+Artikolu 5 1
|
Artikolu 5 1
1. Stati Membri li d-dritt nazzjonali tagħhom jippermetti l-għoti tad-drittijiet ta' residenza bi skambju għal kwalunkwe tip ta' investiment, bħal trasferimenti kapitali, xiri jew kiri ta' proprjetà, investiment f'bonds tal-gvern, investiment f'entitajiet korporattivi, donazzjoni jew dotazzjoni ta' attività li tikkontribwixxi għall-ben pubbliku u kontribuzzjonijiet għall-baġit tal-Istat, għandu jkollhom fis-seħħ mill-inqas il-miżuri li ġejjin biex itaffu r-riskji assoċjati tal-ħasil tal-flus, tar-reati predikati tiegħu jew tal-finanzjament tat-terroriżmu:
|
(a)
|
proċess ta' ġestjoni tar-riskju, inkluż l-identifikazzjoni, il-klassifikazzjoni u l-mitigazzjoni tar-riskji taħt il-koordinazzjoni ta' awtorità deżinjata;
|
|
(b)
|
miżuri li jipprevedu l-mitigazzjoni tar-riskji tal-ħasil tal-flus, tar-reati predikati tiegħu jew tal-finanzjament tat-terroriżmu assoċjati mal-applikanti għall-għoti tad-drittijiet ta' residenza bi skambju għal investiment, inkluż:
|
(i)
|
kontrolli fuq il-profil tal-applikant mill-awtorità deżinjata, inkluż il-ksib ta' informazzjoni dwar is-sors tal-fondi u s-sors tal-ġid tal-applikant;
|
|
(ii)
|
verifika tal-informazzjoni dwar l-applikanti bi tqabbil mal-informazzjoni miżmuma mill-awtoritajiet kompetenti kif imsemmija fl-Artikolu 2(1), il-punt (44)(a) u (c), tar-Regolament (UE) 2024/1624 soġġett għar-rispett tal-liġi proċedurali kriminali nazzjonali applikabbli u bi tqabbil ma' listi ta' individwi u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi tal-Unjoni;
|
|
(iii)
|
rieżamijiet perjodiċi ta' applikanti ta' riskju medju u għoli.
|
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 19.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1640
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|