+Artikolu 21 Trasferimenti ta’ kriptoassi b’informazzjoni nieqsa dwar l-oriġinatur jew il-benefiċjarju
---+Artikolu 21 1
---+Artikolu 21 2

Artikolu 21 Trasferimenti ta’ kriptoassi b’informazzjoni nieqsa dwar l-oriġinatur jew il-benefiċjarju

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 21 1

1.   Il-fornitur intermedjarju ta’ servizzi tal-kriptoassi għandu jistabbilixxi proċeduri effettivi bbażati fuq ir-riskju, inkluż proċeduri bbażati fuq il-bażi ta’ sensittività għar-riskji msemmija fl-Artikolu 13 tad-Direttiva (UE) 2015/849, biex jiġi determinat jekk għandux jiġi eżegwit, irrifjutat, irritornat jew sospiż trasferiment ta’ kriptoassi li ma jkollux l-informazzjoni meħtieġa dwar l-oriġinatur u l-benefiċjarju u biex tittieħed l-azzjoni ta’ segwitu adatta.

Meta l-fornitur intermedjarju ta’ servizzi tal-kriptoassi jsir konxju, meta jirċievi trasferiment ta’ kriptoassi, li l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 14(1), il-punti (a), (b) u (c), u fl-Artikolu 14(2), il-punti (a), (b) u (c), jew fl-Artikolu 15(1), tkun nieqsa jew mhux kompleta, dak il-fornitur intermedjarju ta’ servizzi tal-kriptoassi għandu, fuq bażi ta’ sensittività għar-riskji u mingħajr dewmien żejjed:

(a)

jirrifjuta t-trasferiment jew jirritorna l-kriptoassi ttrasferiti; jew

(b)

jitlob l-informazzjoni meħtieġa dwar l-oriġinatur u l-benefiċjarju qabel ma jagħmel it-trażmissjoni tat-trasferiment tal-kriptoassi.

Artikolu 21 2

2.   Meta l-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jonqos ripetutament milli jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa dwar l-oriġinatur jew il-benefiċjarju, il-fornitur intermedjarju tas-servizzi tal-kriptoassi għandu:

(a)

jieħu passi, li jistgħu jinkludu inizjalment l-għoti ta’ twissijiet u l-istipular ta’ skadenzi, qabel ma jipproċedi għal rifjut, restrizzjoni jew terminazzjoni f’konformità mal-punt (b) jekk l-informazzjoni meħtieġa tkunu għada ma ġietx ipprovduta; jew

(b)

jirrifjuta direttament kwalunkwe trasferiment futur ta’ kriptoassi għal jew minn, jew jirrestrinġi jew itemm ir-relazzjoni ta’ negozju tiegħu ma’ dak il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi.

Il-fornitur intermedjarju ta’ servizzi tal-kriptoassi għandu jirrapporta dak in-nuqqas, u l-passi meħudin, lill-awtorità kompetenti responsabbli mill-monitoraġġ tal-konformità mad-dispożizzjonijiet dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit