+Artikolu 67 2
|
Artikolu 67 2
2. L-applikazzjoni għall-aċċess għad-data dwar is-saħħa għandha tinkludi:
|
(a)
|
l-identità tal-applikant għal data dwar is-saħħa, deskrizzjoni tal-funzjonijiet u l-attivitajiet professjonali ta’ dak l-applikant għal data dwar is-saħħa, inkluża l-identità tal-persuni fiżiċi li jkollhom aċċess għad-data elettronika dwar is-saħħa, kieku jinħareġ permess tad-data; l-applikant għal data dwar is-saħħa għandu jinnotifika lill-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa bi kwalunkwe aġġornament tal-lista ta’ persuni fiżiċi;
|
|
(b)
|
l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 53(1) li għalihom issir applikazzjoni għall-aċċess għad-data;
|
|
(c)
|
spjegazzjoni dettaljata tal-użu maħsub tad-data elettronika dwar is-saħħa u tal-benefiċċju mistenni relatat ma’ dak l-użu u kif dak il-benefiċċju jikkontribwixxi għall-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 53(1);
|
|
(d)
|
deskrizzjoni tad-data elettronika dwar is-saħħa mitluba, inkluż il-kamp ta’ applikazzjoni, il-medda taż-żmien tagħha, il-format, sorsi u, fejn possibbli, l-kopertura ġeografika meta tali data tintalab minn detenturi tad-data dwar is-saħħa f’diversi Stati Membri jew minn parteċipanti awtorizzati fid-DataTas-Saħħa@UE (HealthData@EU) msemmija fl-Artikolu 75;
|
|
(e)
|
deskrizzjoni li tispjega jekk hemmx bżonn li d-data elettronika dwar is-saħħa tkun magħmula disponibbli f’format psewdonimizzat jew anonimizza; fil-każ ta’ format psewdonimizzat, ġustifikazzjoni għaliex l-ipproċessar ma jistax jitwettaq bl-użu ta’ data anonimizzata;
|
|
(f)
|
fejn l-applikant għal data dwar is-saħħa jikollu l-ħsieb li jdaħħal settijiet tad-data diġà miżmuma minn dak l-applikant għal data dwar is-saħħa fl-ambjent tal-ipproċessar sigur, deskrizzjoni ta’ dawk is-settijiet tad-data;
|
|
(g)
|
deskrizzjoni tas-salvagwardji, li jridu jkunu proporzjonati għar-riskji, ppjanati biex jiġi evitat kwalunkwe użu ħażin tad-data elettronika dwar is-saħħa, kif ukoll biex jiġu protetti d-drittijiet u l-interessi tad-detentur tad-data dwar is-saħħa u tal-persuni fiżiċi kkonċernati, inkluż biex tiġi evitata kwalunkwe identifikazzjoni mill-ġdid ta’ persuni fiżiċi fis-sett tad-data;
|
|
(h)
|
indikazzjoni ġustifikata tal-perjodu li matulu d-data elettronika dwar is-saħħa hija meħtieġa għall-ipproċessar f’ambjent tal-ipproċessar sigur;
|
|
(i)
|
deskrizzjoni tal-għodod u tar-riżorsi tal-informatika meħtieġa għal ambjent tal-ipproċessar sigur;
|
|
(j)
|
meta applikabbli, informazzjoni dwar kwalunkwe valutazzjoni tal-aspetti etiċi tal-ipproċessar, meħtieġa skont il-liġi nazzjonali, li tista’ sservi biex tieħu post il-valutazzjoni tal-etika tal-applikant għal data dwar is-saħħa tiegħu stess;
|
|
(k)
|
meta l-applikant għal data dwar is-saħħa ikollu l-ħsieb li jagħmel użu minn eċċezzjoni skont l-Artikolu 71(4), il-ġustifikazzjoni meħtieġa mil-liġi nazzjonali skont dak l-Artikolu.
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.03.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0327
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|