+Artikolu 16 Individwazzjoni ta’ informazzjoni nieqsa dwar l-oriġinatur jew il-benefiċjarju
---+Artikolu 16 1
---+Artikolu 16 2
---+Artikolu 16 3
---+Artikolu 16 4

Artikolu 16 Individwazzjoni ta’ informazzjoni nieqsa dwar l-oriġinatur jew il-benefiċjarju

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 16 1

1.   Il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi tal-benefiċjarju għandu jimplimenta proċeduri effettivi, inkluż, meta xieraq, monitoraġġ wara jew waqt it-trasferimenti, sabiex jindividwa jekk l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 14(1) u (2) dwar l-oriġinatur u l-benefiċjarju hijiex inkluża fit-trasferiment jew fit-trasferiment f’lottijiet tal-kriptoassi, jew issegwihx.

Artikolu 16 2

2.   Fil-każ ta’ trasferiment tal-kriptoassi magħmul minn indirizz awtoospitat, il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi tal-benefiċjarju għandu jikseb u jżomm l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 14(1) u (2) u għandu jiżgura li t-trasferiment tal-kriptoassi jkun jista’ jiġi identifikat individwalment.

Mingħajr preġudizzju għall-miżuri speċifiċi għall-mitigazzjoni tar-riskju meħuda f’konformità mal-Artikolu 19b tad-Direttiva (UE) 2015/849, fil-każ ta’ trasferiment ta’ ammont li jaqbeż EUR 1 000 minn indirizz awtoospitat, il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi tal-benefiċjarju għandu jieħu miżuri adegwati biex jivvaluta jekk dak l-indirizz ikunx proprjetà tal-benefiċjarju jew ikkontrollat minnu.

Artikolu 16 3

3.   Qabel jagħmel il-kriptoassi disponibbli għall-benefiċjarju, il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi tal-benefiċjarju għandu jivverifika l-eżattezza tal-informazzjoni dwar il-benefiċjarju msemmija fl-Artikolu 14(2) abbażi ta’ dokumenti, data jew informazzjoni miksuba minn sors affidabbli u indipendenti.

Artikolu 16 4

4.   Il-verifika kif imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu għandha titqies li tkun saret meta japplika wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

l-identità tal-benefiċjarju tkun ġiet ivverifikata f’konformità mal-Artikolu 13 tad-Direttiva (UE) 2015/849 u l-informazzjoni miksuba skont dik il-verifika tkun inżammet f’konformità mal-Artikolu 40 ta’ dik id-Direttiva;

(b)

l-Artikolu 14(5) tad-Direttiva (UE) 2015/849 japplika għall-benefiċjarju.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit