+Artikolu 21
---+Artikolu 21 1.
---+Artikolu 21 2.
---+Artikolu 21 3.
---+Artikolu 21 4.
---+Artikolu 21 5.
---+Artikolu 21 6.

Artikolu 21

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 21 1.

Għall-fini li twettaq il-kompiti tagħha msemmija fl-Artikolu 5(2), l-Awtorità għandu jkollha s-setgħa li tapplika l-miżuri amministrattivi stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu biex teħtieġ li kwalunkwe entità marbuta b’obbligu magħżula tieħu l-miżuri neċessarji meta:

(a) 

l-entità marbuta b’obbligu magħżula jinstab li tkun kisret l-atti tal-Unjoni u l-leġiżlazzjoni nazzjonali msemmija fl-Artikolu 1(2);

(b) 

l-Awtorità jkollha biżżejjed indikazzjonijiet u li jkunu dimostrabbli li l-entità marbuta b’obbligu magħżula x’aktarx li tikser ir-rekwiżiti tal-atti tal-Unjoni u tal-leġiżlazzjoni nazzjonali msemmija fl-Artikolu 1(2) u l-applikazzjoni ta’ miżura amministrattiva tista’ tipprevjeni l-okkorrenza tal-ksur jew tnaqqas ir-riskju tiegħu;

(c) 

abbażi ta’ determinazzjoni debitament ġustifikata mill-Awtorità, il-politiki, il-proċeduri u l-kontrolli interni fis-seħħ fl-entità marbuta b’obbligu magħżula ma jkunux proporzjonati għar-riskji ta’ ħasil tal-flus, ir-reati predikati tiegħu jew il-finanzjament tat-terroriżmu li għalihom tkun esposta l-entità marbuta b’obbligu magħżula.

Artikolu 21 2.

Għall-finijiet tal-Artikolu 6(1), l-Awtorità għandu jkollha, b’mod partikolari, is-setgħa li tapplika l-miżuri amministrattivi li ġejjin:

(a) 

toħroġ rakkomandazzjonijiet;

(b) 

tordna lill-entitajiet marbuta b’obbligu jikkonformaw, inkluż jimplimentaw miżuri korrettivi speċifiċi;

(c) 

toħroġ stqarrija pubblika li tidentifika l-persuna fiżika jew ġuridika u n-natura tal-ksur;

(d) 

toħroġ ordni li teħtieġ li l-persuna fiżika jew ġuridika twaqqaf l-imġiba u ma tirrepetihiex;

(e) 

tirrestrinġi jew tillimita n-negozju, l-operazzjonijiet jew in-network ta’ istituzzjonijiet li jinkludu l-entità marbuta b’obbligu magħżula, jew tirrikjedi ċ-ċessjoni ta’ attivitajiet;

(f) 

tirrikjedi bidliet fl-istruttura ta’ governanza;

(g) 

meta entità marbuta b’obbligu magħżula tkun soġġetta għal awtorizzazzjoni, tipproponi l-irtirar jew is-sospensjoni ta’ dik l-awtorizzazzjoni lill-awtorità li tkun tatha; meta l-awtorità li tkun tat dik l-awtorizzazzjoni ma ssegwix il-proposta tal-Awtorità li tissospendi jew tirtira, l-Awtorità għandha titlobha tipprovdi r-raġunijiet tagħha bil-miktub.

Artikolu 21 3.

Permezz tal-miżuri amministrattivi msemmija fil-paragrafu 2, l-Awtorità tista’ b’mod partikolari:

(a) 

tirrikjedi l-forniment ta’ kwalunkwe data jew informazzjoni neċessarja għat-twettiq tal-kompiti elenkati fl-Artikolu 5(2) mingħajr dewmien żejjed, tirrikjedi s-sottomissjoni ta’ kwalunkwe dokument, jew timponi rekwiżiti ta’ rapportar addizzjonali jew aktar frekwenti;

(b) 

tirrikjedi r-rinfurzar tal-politiki, il-proċeduri u l-kontrolli interni;

(c) 

tirrikjedi l-applikazzjoni ta’ politika jew rekwiżiti speċifiċi relatati ma’ kategoriji ta’ klijenti jew klijenti individwali, tranżazzjonijiet, attivitajiet jew kanali ta’ konsenja li joħolqu riskji għoljin tal-ML/TF;

(d) 

tirrikjedi l-implimentazzjoni ta’ miżuri li jnaqqsu r-riskji tal-ML/TF fl-attivitajiet u l-prodotti tal-entitajiet marbuta b’obbligu magħżula;

(e) 

tipprojbixxi b’mod temporanju lil kwalunkwe persuna li twettaq dmirijiet maniġerjali f’entità marbuta b’obbligu magħżula, jew kwalunkwe persuna fiżika oħra miżmuma responsabbli għall-ksur, milli twettaq funzjonijiet maniġerjali fl-entitajiet marbuta b’obbligu.

Artikolu 21 4.
Il-miżuri amministrattivi msemmija fil-paragrafu 2 għandhom ikunu akkumpanjati, fejn ikun rilevanti, minn skadenzi vinkolanti għall-implimentazzjoni effettiva tagħhom. L-Awtorità għandha tagħti segwitu u tivvaluta l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet mitluba mill-entità marbuta b’obbligu magħżula.
Artikolu 21 5.
Meta jsiru konxji minn indikazzjoni waħda jew aktar li entità marbuta b’obbligu magħżula tkun kisret ir-Regolament (UE) 2023/1113 jew ir-Regolament (UE) 2024/1624, is-superviżuri finanzjarji għandhom jinnotifikaw lill-awtorità mingħajr dewmien żejjed.
Artikolu 21 6.
Il-miżuri amministrattivi applikati għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1620
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.