+Artikolu 402 Skoperturi li jirriżultaw minn self b'ipoteka
---+Artikolu 402 1.
---+Artikolu 402 2.
---+Artikolu 402 3.

Artikolu 402 Skoperturi li jirriżultaw minn self b'ipoteka

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 402 1.

►M17  Għall-kalkolu tal-valuri tal-iskopertura għall-finijiet tal-Artikolu 395, l-istituzzjonijiet jistgħu, għajr fejn ikun ipprojbit mil-liġi nazzjonali applikabbli, inaqqsu l-valur ta' skopertura jew ta' kwalunkwe parti minn skopertura li tkun iggarantita permezz ta' proprjetà residenzjali f'konformità mal-Artikolu 125(1) bl-ammont mirhun tal-valur tal-proprjetà, iżda b'mhux aktar minn 55 % tal-valur tal-proprjetà, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin: ◄

▼M17

(a) 

l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux stabbilew piż tar-riskju ogħla minn 20 % għal skoperturi jew partijiet minn skoperturi ggarantiti permezz ta' proprjetà residenzjali f'konformità mal-Artikolu 124(9);

▼M8

(b) 

l-iskopertura jew parti mill-iskopertura tkun totalment iggarantita bi kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(i) 

ipoteka waħda jew aktar fuq proprjetà residenzjali; jew

(ii) 

proprjetà residenzjali fi tranżazzjoni ta' kiri li fiha s-sid iżomm is-sjieda sħiħa tal-proprjetà residenzjali u l-kerrej ikun għadu ma eżerċitax l-opzjoni tiegħu jew tagħha li jixtri jew tixtri;

(c) 

ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 208 u l-Artikolu 229(1) jiġu ssodisfati.

Artikolu 402 2.

►M17  Għall-kalkolu tal-valuri tal-iskopertura għall-finijiet tal-Artikolu 395, l-istituzzjonijiet jistgħu, għajr fejn ikun ipprojbit mil-liġi nazzjonali applikabbli, inaqqsu l-valur ta' skopertura jew ta' kwalunkwe parti minn skopertura li tkun iggarantita permezz ta' proprjetà immobbli kummerċjali f'konformità mal-Artikolu 126(1) bl-ammont mirhun tal-valur tal-proprjetà, iżda b'mhux aktar minn 55 % tal-valur tal-proprjetà, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin: ◄

▼M17

(a) 

l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux stabbilew piż tar-riskju ogħla minn 60 % għal skoperturi jew partijiet minn skoperturi ggarantiti permezz ta' proprjetà immobbli kummerċjali f'konformità mal-Artikolu 124(9);

▼M8

(b) 

l-iskopertura tkun totalment iggarantita permezz ta' kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(i) 

ipoteka waħda jew aktar fuq uffiċċji jew bini kummerċjali ieħor; jew

(ii) 

uffiċċju jew bini kummerċjali ieħor wieħed jew aktar u l-iskoperturi relatati mat-transazzjonijiet ta' kiri ta' proprjetà;

▼M17

(c) 

ir-rekwiżiti fl-Artikolu 124(3), il-punt (c), u fl-Artikolu 208 u l-Artikolu 229(1) jiġu ssodisfati;

▼M8

(d) 

il-proprjetà immobbli kummerċjali tkun kompletament mibnija.

Artikolu 402 3.

Istituzzjoni tista' tittratta skopertura għal kontroparti li tirriżulta minn operazzjoni ta' bejgħ bil-patt ta' xiri mill-ġdid li permezz tagħha l-istituzzjoni tkun xtrat mingħand il-kontroparti obbligazzjonijiet ipotekarji indipendenti nonaċċessorji fuq proprjetà immobbli ta' partijiet terzi, bħala numru ta' skoperturi individwali għal kull wieħed minn dawk il-partijiet terzi, dment li jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

▼M9

(a) 

il-kontroparti hija istituzzjoni jew ditta tal-investiment;

▼B

(b) 

l-iskopertura tkun kompletament koperta minn drittijiet fuq il-proprjetà immobbli ta' dawk il-partijiet terzi li nxtraw mill-istituzzjoni u l-istituzzjoni tkun tista' teżerċita dawk id-drittijiet;

(c) 

l-istituzzjoni tkun żgurat li r-rekwiżiti fl-Artikolu 208 u l-Artikolu 229(1) huma ssodisfatti;

(d) 

l-istituzzjoni ssir benefiċjarja tal-pretensjonijiet li l-kontroparti jkollha kontra l-partijiet terzi f'każ ta' inadempjenza, insolvenza jew likwidazzjoni tal-kontroparti;

▼M9

(e) 

l-istituzzjoni tirrapporta lill-awtoritajiet kompetenti f'konformità mal-Artikolu 394 l-ammont totali ta' skoperturi għal kull istituzzjoni jew ditti tal-investiment oħra li huma trattati skont dan il-paragrafu.

▼B

Għal dawn il-finijiet, l-istituzzjoni għandha tassumi li għandha skopertura għal kull waħda minn dawk il-partijiet minflok għall-ammont korrispondenti tal-iskopertura għall-kontroparti. Il-bqija tal-iskopertura għall-kontroparti, jekk ikun hemm, għandha tkompli tiġi trattata bħala skopertura għall-kontroparti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit