+Artikolu 3 Definizzjonijiet
---+Artikolu 3 (1)
---+Artikolu 3 (2)
---+Artikolu 3 (3)
---+Artikolu 3 (4)
---+Artikolu 3 (5)
---+Artikolu 3 (6)
---+Artikolu 3 (7)
---+Artikolu 3 (8)
---+Artikolu 3 (9)
---+Artikolu 3 (10)
---+Artikolu 3 (11)
---+Artikolu 3 (12)
---+Artikolu 3 (13)
---+Artikolu 3 (14)
---+Artikolu 3 (15)
---+Artikolu 3 (16)
---+Artikolu 3 (17)
---+Artikolu 3 (18)
---+Artikolu 3 (19)
---+Artikolu 3 (20)
---+Artikolu 3 (21)
---+Artikolu 3 (22)
---+Artikolu 3 (23)
---+Artikolu 3 (24)
---+Artikolu 3 (25)
---+Artikolu 3 (26)
---+Artikolu 3 (27)
---+Artikolu 3 (28)
---+Artikolu 3 (29)
---+Artikolu 3 (30)
---+Artikolu 3 (31)
---+Artikolu 3 (32)
---+Artikolu 3 (33)
---+Artikolu 3 (34)
---+Artikolu 3 (35)
---+Artikolu 3 (36)
---+Artikolu 3 (37)
---+Artikolu 3 (38)
---+Artikolu 3 (39)
---+Artikolu 3 (40)
---+Artikolu 3 (41)
---+Artikolu 3 (42)

Artikolu 3 Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 3 (1)

“emissjonijiet ta’ gassijiet serra” jew “emissjonijiet GHG” tfisser ir-rilaxx tad-diossidu tal-karbonju (CO2), tal-metan (CH4) u tal-ossidu nitruż (N2O) fl-atmosfera;

Artikolu 3 (2)

“bijokarburanti” tfisser bijokarburanti kif iddefinit fl-Artikolu 2, it-tieni paragrafu, il-punt (33), tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

Artikolu 3 (3)

“bijogass” tfisser bijogass kif iddefinit fl-Artikolu 2, it-tieni paragrafu, il-punt (28), tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

Artikolu 3 (4)

“karburanti tal-karbonju riċiklat” tfisser karburanti tal-karbonju riċiklat kif iddefinit fl-Artikolu 2, it-tieni paragrafu, il-punt (35), tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

Artikolu 3 (5)

“karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika” (RFNBO) tfisser karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika kif iddefinit fl-Artikolu 2, it-tieni paragrafu, il-punt (36), tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

Artikolu 3 (6)

“għelejjel tal-ikel u tal-għalf” tfisser għelejjel tal-ikel u tal-għalf kif iddefinit fl-Artikolu 2, it-tieni paragrafu, il-punt (40), tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

Artikolu 3 (7)

“teknoloġija b’emissjonijiet żero” tfisser teknoloġija li, meta tintuża biex tipprovdi l-enerġija, ma tirriżultax fir-rilaxx fl-atmosfera tal-gassijiet serra u s-sustanzi li jniġġsu fl-arja li ġejjin mill-bastimenti: id-diossidu tal-karbonju (CO2), il-metan (CH4), l-ossidu nitruż (N2O), l-ossidi tal-kubrit (SOx), l-ossidi tan-nitroġenu (NOx) u l-materja partikolata (PM);

Artikolu 3 (8)

“sorsi alternattivi tal-enerġija” tfisser enerġija rinnovabbli ġġenerata abbord jew elettriku fornut minn provvista tal-elettriku mix-xatt;

Artikolu 3 (9)

“propulsjoni assistita mir-riħ” tfisser propulsjoni, kemm parzjali kif ukoll sħiħa, ta’ bastiment permezz tal-enerġija mir-riħ armata permezz ta’ sistemi ta’ propulsjoni assistita mir-riħ bħal, fost oħrajn, qlugħ rotor, tjur, qlugħ iebes jew riġidu, qlugħ artab, ġwienaħ tal-ġbid jew turbini;

Artikolu 3 (10)

“port tal-waqfa” tfisser port fejn il-bastimenti jieqfu jgħabbu jew iħottu merkanzija jew jimbarkaw jew jiżbarkaw passiġġieri bl-esklużjoni ta’ waqfiet għall-finijiet biss ta’ riforniment, kisba ta’ provvisti, bdil ta’ ekwipaġġ, dħul f’baċir imbattal mill-ilma jew tiswijiet lill-bastiment, lit-tagħmir tiegħu jew lit-tnejn li huma; waqfiet fil-port minħabba li l-bastiment ikun jeħtieġ assistenza jew ikun f’diffikultà; trasferimenti minn bastiment għal bastiment li jsiru barra mill-portijiet; waqfiet għall-iskop uniku ta’ kenn minn temp ħażin jew li jsiru meħtieġa minn attivitajiet ta’ tiftix u salvataġġ; u waqfiet ta’ bastimenti tal-kontejners f’port ta’ trażbord tal-kontejners ġar elenkat fl-att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 2(2);

Artikolu 3 (11)

“vjaġġ” tfisser vjaġġ kif iddefinit fl-Artikolu 3, il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2015/757;

Artikolu 3 (12)

“reġjun ultraperiferiku” tfisser territorju msemmi fl-Artikolu 349 TFUE;

Artikolu 3 (13)

“kumpanija” tfisser sid il-bastiment jew kwalunkwe organizzazzjoni jew persuna oħra, bħall-maniġer jew in-noleġġatur ta’ bastimenti mingħajr ekwipaġġ, li jkunu assumew ir-responsabbiltà għall-operazzjoni tal-bastiment mingħand sid il-bastiment u li jkunu aċċettaw li jassumu d-doveri u r-responsabbiltajiet kollha imposti mill-Kodiċi Internazzjonali ta’ Ġestjoni għall-Operazzjoni Sikura tal-Bastimenti u għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis;

Artikolu 3 (14)

“tunnellaġġ gross” (GT) tfisser tunnellaġġ gross kif iddefinit fl-Artikolu 3, il-punt (e), tar-Regolament (UE) 2015/757;

Artikolu 3 (15)

“bastiment fl-irmiġġ” tfisser bastiment fl-irmiġġ kif iddefinit fl-Artikolu 3, il-punt (n), tar-Regolament (UE) 2015/757;

Artikolu 3 (16)

“bastiment fl-ankraġġ” tfisser bastiment fl-irmiġġ li ma jkunx irmiġġat mal-moll;

Artikolu 3 (17)

“enerġija użata abbord” tfisser l-ammont ta’ enerġija, espress f’mega joules (MJ), użat minn bastiment għall-propulsjoni u għat-tħaddim ta’ kwalunkwe tagħmir abbord, fuq il-baħar jew fl-irmiġġ;

Artikolu 3 (18)

“well-to-wake” tfisser metodu għall-kalkolu tal-emissjonijiet li jieħu inkunsiderazzjoni l-impatt tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-produzzjoni, it-trasport, id-distribuzzjoni u l-użu tal-enerġija abbord, inkluż matul il-kombustjoni;

Artikolu 3 (19)

“intensità tal-gassijiet serra tal-enerġija użata abbord” tfisser l-ammont ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra, espress fi grammi ta’ ekwivalenti ta’ CO2 stabbiliti fuq bażi well-to-wake, għal kull MJ ta’ enerġija użata abbord;

Artikolu 3 (20)

“fattur ta’ emissjoni” tfisser ir-rata ta’ emissjoni medja ta’ gassijiet serra relattiva għad-data dwar l-attivitajiet ta’ fluss minn sors, bil-preżunzjoni ta’ ossidazzjoni kompleta għall-kombustjoni u ta’ konverżjoni kompleta għar-reazzjonijiet kimiċi l-oħrajn kollha;

Artikolu 3 (21)

“klassi tas-silġ” tfisser in-notazzjoni mogħtija lill-bastiment mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istat tal-bandiera, jew minn organizzazzjoni rikonoxxuta minn dak l-Istat, li turi li l-bastiment ġie mfassal għan-navigazzjoni f’kondizzjonijiet ta’ silġ fuq il-baħar;

Artikolu 3 (22)

“limitu tas-silġ” tfisser id-demarkazzjoni fi kwalunkwe ħin bejn il-baħar miftuħ u s-silġ tal-baħar ta’ kwalunkwe tip, kemm jekk fiss kif ukoll jekk iżomm f’wiċċ l-ilma, kif stabbilit fil-paragrafu 4.4.8 tan-Nomenklatura tal-Organizzazzjoni Meteoroloġika Dinjija dwar il-Baħar u s-Silġ, Marzu 2014;

Artikolu 3 (23)

“tbaħħir f’kondizzjonijiet ta’ silġ” tfisser it-tbaħħir minn bastiment tal-klassi tas-silġ f’żona tal-baħar fil-limitu tas-silġ;

Artikolu 3 (24)

“provvista tal-elettriku mix-xatt” (OPS) tfisser is-sistema ta’ provvista tal-elettriku lill-bastimenti rmiġġati, b’voltaġġ baxx jew għoli u b’kurrent alternat jew dirett, inklużi installazzjonijiet fuq in-naħa tal-bastiment u fuq il-port, meta tkun qed tiġi alimentata direttament l-iswiċċbord ta’ distribuzzjoni ewlenija tal-bastiment biex tingħata enerġija lit-tagħbijiet tal-lukanda u tas-servizz, jew biex jiġu ċċarġjati l-batteriji sekondarji;

Artikolu 3 (25)

“domanda għall-enerġija elettrika fl-irmiġġ” tfisser id-domanda għall-elettriku minn bastiment fl-irmiġġ biex jissodisfa l-ħtiġijiet kollha tal-enerġija abbażi tal-elettriku abbord;

Artikolu 3 (26)

“domanda totali stabbilita għall-enerġija elettrika tal-bastiment fl-irmiġġ” tfisser l-ogħla valur, espress f’kilowatts, tad-domanda totali għall-elettriku tal-bastiment fl-irmiġġ, inkluż it-tagħbijiet tax-xogħol tal-lukandi u tal-maniġġ ta’ merkanzija;

Artikolu 3 (27)

“verifikatur” tfisser entità ġuridika li twettaq attivitajiet ta’ verifika, li tiġi akkreditata minn korp nazzjonali ta’ akkreditazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 u dan ir-Regolament;

Artikolu 3 (28)

“dokument tal-konformità FuelEU” tfisser dokument speċifiku għal bastiment, maħruġ lil kumpanija minn verifikatur, li jikkonferma li dak il-bastiment ikun ikkonforma ma’ dan ir-Regolament għal perjodu speċifiku ta’ rappurtar;

Artikolu 3 (29)

“bastiment tal-passiġġieri” tfisser bastiment tal-passiġġieri kif iddefinit fl-Artikolu 2, il-punt (i), tad-Direttiva (UE) 2016/802 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23);

Artikolu 3 (30)

“bastiment tal-kruċiera” tfisser bastiment tal-passiġġieri li ma jkollux gverta tal-merkanzija u huwa ddisinjat esklużivament għat-trasport kummerċjali tal-passiġġieri f’akkomodazzjoni matul il-lejl fuq vjaġġ bil-baħar;

Artikolu 3 (31)

“bastiment tal-kontejners” tfisser bastiment imfassal esklużivament għat-trasport ta’ kontejners fl-istivi u fuq il-gverta;

Artikolu 3 (32)

“waqfa mhux konformi f’port” tfisser waqfa f’port li matulha l-bastiment ma jikkonformax mar-rekwiżit li jinsab l-Artikolu 6(1), u ma tkun tapplika l-ebda waħda mill-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 6(5);

Artikolu 3 (33)

“perkors l-inqas favorevoli” tfisser l-aktar perkors ta’ produzzjoni intensiv fil-karbonju użat għal kwalunkwe karburant partikolari;

Artikolu 3 (34)

“ekwivalenti ta’ CO2” tfisser il-kejl metriku użat biex jiġu kkomputati l-emissjonijiet mis-CO2, CH4 u N2O abbażi tal-potenzjal ta’ tisħin globali tagħhom, billi l-ammonti ta’ CH4 u N2O jiġu konvertiti għall-ammont ekwivalenti ta’ CO2 bl-istess potenzjal ta’ tisħin globali;

Artikolu 3 (35)

“bilanċ ta’ konformità” tfisser il-kejl ta’ konformità żejda jew insuffiċjenti ta’ bastiment fir-rigward tal-limiti għall-intensità medja annwali tal-gassijiet serra tal-enerġija użata abbord minn bastiment jew is-submira RFNBO, li tiġi kkalkulata f’konformità mal-Parti A tal-Anness IV;

Artikolu 3 (36)

“surplus ta’ konformità” tfisser bilanċ ta’ konformità b’valur pożittiv;

Artikolu 3 (37)

“defiċit ta’ konformità” tfisser bilanċ ta’ konformità b’valur negattiv;

Artikolu 3 (38)

“bilanċ totali ta’ konformità akkomunata” tfisser is-somma tal-bilanċi ta’ konformità tal-bastimenti kollha inklużi fl-akkomunament;

Artikolu 3 (39)

“korp ta’ ġestjoni tal-port” tfisser korp ta’ ġestjoni tal-port kif definit fil-Artikolu 2, il-punt (5), tar-Regolament (UE) 2017/352;

Artikolu 3 (40)

“Stat responsabbli” tfisser Stat Membru appuntat bl-applikazzjoni tal-Artikolu 3gf(1) tad-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward ta’ kumpanija skont it-tifsira ta’ dan ir-Regolament mingħajr preġudizzju għall-għażla tal-awtoritajiet kompetenti inkarigati fl-Istat Membru rilevanti;

Artikolu 3 (41)

“perjodu ta’ rappurtar” tfisser perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru tas-sena li matulha l-informazzjoni msemmija f’dan ir-Regolament tiġi mmonitorjata u rreġistrata, li fiha d-data għal vjaġġi li jibdew u jintemmu f’sentejn kalendarji differenti titqies taħt is-sena kalendarja kkonċernata;

Artikolu 3 (42)

“perjodu ta’ verifika” tfisser is-sena kalendarja direttament wara l-perjodu ta’ rappurtar.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.09.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1805
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.