+Artikolu 40 Valutazzjoni tal-kapaċità tal-mudell intern tal-kejl tar-riskji sabiex ikopri t-tendenzi mhux lineari
---+Artikolu 40 1
---+Artikolu 40 2

Artikolu 40 Valutazzjoni tal-kapaċità tal-mudell intern tal-kejl tar-riskji sabiex ikopri t-tendenzi mhux lineari

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 40 1

1.   Meta jivvalutaw il-konformità ta’ istituzzjoni mal-Artikolu 325bh(1), il-punt (b), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżiti dwar l-effettività u l-kapaċità tal-mudell intern tal-kejl tar-riskji sabiex jiġu koperti t-tendenzi mhux lineari tal-opzjonijiet u ta’ prodotti oħrajn għal istituzzjoni bl-użu ta’ approċċ ibbażat fuq is-sensittività, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk:

(a)

il-mudell intern tal-kejl tar-riskji jinkludi tal-anqas it-termini materjali tal-ewwel u tat-tieni ordni tal-approssimazzjonijiet tas-serje ta’ Taylor sabiex jiġi rifless it-tibdil fil-prezzijiet minħabba bidliet fil-fatturi tar-riskju rilevanti, inkluż ir-riskju cross-gamma rrappreżentat minn ċaqliq konġunt materjali fil-fatturi tar-riskju;

(b)

l-approċċ ibbażat fuq is-sensittività jwassal għal riżultati xierqa, inkluż meta jiġu applikati xokkijiet severi għall-fatturi tar-riskju.

Artikolu 40 2

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu japplikaw il-passi li ġejjin fl-ordni li ġej:

(a)

jidentifikaw prodotti li għalihom l-awtoritajiet kompetenti jridu jittestjaw il-materjalità tat-termini tal-ordni ta’ approssimazzjoni tas-serje ta’ Taylor, u l-adegwatezza tal-approċċ ibbażat fuq is-sensittività taħt xokk serju;

(b)

jidentifikaw jum ta’ negozju fil-perjodu ta’ stress li fih ir-ritorni osservati għall-fatturi tar-riskju f’dawk il-prodotti kienu partikolarment għoljin, meta pożittivi, jew partikolarment baxxi, meta negattivi;

(c)

jirrikjedu li l-istituzzjoni tikkalkola t-tibdil ipotetiku u teoretiku fil-valuri ta’ dawk il-prodotti f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059, fix-xenarju identifikat mir-ritorni fil-jum ta’ negozju identifikat f’konformità mal-punt (b);

(d)

fuq il-bażi tar-riżultati tal-kalkolu msemmi fil-punt (c), jivvalutaw jekk l-approċċ ibbażat fuq is-sensittività jwassalx għal riżultati xierqa.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1085
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.