+Artikolu 17 Analisti tal-klassifikazzjoni, impjegati u persuni oħrajn involuti fil-forniment ta’ klassifikazzjonijiet ESG
---+Artikolu 17 1
---+Artikolu 17 2
---+Artikolu 17 3
---+Artikolu 17 4
---+Artikolu 17 5
---+Artikolu 17 6
---+Artikolu 17 7
---+Artikolu 17 8
|
Artikolu 17 Analisti tal-klassifikazzjoni, impjegati u persuni oħrajn involuti fil-forniment ta’ klassifikazzjonijiet ESG
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 17 1
|
1. Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandhom jiżguraw li l-analisti tal-klassifikazzjoni, l-impjegati u kwalunkwe persuna fiżika oħra taħt il-kontroll tagħhom jew li s-servizzi tagħha jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħhom, pereżempju permezz ta’ arranġament kuntrattwali, u li huma direttament involuti fil-forniment ta’ klassifikazzjonijiet ESG, inklużi analisti tal-klassifikazzjoni direttament involuti fil-proċess ta’ klassifikazzjoni u persuni involuti fil-forniment ta’ punteġġi tal-ESG, ikunu mħarrġa b’mod xieraq u jkollhom l-għarfien u l-esperjenza meħtieġa għat-twettiq tad-dmirijiet u tal-kompiti assenjati, inkluż, fejn xieraq, fehim suffiċjenti ta’ kwalunkwe riskju finanzjarju materjali potenzjali għall-element kklassifikat u ta’ kwalunkwe impatt materjali potenzjali tal-element kklassifikat fuq l-ambjent u s-soċjetà b’mod ġenerali.
|
|
Artikolu 17 2
|
2. Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandhom jiżguraw li l-persuni msemmija fil-paragrafu 1 ma jitħallewx jibdew jew jipparteċipaw f’negozjati rigward tariffi jew pagamenti ma’ kwalunkwe element ikklassifikat jew ma’ emittent ta’ element ikklassifikat, jew ma’ kwalunkwe persuna direttament jew indirettament marbuta mal-element ikklassifikat jew ma’ emittent ta’ element ikklassifikat b’kontroll.
|
|
Artikolu 17 3
|
3. Bl-eċċezzjoni ta’ parteċipazzjonijiet fi skemi diversifikati ta’ investiment kollettiv, inklużi fondi ġestiti, jew investimenti magħmula skont ġestjoni ta’ portafoll diskrezzjonarju:
|
(a)
|
il-persuni msemmija fil-paragrafu 1, li jkunu direttament involuti fid-determinazzjoni ta’ klassifikazzjoni individwali ta’ element ikklassifikat ma għandhom jixtru jew ibigħu l-ebda strument finanzjarju maħruġ, garantit, jew appoġġat b’xi mod ieħor minn xi entità li hija kklassifikata fil-qasam tar-responsabbiltà analitika tagħhom jew minn kwalunkwe entità fi ħdan il-grupp ta’ dik l-entità, u lanqas ma għandhom jinvolvu ruħhom f’xi tranżazzjoni f’tali strumenti finanzjarji;
|
|
(b)
|
persuni li jokkupaw pożizzjoni maniġerjali għolja fil-fornitur tal-klassifikazzjoni ESG, ma għandhomx jixtru jew ibigħu l-ebda strument finanzjarju maħruġ, garantit jew appoġġjat b’xi mod ieħor minn kwalunkwe element kklassifikat mill-fornitur tal-klassifikazzjoni ESG, jew minn kwalunkwe entità fi ħdan il-grupp ta’ dik l-entità, u lanqas tidħol fi kwalunkwe tranżazzjoni fi strumenti finanzjarji bħal dawn.
|
|
|
Artikolu 17 4
|
4. Il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx ikunu involuti direttament jew jinfluwenzaw b’xi mod ieħor id-determinazzjoni ta’ klassifikazzjoni ESG tal-element ikklassifikat rilevanti meta dawk il-persuni:
|
(a)
|
ikollhom strumenti finanzjarji tal-element ikklassifikat, minbarra parteċipazzjonijiet fi skemi diversifikati ta’ investiment kollettiv, inklużi fondi ġestiti, u investimenti magħmula taħt ġestjoni ta’ portafoll diskrezzjonarju;
|
|
(b)
|
ikollhom strumenti finanzjarji ta’ kwalunkwe entità relatata ma’ element ikklassifikat, li l-pussess tagħhom jista’ jikkawża jew jista’ ġeneralment ikun ipperċepit li qed jikkawża kunflitt ta’ interess, minbarra parteċipazzjonijiet fi skemi diversifikati ta’ investiment kollettiv, inklużi fondi ġestiti, u investimenti magħmula taħt ġestjoni ta’ portafoll diskrezzjonarju;
|
|
(c)
|
fl-aħħar sena kellhom relazzjoni ta’ impjieg, negozju jew relazzjoni oħra mal-entità kklassifikata mill-fornitur tal-klassifikazzjoni ESG jew ma’ kwalunkwe entità fi ħdan il-grupp ta’ dik l- entità li tista’ tikkawża jew tista’ ġeneralment tkun ipperċepita li qed tikkawża kunflitt ta’ interess.
|
|
|
Artikolu 17 5
|
5. Il-fornituri tal-klassifikazzjonijiet ESG għandhom jiżguraw li l-persuni msemmija fil-paragrafu 1, u l-persuni li għandhom pożizzjoni maniġerjali superjuri fil-fornitur tal-klassifikazzjonijiet ESG:
|
(a)
|
jieħdu l-miżuri kollha raġonevoli biex jipproteġu l-proprjetà u r-rekords fil-pussess tal-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG minn frodi, serq jew użu ħażin, filwaqt li jqisu n-natura, l-iskala u l-kumplessità tan-negozju tal-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG u n-natura u l-firxa tal-attivitajiet ta’ klassifikazzjoni ESG tiegħu;
|
|
(b)
|
ma jikkondividux informazzjoni kunfidenzjali li tkun ġiet fdata lill-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG ma’ xi persuna li ma tkunx involuta direttament fil-forniment ta’ attivitajiet ta’ klassifikazzjoni ESG, inklużi analisti tal-klassifikazzjoni u impjegati ta’ xi persuna direttament jew indirettament marbuta mal-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG b’kontroll, u kwalunkwe persuna fiżika oħra li s-servizzi tagħha huma jew ikunu tqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’, jew huma taħt il-kontroll ta’, kwalunkwe persuna direttament jew indirettament marbuta mal-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG b’kontroll;
|
|
(c)
|
ma jużawx jew ma jikkondividux informazzjoni kunfidenzjali għal xi skop ieħor għajr il-forniment ta’ attivitajiet ta’ klassifikazzjoni ESG, inkluż għan-negozjar ta’ strumenti finanzjarji; u
|
|
(d)
|
ma jissolleċitawx jew ma jaċċettawx flus, rigali jew favuri mingħand xi ħadd li miegħu l-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG jagħmel negozju.
|
|
|
Artikolu 17 6
|
6. Meta l-persuni msemmija fil-paragrafu 1 jqisu li kwalunkwe persuna oħra imsemmija f’dak il-paragrafu tkun involuta f’imġiba li huma jqisu li hija illegali, għandhom jirrapportaw dak minnufih lill-funzjoni ta’ sorveljanza. Il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandu jiżgura li tali rapportar ma jkollu l-ebda konsegwenza negattiva għall-persuna li tkun qed tirrapporta.
|
|
Artikolu 17 7
|
7. Meta analist tal-klassifikazzjoni jittermina l-impjieg tiegħu mal-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG u, fi żmien sena minn dik it-terminazzjoni, jingħaqad ma’ element ikklassifikat jew emittent ta’ element ikklassifikat li fid-determinazzjoni tal-klassifikazzjoni individwali tiegħukien involut direttament, il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandu jirrieżamina x-xogħol rilevanti tal-analist tal-klassifikazzjoni fuq żmien ta’ sena qabel it-tluq tiegħu sabiex jivverifika jekk kienx hemm xi kunflitt ta’ interess.
|
|
Artikolu 17 8
|
8. Il-persuni msemmija fil-paragrafu 1, u l-persuni li jokkupaw pożizzjoni ta’ maniġment superjuri fil-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG, ma għandhomx jieħdu pożizzjoni maniġerjali superjuri f’element ikklassifikat jew f’emittent ta’ element ikklassifikat li fid-determinazzjoni tal-klassifikazzjoni individwali tiegħu kienu involuti għal żmien ta’ disa’ xhur wara d-data ta’ tali klassifikazzjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R3005
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|