+Artikolu 3 Definizzjonijiet

Artikolu 3 Definizzjonijiet

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

▼M1

(1) 

“emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza” tfisser il-medja tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi fil-perijodu ta’ referenza tal-vetturi tqal ġodda kollha f’kull wieħed mis-subgruppi tal-vetturi, iddeterminata f’konformità mal-punt 3 tal-Anness I;

▼B

(2) 

“emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi” tfisser l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ vettura tqila individwali ddeterminati skont il-punt 2.1 tal-Anness I;

(3) 

“perijodu ta’ rapportar tas-sena Y” tfisser il-perijodu mill-1 ta’ Lulju tas-sena Y sat-30 ta’ Ġunju tas-sena Y+1;

▼M1

(3a) 

“perijodu ta’ rapportar” tfisser il-perijodu mill-1 ta’ Lulju ta’ sena partikolari sat-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara;

(3b) 

“perijodu ta’ referenza” tfisser il-perijodu ta’ rapportar ta’ sena partikolari li fir-rigward tagħha l-obbligi ta’ tnaqqis regolatorju tal-emissjonijiet tas-CO2 għal ċertu subgrupp tal-vetturi huma speċifikati fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament;

▼B

(4) 

“emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji” tfisser il-medja tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tal-vetturi tqal ġodda ta’ manifattur f’perijodu ta’ rapportar partikolari ddeterminat skont il-punt 2.7 tal-Anness I;

▼M1

(5) 

“mira ta’ emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi” tfisser il-mira ta’ emissjonijiet tas-CO2 ta’ manifattur individwali, ddeterminata kull sena għall-perijodu ta’ rapportar preċedenti f’konformità mal-punt 4 tal-Anness I;

▼B

(6) 

“trakk riġidu” tfisser trakk li mhux imfassal jew mibni biex jirmonka semi-trailer;

(7) 

“trattur” tfisser unità ta’ trattur mfassla u mibnija esklussivament jew primarjament biex tirmonka semi-trailer;

(8) 

“subgrupp tal-vetturi” tfisser grupp ta’ vetturi kif iddefinit fil-punt 1 tal-Anness I, li huma kkaratterizzati minn sett komuni u distint ta’ kriterji tekniċi rilevanti għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil ta’ dawn il-vetturi;

▼M1

(9) 

“vettura vokazzjonali” tfisser vettura tqila maħsuba biex tintuża għal dmirijiet speċifiċi, li skont l-informazzjoni fiċ-ċertifikat tal-konformità tagħha, kif irrapportat mill-Istati Membri, tissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-punt 1.2 tal-Anness I;

(10) 

“manifattur” tfisser il-persuna jew il-korp li lilhom ġew attribwiti l-vetturi rreġistrati f’perijodu partikolari f’konformità mal-Artikolu 7a;

▼M1

(10a) 

“rapportatur” tfisser entità li tkun responsabbli għar-rapportar tad-data lill-Kummissjoni;

▼M1

(11) 

“vettura tqila mingħajr emissjonijiet” tfisser kwalunkwe miil-vetturi li ġejjin:

(a) 

vettura bil-mutur tqila mingħajr magna tal-kombustjoni interna, jew b’magna tal-kombustjoni interna li l-emissjonijiet tagħha ma jkunux aktar minn 3 gCO2/(t.km) jew 1 gCO2/(p.km) kif iddeterminati f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2017/2400;

(b) 

vettura bil-mutur tqila mingħajr magna tal-kombustjoni interna jew b’magna tal-kombustjoni interna li l-emissjonijiet tagħha ma jkunux aktar minn 1 g/kWh ta’ CO2 kif iddeterminat f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 595/2009 u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu jew li l-emissjonijiet tagħha ma jkunux aktar minn 1 g/km ta’ CO2 kif iddeterminat f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ) u mal-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu dment li ma tkun ġiet iddeterminata l-ebda emissjoni tas-CO2 skont ir-Regolament (UE) 2017/2400;

(c) 

trejler mgħammar b’apparat li jappoġġja b’mod attiv il-propulsjoni tiegħu u li ma jkollux magna tal-kombustjoni interna jew li jkollu magna tal-kombustjoni interna li l-emissjonijiet tagħha jkunu anqas minn 1 g CO2/kWh kif iddeterminat f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 595/2009 u mal-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu jew f’konformità mar-Regolament tan-NUKEE (KE) Nru 49.

(12) 

“vettura tqila b’emissjonijiet baxxi” tfisser vettura tqila, għajr vettura tqila mingħajr emissjonijiet, b’emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi ta’ anqas minn nofs l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza tal-vetturi kollha fis-subgrupp tal-vetturi li għalih tappartjeni l-vettura tqila, kif iddeterminat f’konformità mal-punt 2.3.4 tal-Anness I;

▼B

(13) 

“profil tal-missjoni” tfisser kombinazzjoni ta’ ċiklu tal-veloċità mmirata, ċifra tat-tagħbija utli, konfigurazzjoni tal-karozzerija jew tat-trejler, u parametri oħra, jekk applikabbli, li jirrifletti l-użu speċifiku ta’ vettura, li abbażi tagħhom ġew iddeterminati l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil uffiċjali ta’ vettura tqila;

(14) 

“ċiklu tal-veloċità mmirata” tfisser id-deskrizzjoni tal-veloċità tal-vettura li s-sewwieq irid jilħaq jew li hu limitat biha minħabba l-kundizzjonijiet tat-traffiku, bħala funzjoni tad-distanza koperta bi vjaġġ;

(15) 

“tagħbija” tfisser il-piż tal-merkanzija li vettura qed iġorr skont kundizzjonijiet differenti;

▼M1

(16) 

“vettura primarja” tfisser vettura primarja kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (22), tar-Regolament (UE) 2017/2400;

(17) 

“vettura primarja ta’ vettura tqila” tfisser vettura primarja, li għas-simulazzjoni tagħha tiġi allokata karozzerija ġenerika li tikkorrispondi għall-karozzerija attwali tal-vettura tqila fir-rigward tal-konfigurazzjonijiet tal-art (baxxa/għolja) u tas-sulari (wieħed/doppju) tagħha u ta’ kwalunkwe parametru ieħor kif applikabbli;

(18) 

“vettura kompluta” tfisser vettura kompluta kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (26), tar-Regolament (UE) 2018/858;

(19) 

“vettura kompleta” tfisser vettura kompleta kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (27), tar-Regolament (UE) 2018/858;

(20) 

“vettura off-road” tfisser vettura off-road kif definit fil-Parti A, il-punt 2.1, tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/858;

(21) 

“vettura bi skop speċjali” tfisser vettura bi skop speċjali kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (31), tar-Regolament (UE) 2018/858;

(22) 

“vettura bi skop speċjali off-road” tfisser vettura bi skop speċjali off-road kif definit fil-Parti A, il-punt 2.3.1, tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/858;

(23) 

“ċertifikat tal-konformità” tfisser ċertifikat tal-konformità kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (5), tar-Regolament (UE) 2018/858;

(24) 

“kuntratt pubbliku”, fil-kuntest ta’ proċeduri ta’ akkwist pubbliku u sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, tfisser “kuntratt pubbliku” kif definit fl-Artikolu 2(1), il-punt (5), tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ), “kuntratti ta’ provvista, xogħlijiet u servizzi” kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (1), tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ), u “konċessjonijiet” kif definit fl-Artikolu 5, il-punt (1), tad-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 );

(25) 

“rakk b’kombinazzjoni tqila ħafna” jew “trakk EHC” tfisser vettura tqila tal-kategorija N3 adattata għall-użu f’kombinazzjoni ta’ vetturi u li tissodisfa l-kriterji kollha tad-disinn u tal-kostruzzjoni li ġejjin:

(a) 

ikollha tliet fusien jew aktar;

(b) 

b’potenza nominali tal-magna ta’ mill-inqas 400 kW;

(c) 

iddisinjata b’massa tat-tagħbija massima teknikament possibbli (TPMLM) tal-kombinazzjoni ta’ aktar minn 60 tunnellata;

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, “grupp ta’ manifatturi konnessi” tfisser manifattur u l-impriżi konnessi miegħu.

Fir-rigward tal-manifattur, “impriżi konnessi” tfisser:

(a) 

impriżi li fihom il-manifattur ikollu, direttament jew indirettament:

(i) 

is-setgħa li jeżerċita aktar minn nofs id-drittijiet tal-vot;

(ii) 

is-setgħa li jaħtar aktar minn nofs il-membri tal-bord superviżorju, tal-bord ta’ ġestjoni jew tal-korpi li jirrappreżentaw lill-impriża b’mod ġuridiku; jew

(iii) 

ikollu d-dritt li jmexxi n-negozju tal-impriża;

(b) 

impriżi li direttament jew indirettament ikollhom, id-dritt jew is-setgħat imsemmija fil-punt (a);

(c) 

impriżi li fihom impriża msemmija fil-punt (b) ikollha, direttament jew indirettament, id-dritt jew is-setgħat imsemmija fil-punt (a);

(d) 

impriżi li fihom il-manifattur flimkien ma’ impriża waħda jew aktar mill-impriżi msemmija fil-punt (a), (b) jew (c), jew li fihom żewġ impriżi jew aktar mill-impriżi tal-aħħar, b’mod konġunt ikollhom id-dritt jew is-setgħat imsemmija fil-punt (a);

(e) 

impriżi li fihom id-dritt jew is-setgħat imsemmija fil-punt (a) huma miżmuma b’mod konġunt mill-manifattur jew minn impriża waħda jew aktar mill-impriżi konnessi miegħu msemmija fil-punti (a) sa (d) u minn parti terza waħda jew aktar.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.09.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R1242
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.