Artikolu 226
Żieda fl-aġġustament għall-volatilità skont il-Metodu Komprensiv tal-Kollateral Finanzjarju
L-aġġustamenti għall-volatilità stabbiliti fl-Artikolu 224 huma l-aġġustamenti għall-volatilità li l-istituzzjoni għandha tapplika fejn ikun hemm rivalwazzjoni ta' kuljum. Fejn ir-rivalwazzjoni ma ssirx kuljum, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw aġġustamenti għall-volatilità akbar. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulawhom billi jżidu l-aġġustamenti għall-volatilità tar-rivalwazzjoni ta' kuljum, billi jużaw il-formula tal-għerq kwadrat taż-żmien li ġejja:
fejn:
|
H
|
= l-aġġustament għall-volatilità li jrid jiġi applikat;
|
|
HM
|
= l-aġġustament għall-volatilità fejn hemm rivalwazzjoni ta' kuljum;
|
|
NR
|
= in-numru attwali ta' jiem ta' negozju bejn ir-rivalwazzjonijiet;
|
|
TM
|
= il-perjodu ta' likwidazzjoni għat-tip ta' tranżazzjoni inkwistjoni.
|