+Artikolu 31 Rappreżentanti awtorizzati
---+Artikolu 31 1
---+Artikolu 31 2
---+Artikolu 31 3
---+Artikolu 31 4

Artikolu 31 Rappreżentanti awtorizzati

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 31 1

1.   Qabel ma jagħmel sistema ta’ EHR disponibbli fis-suq tal-Unjoni, manifattur ta’ sistema ta’ EHR stabbilit barra mill-Unjoni għandu, b’mandat bil-miktub, jaħtar rappreżentant awtorizzat li jkun stabbilit fl-Unjoni.

Artikolu 31 2

2.   Rappreżentant awtorizzat għandu jwettaq il-kompiti speċifikati fil-mandat maqbul mal-manifattur. Il-mandat għandu jippermetti lir-rappreżentant awtorizzat biex tal-inqas jagħmel dan li ġej:

(a)

iżomm id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE u d-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 37 għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 30(3);

(b)

fuq talba motivata ta’ awtorità tas-sorveljanza tas-suq jipprovdi lil dawk l-awtoritajiet tal-Istai Membru kkonċernat b’kopja tal-mandat u l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juri l-konformità ta’ sistema ta’ EHR mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness II kif ukoll l-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fl-Artikolu 36;

(c)

jinformaw, mingħajr dewmien bla bżonn lill-manifattur jekk ir-rappreżentant awtorizzat ikollu raġuni biex jemmen li sistema ta’ EHR ma tkunx għadha f’konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness II;

(d)

jinforma mingħajr dewmien bla bżonn lill-manifattur dwar kwalunkwe ilment irċevut mill-konsumaturi jew l-utenti professjonali;

(e)

jikkoopera mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, fuq talba tagħhom, dwar kwalunkwe azzjoni korrettiva meħuda fir-rigward tas-sistemi ta’ EHR koperti mill-mandat tiegħu;

(f)

itemm il-mandat jekk il-manifattur ma jkunx konformi mal-obbligi tiegħu skont dan ir-Regolament;

(g)

jiżgura li d-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 37 tkun tista’ ssir disponibbli għall-awtoritajiet rilevanti, fuq talba.

Artikolu 31 3

3.   F’każ ta’ bidla tar-rappreżentant awtorizzat, l-arranġamenti dettaljati għal tali bidla għandhom tal-inqas jindirizzaw dan li ġej:

(a)

id-data ta’ tmiem il-mandat tar-rappreżentant awtorizzat li jkun se jispiċċa l-mandat tiegħu u d-data tal-bidu tal-mandat tar-rappreżentant awtorizzat li jkun se jibda;

(b)

it-trasferiment ta’ dokumenti, inklużi aspetti ta’ kunfidenzjalità u drittijiet ta’ proprjetà.

Artikolu 31 4

4.   Meta l-manifattur ikun stabbilit barra l-Unjoni u ma jkunx ikkonforma mal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 30, ir-rappreżentant awtorizzat għandu jkun responsabbli b’mod konġunt u in solidum għan-nuqqas ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament fuq l-istess bażi bħall-manifattur.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.03.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0327
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.