2. Il-manifatturi tas-sistemi ta’ EHR għandhom jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ proċeduri biex jiġi żgurat li d-disinn, l-iżvilupp u l-użu tal-komponenti tas-software armonizzati tas-sistema ta’ EHR, ikomplu jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness II u l-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fl-Artikolu 36. It-tibdiliet fid-disinn jew fil-karatteristiċi fir-rigward tal-komponenti tas-software armonizzati tas-sistemi ta’ EHR għandhom jitqiesu b’mod adegwat u jiġu riflessi fid-dokumentazzjoni teknika.