+Artikolu 4 Informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi
---+Artikolu 4 1
---+Artikolu 4 2
---+Artikolu 4 3
---+Artikolu 4 4
---+Artikolu 4 5
---+Artikolu 4 6
|
Artikolu 4 Informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 4 1
|
1. Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur għandu jiżgura li t-trasferimenti ta’ fondi jkunu akkumpanjati mill-informazzjoni li ġejja dwar il-pagatur:
|
(b)
|
in-numru tal-kont tal-pagamenti tal-pagatur;
|
|
(c)
|
l-indirizz tal-pagatur inkluż l-isem tal-pajjiż, in-numru tad-dokument personali uffiċjali u n-numru ta’ identifikazzjoni tiegħu bħala klijent, jew, alternattivament, id-data u l-post tat-twelid tal-pagatur; u
|
|
(d)
|
soġġett għall-eżistenza tal-qasam meħtieġ fil-format rilevanti tal-messaġġi tal-pagamenti, u meta pprovdut mill-pagatur lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tiegħu, l-LEI attwali tal-pagatur jew, fin-nuqqas tiegħu, kwalunkwe identifikatur uffiċjali ekwivalenti disponibbli.
|
|
|
Artikolu 4 2
|
2. Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur għandu jiżgura li t-trasferimenti ta’ fondi jkunu akkumpanjati mill-informazzjoni li ġejja dwar il-prenditur:
|
(a)
|
l-isem tal-prenditur;
|
|
(b)
|
in-numru tal-kont tal-pagamenti tal-prenditur; u
|
|
(c)
|
soġġett għall-eżistenza tal-qasam meħtieġ fil-format rilevanti tal-messaġġi tal-pagamenti, u meta pprovdut mill-prenditur lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tiegħu, l-LEI attwali tal-pagatur jew, fin-nuqqas tiegħu, kwalunkwe identifikatur uffiċjali ekwivalenti disponibbli.
|
|
|
Artikolu 4 3
|
3. B’deroga mill-paragrafu 1, il-punt (b), u mill-paragrafu 2, il-punt (b), fil-każ ta’ trasferiment mhux magħmul lil jew minn kont tal-pagamenti, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur għandu jiżgura li t-trasferiment ta’ fondi jkun akkumpanjat minn identifikatur uniku tat-tranżazzjoni minflok in-numru tal-kont tal-pagament.
|
|
Artikolu 4 4
|
4. Qabel jittrasferixxi l-fondi, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur għandu jivverifika l-eżattezza tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u, meta applikabbli, fil-paragrafu 3, abbażi tad-dokumenti, tad-data u tal-informazzjoni miksuba minn sors affidabbli u indipendenti.
|
|
Artikolu 4 5
|
5. Il-verifika kif imsemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu għandha titqies li tkun saret meta japplika wieħed minn dawn li ġejjin:
|
(a)
|
l-identità tal-pagatur tkun ġiet ivverifikata f’konformità mal-Artikolu 13 tad-Direttiva (UE) 2015/849 u l-informazzjoni miksuba bis-saħħa ta’ dik il-verifika tkun inżammet f’konformità mal-Artikolu 40 ta’ dik id-Direttiva;
|
|
(b)
|
l-Artikolu 14(5) tad-Direttiva (UE) 2015/849 ikun japplika għall-pagatur.
|
|
|
Artikolu 4 6
|
6. Mingħajr preġudizzju għad-derogi previsti fl-Artikoli 5 u 6, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur ma għandu jeżegwixxi l-ebda trasferiment ta’ fondi qabel ma jiżgura konformità sħiħa ma’ dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|