+Artikolu 26 Valutazzjoni tal-fatturi tar-riskju ta’ firxiet tal-kreditu
---+Artikolu 26 1
---+Artikolu 26 2
|
Artikolu 26 Valutazzjoni tal-fatturi tar-riskju ta’ firxiet tal-kreditu
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 26 1
|
1. Meta jivvalutaw il-konformità ta’ istituzzjoni mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 325bh(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tal-immudellar tar-riskju ta’ firxiet tal-kreditu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:
|
(a)
|
jirrikjedu li l-istituzzjoni tipprovdi lista tal-kurvi tal-firxiet tal-kreditu u tal-indiċijiet tal-kreditu tal-emittenti kollha li għalihom il-portafoll tal-istituzzjoni jkun sensittiv, u l-fatturi tar-riskju użati sabiex jiġi mmudellat ir-riskju assoċjat;
|
|
(b)
|
jirrikjedu li l-istituzzjoni tipprovdi analiżi tas-sensittività tal-portafoll tagħha lejn kull waħda mill-kurvi tal-firxiet tal-kreditu u l-indiċijiet tal-kreditu tal-emittenti msemmijin fil-punt (a);
|
|
(c)
|
jivverifikaw jekk, meta r-riskju f’firxa tal-kreditu tal-emittent ikun immudellat bħala somma ta’ fattur tar-riskju sistematiku kif imsemmi fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060 u fattur tar-riskju idjosinkratiku, il-volatilità ġġenerata billi dawk il-fatturi jiġu xxokkjati tirrifletti l-volatilità osservata għal dik il-firxa tal-kreditu tal-emittent;
|
|
(d)
|
jivverifikaw jekk ir-riskju ta’ bażi bejn l-emittenti huwiex kopert jew bl-immudellar tal-firxiet tal-kreditu tal-emittenti direttament jew permezz ta’ fattur tar-riskju ta’ bażi, u jekk il-bażi bejn pożizzjonijiet differenti li jirreferenzjaw għall-istess emittent hijiex immonitorjata u, meta tkun materjali, hijiex inkluża fil-mudell intern tal-kejl tar-riskji;
|
|
(e)
|
jivvalutaw jekk ir-riskju fil-bidliet fil-kurvi tal-firxiet tal-kreditu huwiex kopert kif meħtieġ mill-Artikolu 29 ta’ dan ir-Regolament;
|
|
(f)
|
jivvalutaw jekk ir-riskju vega relatat mar-riskju ta’ firxiet tal-kreditu huwiex kopert kif meħtieġ mill-Artikolu 30 ta’ dan ir-Regolament.
|
Għall-finijiet tal-punt (c), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, meta xieraq, iqabblu l-volatilità tax-xokkijiet applikati għall-firxa tal-kreditu tal-emittent, kif jirriżulta mill-fatturi tar-riskju sistematiċi u idjosinkratiċi, mal-volatilità osservata għal dik il-firxa tal-kreditu tal-emittent.
|
|
Artikolu 26 2
|
2. B’deroga mill-paragrafu 1, il-punt (a), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li istituzzjoni tipprovdi l-informazzjoni msemmija f’dak il-punt għall-kurvi tal-firxiet tal-kreditu u l-indiċijiet tal-kreditu l-aktar rilevanti biss, u jwettqu l-valutazzjoni stabbilita f’dak il-paragrafu 1 dwar dik id-data.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1085
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|