+Artikolu 18 Vokabularji kkontrollati
---+Artikolu 18 1
---+Artikolu 18 2
---+Artikolu 18 3
---+Artikolu 18 4
---+Artikolu 18 5
---+Artikolu 18 6
---+Artikolu 18 7
---+Artikolu 18 8
|
Artikolu 18 Vokabularji kkontrollati
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 18 1
|
1. Il-Kummissjoni u l-Aġenziji għandhom jistabbilixxu u jaġġornaw b’mod regolari l-vokabularji kkontrollati fi ħdan il-mandat tagħhom għad-data msemmija fl-Artikolu 3(2) u (3), fejn ikun rilevanti.
|
|
Artikolu 18 2
|
2. Il-Kummissjoni u l-Aġenziji għandhom jipprijoritizzaw l-istabbiliment ta’ vokabularji kkontrollati għall-identifikazzjoni tas-sustanzi kimiċi u għall-karatterizzazzjoni tal-forom tagħhom.
|
|
Artikolu 18 3
|
3. Meta jistabbilixxu l-vokabularji kkontrollati, il-Kummissjoni u l-Aġenziji għandhom:
|
(a)
|
jevitaw l-użu ta’ vokabularji kkontrollati proprjetarji sa fejn ikun possibbli;
|
|
(b)
|
jużaw mill-ġdid l-identifikaturi tas-sustanzi u l-vokabulari kkontrollati eżistenti jew partijiet minnhom sa fejn ikun possibbli;
|
|
(c)
|
jużaw vokabularji kkontrollati tal-OECD jew vokabularji kkontrollati oħra maqbula internazzjonalment sa fejn ikun possibbli;
|
|
(d)
|
jiżguraw konsistenza ma’ vokabularji kkontrollati rilevanti oħra, inkluż billi jħejju tabelli ta’ allinjament.
|
|
|
Artikolu 18 4
|
4. Il-vokabularji kkontrollati għandhom ikunu interoperabbli mal-pjattaforma komuni tad-data.
|
|
Artikolu 18 5
|
5. Meta jiġu stabbiliti vokabularji kkontrollati, il-Kummissjoni u l-Aġenziji għandhom:
|
(a)
|
jagħmluhom disponibbli mingħajr ħlas permezz tal-pjattaforma komuni tad-data bħala settijiet tad-data miftuħa, biex jiġi appoġġjat l-użu mill-ġdid tagħhom;
|
|
(b)
|
jinkorporawhom fi kwalunkwe software jew mudell ta’ sottomissjoni li għandu jintuża mid-detenturi tad-dover skont l-atti legali tal-Unjoni elenkati fl-Anness I, il-Parti I, u msemmija fl-Artikolu 3(2); u
|
|
(c)
|
jużawhom meta jiskambjaw id-data permezz tal-pjattaforma komuni tad-data.
|
|
|
Artikolu 18 6
|
6. Il-Kummissjoni u l-Aġenziji għandhom jikkooperaw ma’ xulxin fl-istabbiliment tal-vokabularji kkontrollati.
|
|
Artikolu 18 7
|
7. Il-Kummissjoni u l-Aġenziji għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa u xierqa biex jimmonitorjaw u jidentifikaw, fi stadju bikri, kwalunkwe diverġenza potenzjali bejn il-vokabularji kkontrollati. Jekk tiġi identifikata diverġenza bejn il-vokabularji kkontrollati, l-Aġenziji kkonċernati għandhom jikkooperaw biex isolvuha jew, fejn id-diverġenza tkun ġustifikata, jispjegaw ir-raġunijiet sottostanti. Fejn l-Aġenziji kkonċernati ma jkunux jistgħu jsolvu d-diverġenza, huma għandhom ifasslu rapport konġunt u jippreżentawh lill-Kummissjoni. Ir-rapport għandu jiddeskrivi b’mod ċar ir-raġunijiet għad-diverġenza, jiċċara kwalunkwe kwistjoni teknika sottostanti u jagħmel proposta biex tiġi solvuta d-diverġenza.
|
|
Artikolu 18 8
|
8. Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni biex tiġi solvuta d-diverġenza.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.12.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R2455
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|