|
+ANNESS V |
ANNESS V
ANNESS V KONFERMA TAL-ĦRUĠ TA’ TALBA GĦALL-PRODUZZJONI WARA ORDNI TA’ PRESERVAZZJONI EWROPEA Skont ir-Regolament (UE) 2023/1543 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 24 ), malli jirċievi ċ-Ċertifikat ta’ Ordni ta’ Preservazzjoni Ewropea (EPOC-PR) id-destinatarju jeħtieġlu, mingħajr dewmien żejjed, jippreserva d-data mitluba. Il-preservazzjoni trid tieqaf wara 60 jum, sakemm ma tiġix estiża mill-awtorità emittenti bi 30 jum addizzjonali, jew l-awtorità emittenti ma tikkonfermax li tkun inħarġet talba sussegwenti għall-produzzjoni billi tuża l-formola stabbilita f’dan l-Anness. Wara dik il-konferma, id-destinatarju jeħtieġlu jippreserva d-data għal kemm ikun hemm bżonn biex jipproduċi d-data ladarba tasal it-talba sussegwenti għall-produzzjoni. TAQSIMA A: Awtorità emittenti tal-EPOC-PR Stat emittenti:… Awtorità emittenti:… Jekk differenti mill-punt ta’ kuntatt indikat fl-EPOC-PR, l-awtorità/il-punt ta’ kuntatt (eż. awtorità ċentrali) li jistgħu jiġu kkuntattjati dwar kwalunkwe mistoqsija marbuta mal-eżekuzzjoni tal-EPOC-PR: Isem u dettalji ta’ kuntatt:… TAQSIMA B: Destinatarju tal-EPOC-PR Destinatarju:… Indirizz:… Nru tat-Tel./Nru tal-Fax/email (jekk magħrufa):… Persuna ta’ kuntatt (jekk magħrufa):… Numru tal-fajl tad-destinatarju (jekk magħruf):… Fornitur tas-servizz ikkonċernat (jekk differenti mid-destinatarju):… Kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti:… TAQSIMA C: Informazzjoni dwar l-EPOC-PR Id-data hija ppreservata f’konformità mal-EPOC-PR maħruġ fi… (indika d-data tal-ħruġ tat-talba) u trażmess fi… (indika d-data tat-trażmissjoni tat-talba) bin-numru tal-fajl… (indika n-numru tal-fajl). Ġie estiż bi 30 jum mill-awtorità emittenti …, numru tal-fajl… fi … (immarka l-kaxxa u indika, jekk applikabbli). TAQSIMA D: Konferma Dan jikkonferma li nħarġet it-talba għall-produzzjoni li ġejja (immarka l-kaxxa xierqa u imla, jekk meħtieġ): Ċertifikat ta’ Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea maħruġ minn… (indika l-awtorità) fi… (indika d-data tal-ħruġ tat-talba) u trażmess fi… (indika d-data tat-trażmissjoni tat-talba) bin-numru tal-fajl… (indika n-numru tal-fajl) u trażmess lil… (indika l-fornitur tas-servizz/l-istabbiliment deżinjat/ir-rappreżentant legali/l-awtorità kompetenti li lilha ġiet trażmessa u, jekk disponibbli, in-numru tal-fajl mogħti mid-destinatarju). Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea maħruġa minn… (indika l-awtorità) fi… (indika d-data tal-ħruġ tat-talba) u trażmessa fi… (indika d-data tat-trażmissjoni tat-talba) bin-numru tal-fajl… (indika n-numru tal-fajl) u trażmessa lil… (indika l-Istat u l-awtorità kompetenti li lilhom ġiet trażmessa u, jekk disponibbli, in-numru tal-fajl mogħti mill-awtoritajiet li ssirilhom it-talba). Talba għal Assistenza Legali Reċiproka maħruġa minn… (indika l-awtorità) fi…(indika d-data tal-ħruġ tat-talba) u trażmessa fi… (indika d-data tat-trażmissjoni tat-talba) bin-numru tal-fajl… (indika n-numru tal-fajl) u trażmessa lil… (indika l-Istat u l-awtorità kompetenti li lilhom ġiet trażmessa u, jekk disponibbli, in-numru tal-fajl mogħti mill-awtoritajiet li ssirilhom it-talba). Firma tal-awtorità emittenti u/jew tar-rappreżentant tagħha Isem:… Data:… Firma ( 25 ):… 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|