+Artikolu 102 Evalwazzjoni, rieżami u rapport dwar il-progress
---+Artikolu 102 1
---+Artikolu 102 2
---+Artikolu 102 3
---+Artikolu 102 4
|
Artikolu 102 Evalwazzjoni, rieżami u rapport dwar il-progress
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 102 1
|
1. Sas-26 ta’ Marzu 2033, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni mmirata ta’ dan ir-Regolament, u tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin tiegħu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposta għall-emenda tiegħu. Dik l--evalwazzjoni għandha tkopri dan li ġej:
|
(a)
|
il-possibbiltajiet li tiġi estiża aktar l-interoperabbiltà bejn is-sistemi ta’ EHR u s-servizzi tal-aċċess għad-data elettronika dwar is-saħħa għajr dawk stabbiliti mill-Istati Membri;
|
|
(b)
|
il-ħtieġa li jiġu aġġornati l-kategoriji tad-data msemmija fl-Artikolu 51 u l-għanijiet elenkati fl-Artikolu 53(1);
|
|
(c)
|
l-implimentazzjoni u l-użu minn persuni fiżiċi tal-mekkaniżmi tan-nonparteċipazzjoni mill-użu sekondarju msemmijin fl-Artikolu 71, b’mod partikolari dwar l-impatt ta’ dawk il-mekkaniżmi fuq is-saħħa pubblika, ir-riċerka xjentifika u d-drittijiet fundamentali;
|
|
(d)
|
l-użu u l-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe miżuri aktar stretti introdotti skont l-Artikolu 51(4);
|
|
(e)
|
l-eżerċizzju u l-implimentazzjoni tad-dritt imsemmi fl-Artikolu 8;
|
|
(f)
|
valutazzjoni tal-qafas ta’ ċertifikazzjoni għas-sistemi ta’ EHR stabbiliti fil-Kapitolu III u l-ħtieġa li jiġu introdotti aktar għodod rigward il-valutazzjoni tal-konformità;
|
|
(g)
|
valutazzjoni tal-funzjonament tas-suq intern għas-sistemi ta’ EHR;
|
|
(h)
|
valutazzjoni tal-kostijiet u l-benefiċċji tal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet għall-użu sekondarju stabbiliti fil-Kapitolu IV;
|
|
(i)
|
l-applikazzjoni tat-tariffi kif imsemmi fl-Artikolu 62;
|
|
|
Artikolu 102 2
|
2. Sas-26 ta’ Marzu 2035, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ġenerali ta’ dan ir-Regolament, u tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin tiegħu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposta għall-emenda tiegħu jew miżuri xierqa oħra. Dik l-evalwazzjoni għandha tinkludi valutazzjoni tal-effiċjenza u l-funzjonament tas-sistemi li jipprevedu l-aċċess għad-data elettronika dwar is-saħħa għal ipproċessar ulterjuri, imwettaq abbażi tal-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali msemmija fl-Artikolu 1(7), fir-rigward tal-impatt tagħhom fuq l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 102 3
|
3. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni meħtieġa għat-tħejjija tar-rapporti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 u l-Kummissjoni għandha tqis dik l-informazzjoni b’mod xieraq f’dawk ir-rapporti.
|
|
Artikolu 102 4
|
4. Kull sena wara sal-25 ta’ Marzu 2025 sal-aħħar tas-sena li fiha d-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan ir-Regolament japplikaw kif previst fl-Artikolu 105, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Kunsill rapport dwar it-tħejjija tal-implimentazzjoni sħiħa ta’ dan ir-Regolament. Dak ir-rapport ta’ progress għandu jkun fih informazzjoni dwar il-grad ta’ progress u l-istat ta’ tħejjija tal-Istati Membri fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inkluża valutazzjoni tal-fattibbiltà li jintlaħqu l-perjodi ta’ żmien stabbiliti fl-Artikolu 105, u jista’ jkun fih ukoll rakkomandazzjonijiet għall-Istati Membri biex itejbu t-tħejjija għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.03.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0327
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|