+Artikolu 29 Identifikazzjoni ta’ pajjiżi terzi b’defiċjenzi strateġiċi sinifikanti fir-reġimi nazzjonali tagħhom tal-AML/CFT
---+Artikolu 29 1
---+Artikolu 29 2
---+Artikolu 29 3
---+Artikolu 29 4
---+Artikolu 29 5
---+Artikolu 29 6
---+Artikolu 29 7
|
Artikolu 29 Identifikazzjoni ta’ pajjiżi terzi b’defiċjenzi strateġiċi sinifikanti fir-reġimi nazzjonali tagħhom tal-AML/CFT
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 29 1
|
1. Pajjiżi terzi b’defiċjenzi strateġiċi sinifikanti fir-reġimi nazzjonali tagħhom tal-AML/CFT għandhom jiġu identifikati mill-Kummissjoni u indikati bħala “pajjiżi terzi b’riskju għoli”.
|
|
Artikolu 29 2
|
2. Sabiex jiġu identifikati l-pajjiżi terzi kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 85 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament, fejn:
|
(a)
|
ikunu ġew identifikati defiċjenzi strateġiċi sinifikanti fil-qafas legali u istituzzjonali AML/CFT tal-pajjiż terz;
|
|
(b)
|
ikunu ġew identifikati defiċjenzi strateġiċi sinifikanti fl-effettività tas-sistema tal-AML/CFT tal-pajjiż terz fl-indirizzar tar-riskji ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu jew fis-sistema tiegħu litewalwa u ttaffi r-riskji ta’ nonimplimentazzjoni jew evażjoni tas-sanzjonijiet finanzjarji tan-NU relatati mal-finanzjament tal-proliferazzjoni;
|
|
(c)
|
id-defiċjenzi strateġiċi sinifikanti identifikati taħt il-punti (a) u (b) ikunu ta’ natura persistenti u ma tkun ittieħdet jew ma tkun qed tittieħed l-ebda miżura sabiex dawn jiġu mmitigati.
|
Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati fi żmien għoxrin jum kalendarju minn meta l-Kummissjoni taċċerta li ġew issodisfati l-kriterji fil-punt (a), (b) jew (c) tal-ewwel subparagraphu.
|
|
Artikolu 29 3
|
3. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tqis is-sejħiet għall-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ diliġenza dovuta msaħħa u ta’ miżuri addizzjonali ta’ mitigazzjoni (“kontromiżuri”) minn organizzazzjonijiet internazzjonali u minn dawk li jistabbilixxu l-istandards b’kompetenza fil-qasam tal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u tal-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu, kif ukoll evalwazzjonijiet, valutazzjonijiet, rapporti jew dikjarazzjonijiet pubbliċi rilevanti mfasslin minnhom.
|
|
Artikolu 29 4
|
4. Meta pajjiż terz jiġi identifikat f’konformità mal-kriterji msemmijin fil-paragrafu
2
, l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom japplikaw il-miżuri ta’ diliġenza dovuta msaħħa elenkati fl-Artikolu 34(4) fir-rigward tar-relazzjonijiet tan-negozju jew ta’ tranżazzjonijiet okkażjonali li jinvolvu persuni fiżiċi jew ġuridiċi minn dak il-pajjiż terz.
|
|
Artikolu 29 5
|
5. L-att delegat imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jidentifika fost il-kontromiżuri elenkati fl-Artikolu 35 il-kontromiżuri speċifiċi li jimmitigaw ir-riskji speċifiċi li jirriżultaw minn kull pajjiż terzb’riskju għoli.
|
|
Artikolu 29 6
|
6. Meta Stat Membru jidentifika riskju speċifiku ta’ ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu ppreżentat minn pajjiż terz li l-Kummissjoni tkun identifikat f’konformità mal-kriterji msemmija fil-paragrafu 2 li ma jkunx indirizzat mill-kontromiżuri msemmija fil-paragrafu 5, huwa jista’ jirrikjedi li l-entitajiet marbutin b’obbligu stabbiliti fit-territorju tiegħu japplikaw kontromiżuri addizzjonali speċifiċi biex jimmitigaw ir-riskji speċifiċi li jirriżultaw minn dak il-pajjiż terz. Ir-riskju identifikat u l-kontromiżuri korrispondenti għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni fi żmien ħamest ijiem minn meta jiġu applikati l-kontromiżuri.
|
|
Artikolu 29 7
|
7. Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-atti delegati msemmijin fil-paragrafu 2 fuq bażi regolari sabiex tiżgura li l-kontromiżuri speċifiċi identifikati skont il-paragrafu 5 iqisu l-bidliet fil-qafas AML/CFT tal-pajjiż terz u jkunu proporzjonati u adegwati għar-riskji.
Malli tirċievi notifika skont il-paragrafu 6, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-informazzjoni riċevuta biex tiddetermina jekk dawk ir-riskji speċifiċi li jirriżultaw minn dak il-pajjiż jaffettwawx l-integrità tas-suq intern tal-Unjoni. Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-atti delegati msemmija fil-paragrafu 2, billi żżid il-kontromiżuri meħtieġa biex jittaffew dawk ir-riskji addizzjonali. Fejn il-Kummissjoni tqis li l-miżuri addizzjonali speċifiċi applikati minn Stat Membru skont il-paragrafu 6 mhumiex meħtieġa biex itaffu riskji speċifiċi li jirriżultaw minn dak il-pajjiż terz, hija tista’ tiddeċiedi, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, li l-Istat Membru għandu jtemm il-kontromiżura addizzjonali speċifika.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|