|
+ANNESS XV DOSSIERS |
ANNESS XV DOSSIERS
ANNESS XV DOSSIERS I. INTRODUZZJONI U DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI Dan l-Anness jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali għall-preparazzjoni ta' dossiers li jipproponu u jiġġustifikaw: ▼M3 —————
—
l-identifikazzjoni ta' CMRs, PBTs, vPvBs, jew sustanza ta' tħassib ekwivalenti skond l-Artikolu 59,
—
ir-restrizzjonijiet tal-manifattura, tat-tqegħid fis-suq jew ta' użu ta' sustanza fil-Komunità.
Il-partijiet relevanti ta' l-Anness I għandhom jiġu użati fil-metodoloġija u l-format ta' kwalunkwe dossier skond dan l-Anness. Għad-dossiers kollha kwalunkwe informazzjoni relevanti mid-dossiers ta' reġistrazzjoni għandha tiġi kunsidrata u tista' tintuża informazzjoni disponibbli oħra. Għall-informazzjoni dwar il-perikli li ma tkunx ġiet preżentata qabel lill-Aġenzija, għandu jiġi inkluż fid-dossier sommarju robust ta' studju. II. KONTENUT TAD-DOSSIERS ▼M3 ————— 2. Dossier għall-identifikazzjoni ta' sustanza bħala PBT, vPvBv jew sustanza ta' tħassib ekwivalenti skond l-Artikolu 59 Proposta Il-proposta għandha tinkludi l-identità tas-sustanza jew sustanzi konċernati u jekk hux propost li jiġu identifikati bħala CMR skond l-Artikolu 57(a), (b) jew (ċ), PBT skond l-Artikolu 57(d), jew bħala vPvB skond l-Artikolu 57(e), jew bħala sustanza ta' tħassib ekwivalenti skond l-Artikolu 57(f). Ġustifikazzjoni Għandu jsir paragun bejn l-informazzjoni disponibbli u l-kriterji stabbiliti fl-Anness XIII għall-PBT skond l-Artikolu 57(d), u għall-vPvBs skond l-Artikolu 57(e), jew għandha ssir stima tal-periklu u mqabbla ma' l-Artikolu 57(f), skond il-partijiet relevanti tat-Taqsimiet 1 sa 4 ta' l-Anness I għandu jkun kompletat. Dan għandu jiġi dokumentat fil-format previst fil-Parti B tar-Rapport tas-Sigurtà Kimika fl-Anness I. Informazzjoni dwar espożizzjoni, sustanzi alternattivi u riskji Għandhom jiġu provduti l-informazzjoni disponibbli dwar użu u espożizzjoni u l-informazzjoni dwar sustanzi alternattivi u teknika. 3. Dossiers għall-proposta ta' restrizzjonijiet Proposta Il-proposta għandha tinkludi l-identità tas-sustanza u r-restrizzjoni jew restrizzjonijiet proposti għall-manifattura, it-tqegħid fis-suq jew l-użu(i) u sommarju tal-ġustifikazzjoni. Informazzjoni dwar perikli u riskji Ir-riskji li għandhom jiġu indirizzati bir-restrizzjoni għandhom jiġu deskritti abbażi ta' l-istima tal-perikli u tar-riskji skond il-partijiet relevanti ta' l-Anness I u għandhom ikunu dokumentati fil-format previst fil-Parti B ta' dak l-Anness għar-Rapport tas-Sigurtà Kimika. Għandha tiġi provduta l-prova ta' l-insuffiċjenza tal-miżuri ta' l-immaniġġar tar-riskji implementati (inklużi dawk identifikati f'reġistrazzjonijiet taħt l-Artikoli 10 sa 14). Informazzjoni dwar alternattivi Għandha tiġi provduta l-informazzjoni disponibbli dwar sustanzi alternattivi u teknika, inklużi:
—
informazzjoni dwar ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent relatata mall-maifattura jew ma' l-użu ta' l-alternattivi;
—
disponibbiltà, inkluża l-iskala ta' żmien;
—
fattibbiltà teknika u ekonomika.
Ġustifikazzjoni għar-Restrizzjonijiet fil-Livell Komunitarju Għandha tiġi provduta l-ġustifikazzjoni li:
—
tkun meħtieġa azzjoni fuq bażi wiesgħa Komunitarja
—
xi restrizzjoni tkun l-aktar miżura adatta, applikabbli mal-Komunità kollha, li għandha tiġi valutata bl-użu tal-kriterji li ġejjin:
(i)
effikaċja: ir-restrizzjoni trid tkun immirata għall-effetti jew espożizzjonijiet li jikkawżaw ir-riskji identifikati, kapaċi li jnaqqsu dawn ir-riskji għal-livell aċċettabbli f'perjodu ta' żmien raġjonevoli u proporzjonat għar-riskju;
(ii)
pratiċità: ir-restrizzjoni għandha tkun implementabbli, infurzabbli u maniġġabbli;
(iii)
monitorabbiltà: għandu jkun possibbli li jiġi monitorat ir-riżultat ta' l-implementazzjoni tar-restrizzjoni proposta; Valutazzjoni soċjo-ekonomika L-impatti soċjo-ekonomiċi tar-restrizzjoni proposta jistġhu jiġu analizzati b'referenza għall-Anness XVI. Għal dan il-għan, il-benefiċċji netti għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent tar-restrizzjoni proposta jistgħu jiġu mqabbla ma' l-ispejjeż netti tagħha għal manifatturi, importaturi, utenti downstream, distributuri, konsumaturi u s-soċjetà in ġenerali. Informazzjoni dwar konsultazzjoni ta' persuni interessati Għandha tiġi inkluża fid-dossier l-informazzjoni dwar kwalunkwe konsultazzjoni ma' partijiet interessati u dwar kif ittieħed kont ta' l-opinjonijiet tagħhom. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|