+5. Il-kriterji sabiex jiġu ddeterminati l-punti ta’ kampjunar taż-żona ta’ rappreżentattività …

5. Il-kriterji sabiex jiġu ddeterminati l-punti ta’ kampjunar taż-żona ta’ rappreżentattività …

5.   Il-kriterji sabiex jiġu ddeterminati l-punti ta’ kampjunar taż-żona ta’ rappreżentattività spazjali

Meta tiġi ddeterminata ż-żona ta’ rappreżentattività spazjali, għandhom jiġu kkunsidrati l-karatteristiċi li ġejjin:

(a)

iż-żona ġeografika tista’ tinkludi dominji mhux kontigwi iżda għandha tkun limitata fl-estensjoni tagħha mill-fruntieri taż-żona li tkun qed tiġi kkunsidrata;

(b)

jekk tiġi vvalutata permezz tal-applikazzjonijiet ta’ mmudellar, għandha tintuża sistema ta’ mmudellar adegwata għall-użu u għandhom jintużaw konċentrazzjonijiet immudellati fil-post tal-punt tal-kampjunar biex jiġi evitat li l-preġudizzji sistematiċi tal-kejl tal-mudell ifixklu l-valutazzjoni;

(c)

jistgħu jiġu kkunsidrati metriċi oħra minbarra l-konċentrazzjonijiet assoluti, pereżempju l-perċentili;

(d)

il-limiti ta’ tolleranza u l-limiti possibbli għas-sustanzi niġġiesa differenti jistgħu jvarjaw skont il-karatteristiċi tal-punt ta’ kampjunar;

(e)

il-medja annwali tal-konċentrazzjoni tas-sustanza niġġiesa osservata għandha tintuża bħala l-metrika tal-kwalità tal-arja għal sena speċifika.

C.   Għażla tas-siti fuq skala mikro tal-punti ta’ kampjunar

Safejn ikun prattikabbli, għandu japplika dan li ġej:

(a)

il-fluss madwar il-bokka tal-punt ta’ kampjunar ma għandux ikun ristrett (b’mod ġenerali jkun ħieles f’ark ta’ mill-inqas 270o, jew, ta’ mill-anqas 180 għall-punti ta’ kampjunar fil-linja tal-bini) mingħajr ebda ostaklu għall-fluss tal-arja qrib il-bokka (mill-anqas 1,5 m ’il bogħod mill-bini, mill-gallariji, mis-siġar u minn ostakli oħra u mill-anqas 0,5 m ’il bogħod mill-eqreb bini fil-każ ta’ punti ta’ kampjunar li jirrappreżentaw il-kwalità tal-arja fil-linja tal-bini);

(b)

b’mod ġenerali, il-bokka tal-punt ta’ kampjunar għandha tkun bejn 0,5 m (iż-żona li fiha jittieħed in-nifs) u 4 m ’il fuq mill-art; għażla tas-siti ogħla tista’ wkoll tkun xierqa jekk il-punt ta’ kampjunar ikun jinstab f’post bi sfond; id-deċiżjoni li tiġi applikata tali għażla tas-siti ogħla għandha tiġi ddokumentata bis-sħiħ;

(c)

is-sonda tal-bokka ma għandhiex titqiegħed fil-qrib immedjat tas-sorsi biex jiġi evitat id-dħul dirett ta’ emissjonijiet mhux imħallta mal-arja ambjentali, li l-membri tal-pubbliku x’iktarx li ma jkunux esposti għalihom;

(d)

l-iżbokk tal-egżost tal-apparat li jieħu l-kampjuni għandha tkun f’pożizzjoni b’mod li tiġi evitata ċ-ċirkulazzjoni mill-ġdid tal-arja tal-egżost għal ġol-bokka tal-apparat li jieħu l-kampjuni;

(e)

għas-sustanzi niġġiesa kollha, is-sondi tal-kampjunar iffukati fuq il-kejl tal-kontribut tat-traffiku tat-triq għandhom ikunu mill-inqas 25 m ’il bogħod mit-tarf tal-punti prinċipali fejn jiltaqgħu t-toroq u mhux iktar minn 10 m mill-bankina; għall-finijiet ta’ dan il-punt, “bankina” tfisser il-linja li tissepara t-traffiku motorizzat minn żoni oħra; “punt prinċipali fejn jiltaqgħu t-toroq” tfisser punt fejn jiltaqgħu t-toroq li jinterrompi l-fluss tat-traffiku u jikkawża emissjonijiet differenti (ta’ waqfien u startjar) mill-bqija tat-triq;

(f)

għall-kejl ta’ depożizzjoni f’postijiet bi sfond, il-linji gwida u l-kriterji tal-EMEP għandhom japplikaw;

(g)

għall-kejl tal-ożonu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-punt ta’ kampjunar ikun ippożizzjonat ’il bogħod sew minn sorsi bħal fran u ċmieni ta’ inċinerazzjoni u iktar minn 10 m mill-eqreb triq, b’distanza li tiżdied bħala funzjoni tal-ntensità tat-traffiku;

(h)

il-fatturi li ġejjin jistgħu jitqiesu wkoll:

(i)

is-sorsi ta’ interferenza;

(ii)

is-sigurtà;

(iii)

l-aċċess;

(iv)

id-disponibbiltà tal-enerġija elettrika u l-komunikazzjonijiet bit-telefon;

(v)

il-viżibbiltà tas-sit f’relazzjoni mal-ambjent tal-madwar;

(vi)

is-sigurtà tal-pubbliku u tal-operaturi;

(vii)

l-interess tal-kolokazzjoni tal-punti ta’ kampjunar għal sustanzi niġġiesa differenti;

(viii)

ir-rekwiżiti tal-ippjanar.

D.   L-għażla tas-sit, ir-rieżami u d-dokumentazzjoni tagħha

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L2881
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.