4. B’deroga mir-Regolament (UE) 2022/868, il-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa għandu joħroġ jew jirrifjuta permess tad-data fi żmien tliet xhur minn meta jirċievi applikazzjoni kompluta għall-aċċess għad-data dwar is-saħħa. Jekk il-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa jsib li l-applikazzjoni għall-aċċess għad-data dwar is-saħħa mhijiex kompluta, huwa għandu jinnotifika lill-applikant għal data dwar is-saħħa, li għandu jingħata l-possibbiltà li jlesti dik l-applikazzjoni. Jekk l-applikant għal data dwar is-saħħa ma jikkompletax l-applikazzjoni għal aċċess għal data dwar is-saħħa fi żmien erba’ ġimgħat, ma għandux jinħareġ permess tad-data.
Il-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa jista’ jestendi l-perjodu biex iwieġeb għal applikazzjoni għall-aċċess għad-data bi tliet xhur oħra fejn meħtieġ, filwaqt li jqis l-urġenza u l-kumplessità tat-applikazzjoni għal aċċess għal data dwar is-saħħa u l-volum tat- applikazzjonijiet għal aċċess għal data dwar is-saħħa sottomessi għal deċiżjoni. F’każijiet bħal dawn, il-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa għandu jinnotifika lill-applikant għal data dwar is-saħħa mill-aktar fis possibbli li jeħtieġ aktar żmien biex jeżamina l-applikazzjoni għal aċċess għal data dwar is-saħħa, flimkien mar-raġunijiet għad-dewmien.