+4. L-immudellar ta‟ livell kostanti ta‟ riskju matul l-orizzont ta‟ kapital ta‟ sena jista' …
|
4. L-immudellar ta‟ livell kostanti ta‟ riskju matul l-orizzont ta‟ kapital ta‟ sena jista' …
L-immudellar ta‟ livell kostanti ta‟ riskju matul l-orizzont ta‟ kapital ta‟ sena jista' jinkiseb, pereżempju, abbażi tal-approċċ deskritt hawn taħt. Fir-rigward tal-kalkolu ta‟ telf matul l-orizzonti ta‟ likwidità, l-istituzzjoni tista' tagħżel li tassumi li xokkijiet istantanji jiġu applikati għall-klassifikazzjonijiet (jew għall-firxiet). Dan jimplika li, f‟dan il-każ, l-istituzzjoni ma jkollhiex għalfejn tintegra l-effett taż-żmien: il-pożizzjonijiet iżommu l-maturitajiet residwi oriġinali tagħhom fl-aħħar ta‟ kull orizzont ta‟ likwidità; fi kliem ieħor, ma jkun hemm l-ebda maturazzjoni ta‟ pożizzjonijiet. Barra minn hekk, ma jkun hemm l-ebda ħtieġa li jiġu kkunsidrati bidliet potenzjali fil-kundizzjonijiet tas-suq meta l-portafoll jiġi rievalwat waqt l-ibbilanċjar mill-ġdid (b‟mod partikolari, firxiet tal-kreditu skont il-klassifikazzjoni jistgħu jinżammu kostanti). B‟riżultat ta‟ dan, il-kejl ta‟ telf fl-IRC ma jqisx il-ħin ta‟ kull avveniment ta‟ migrazzjoni jew inadempjenza, u l-P&L jinħadem mil-lum.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|