artikolu 104b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
Meta jivvalutaw jekk il-postijiet tan-negozjar jikkonformawx mal-Artikolu 104b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 7 (a)
|
jirrieżaminaw l-istrateġija tan-negozju msemmija fl-Artikolu 104b ta’ dak ir-Regolament kif dokumentata fil-politiki interni tal-istituzzjoni skont l-Artikolu 325bi(1), il-punt (e), ta’ dak ir-Regolament, u jivverifikaw jekk:
|
(i)
|
il-politiki interni jiddeskrivux b’mod ċar ir-raġunament ekonomiku tal-istrateġija tan-negozju, inklużi l-attivitajiet primarji, in-negozjar u l-istrateġiji ta’ ħħeġġjar tagħha;
|
|
(ii)
|
il-politiki interni jiddeskrivux il-karatteristiċi tal-istrumenti finanzjarji u tal-komoditajiet innegozjati mill-post tan-negozjar, u jinkludu lista aġġornata regolarment u komprensiva ta’ dawk l-istrumenti finanzjarji u l-komoditajiet;
|
|
(iii)
|
l-istituzzjoni tenfasizzax fil-politiki interni tagħha l-istrumenti li jiġu nnegozjati l-aktar ta’ spiss u li jikkontribwixxu l-aktar għal-livell aċċettabbli ta’ riskju għall-post tan-negozjar;
|
|
(iv)
|
il-politiki interni jiddeskrivux it-tipi ta’ fattur tar-riskju inerenti fl-istrumenti finanzjarji u fil-komoditajiet imsemmijin fil-punt (ii);
|
|
(v)
|
il-politiki interni jiddeskrivux b’mod ċar kif l-istrumenti u l-komoditajiet imsemmijin fil-punt (ii) huma ħħeġġjati, x’inhuma l-iskala u d-diskrepanzi mistennija tal-ħeġġijiet, u x’inhu l-perjodu ta’ żamma mistenni għall-pożizzjonijiet fil-post tan-negozjar;
|
|
(vi)
|
l-istrateġiji tan-negozju tal-postijiet tan-negozjar humiex distintivi, kif meħtieġ mill-Artikolu 104b(2), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, billi:
|
(1)
|
jiġu identifikati l-karatteristiċi ewlenin tal-postijiet tan-negozjar f’termini ta’ strateġija tan-negozju, inklużi l-attivitajiet primarji, in-negozjar u l-istrateġiji ta’ ħħeġġjar;
|
|
(2)
|
jiġi vverifikat li l-karatteristiċi ewlenin imsemmijin fil-punt (1) ivarjawx b’mod sinifikanti minn post tan-negozjar għal ieħor;
|
|
|
|
Artikolu 7 (b)
|
jivverifikaw jekk it-tranżazzjonijiet bejn l-postijiet tan-negozjar ikunux konsistenti mal-istrateġiji tan-negozju ta’ dawk il-postijiet tan-negozjar u li dawk it-tranżazzjonijiet ma jitwettqux sabiex:
|
(i)
|
jitnaqqsu r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq;
|
|
(ii)
|
jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ attribuzzjoni tal-profitt u tat-telf;
|
|
(iii)
|
jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ ttestjar retrospettiv;
|
|
|
Artikolu 7 (c)
|
jirrieżaminaw l-istruttura organizzazzjonali msemmija fl-Artikolu 104b(2), fil-punt (b), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju annwali msemmi fl-Artikolu 104b(2), il-punt (e), ta’ dak ir-Regolament, kif dokumentat fil-politiki interni tal-istituzzjoni skont l-Artikolu 325bi(1), il-punt (e), ta’ dak ir-Regolament;
|
|
Artikolu 7 (d)
|
jivverifikaw jekk għal kull post tan-negozjar, l-istituzzjoni tkunx identifikat negozjant ewlieni wieħed jew tnejn, u li, meta jkunu nħatru żewġ negozjanti ewlenin, ikollhom rwoli, responsabbiltajiet, u awtoritajiet li jkunu separati b’mod ċar, jew wieħed ikollu sorveljanza aħħarija fuq l-ieħor;
|
|
Artikolu 7 (e)
|
jirrieżaminaw ir-rapporti msemmijin fl-Artikolu 104b(2), fil-punti (d) u (f), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u jivverifikaw jekk l-aspetti kollha msemmijin f’dawk il-punti jkunux irrispettati;
|
|
Artikolu 7 (f)
|
jivverifikaw jekk l-istituzzjoni tiddokumentax u tiġġustifikax kif xieraq każijiet li fihom negozjant jiġi assenjat lil aktar minn post tan-negozjar wieħed kif imsemmi fl-Artikolu 104b(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u, għal dak l-għan:
|
(i)
|
jirrieżaminaw ir-responsabbiltà ta’ dak in-negozjant fil-kuntest tal-postijiet tan-negozjar li għalihom ikun ġie assenjat;
|
|
(ii)
|
jivverifikaw jekk il-kompiti mwettqin min-negozjant f’post tan-negozjar wieħed skont l-istrateġija tan-negozju ta’ dak il-post, ma jmorrux kontra, u ma joħolqu l-ebda kunflitt mal-kompiti li n-negozjant iwettaq għall-postijiet tan-negozjar l-oħrajn;
|
|
|
Artikolu 7 (g)
|
jivverifikaw jekk ir-raġuni għall-inklużjoni tal-postijiet tan-negozjar fl-ambitu tal-approċċ ta’ mudell intern alternattiv tissodisfax il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(i)
|
ir-raġunament huwa ddokumentat fil-politiki interni kif meħtieġ mill-Artikolu 325bi(1), il-punt (e), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
|
|
(ii)
|
ir-raġunament jiżgura l-konsistenza fl-approċċ użat għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq fost il-postijiet tan-negozjar li jimmaniġġjaw pożizzjonijiet simili;
|
|
(iii)
|
ir-raġunament huwa koerenti mal-istrateġija tan-negozju tal-postijiet tan-negozjar kif imsemmi fl-Artikolu 104b(2), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
|
|
|
Artikolu 7 (h)
|
jivverifikaw jekk l-istrateġija tan-negozju tfissirx li tal-anqas 10 % tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq jiġu kkalkolati f’konformità mal-approċċ ta’ mudell intern.
|
|
Artikolu 7 2
|
Għall-finijiet tal-punt (a)(i), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk l-istrateġija tan-negozju tispeċifikax kemm mill-attivitajiet ta’ negozjar huma xprunati mill-klijenti, u jekk l-istrateġija tan-negozju tinvolvix l-oriġini u l-istrutturar tan-negozjar, jew l-eżekuzzjoni ta’ servizzi, jew it-tnejn li huma.
|
|
Artikolu 7 3
|
Għall-finijiet tal-punt (b), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, meta jkun xieraq, jirrikjedu li l-istituzzjoni tipprovdi kampjun ta’ tranżazzjonijiet bejn il-postijiet tan-negozjar, inkluż bejn il-postijiet tan-negozjar li għalihom l-istituzzjoni tikkalkola r-rekwiżiti ta’ fondi proprji bl-approċċ ta’ mudell intern u l-postijiet tan-negozjar li għalihom l-istituzzjoni tuża l-approċċ standardizzat.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1085
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|