+17. Migration matrices
---+1. Meta jimmudellaw livell kostanti ta‟ riskju matul l-orizzont ta‟ kapital ta‟ sena …
---+2. Meta jassumu pożizzjoni kostanti ta‟ sena, li timplika li ma jadottawx orizzonti ta‟ likwidità …
---+3. Minn perspettiva ta‟ immudellar, il-livell kostanti ta‟ riskju jista' jkun rifless bħala …
---+4. L-immudellar ta‟ livell kostanti ta‟ riskju matul l-orizzont ta‟ kapital ta‟ sena jista' …

17. Migration matrices

17. Migration matrices

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
1. Meta jimmudellaw livell kostanti ta‟ riskju matul l-orizzont ta‟ kapital ta‟ sena …

Meta jimmudellaw livell kostanti ta‟ riskju matul l-orizzont ta‟ kapital ta‟ sena, l-istituzzjonijiet għandhom jibbilanċjaw mill-ġdid jew jissostitwixxu pożizzjonijiet fl-aħħar ta‟ kull orizzont ta‟ likwidità b‟pożizzjonijiet ġodda, sabiex jiżguraw l-istess livell inizjali ta‟ riskju bħal fil-bidu tal-orizzont ta‟ likwidità.

2. Meta jassumu pożizzjoni kostanti ta‟ sena, li timplika li ma jadottawx orizzonti ta‟ likwidità …

Meta jassumu pożizzjoni kostanti ta‟ sena, li timplika li ma jadottawx orizzonti ta‟ likwidità, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw b‟mod konsistenti xokk istantanju matul l-orizzont ta‟ kapital ta‟ sena (imsejjaħ „suppożizzjoni ta‟ pożizzjoni kostanti ta‟ sena‟) għall-pożizzjonijiet tal-IRC kollha.

3. Minn perspettiva ta‟ immudellar, il-livell kostanti ta‟ riskju jista' jkun rifless bħala …

Minn perspettiva ta‟ immudellar, il-livell kostanti ta‟ riskju jista' jkun rifless bħala s-sostituzzjoni ta‟ pożizzjonijiet, jekk tkun seħħet migrazzjoni jew inadempjenza matul l-orizzont ta‟ likwidità, b‟pożizzjonijiet li jkollhom karatteristiċi ta‟ riskju ekwivalenti għal dawk tal-pożizzjonijiet oriġinali fil-bidu tal-orizzont ta‟ likwidità.

4. L-immudellar ta‟ livell kostanti ta‟ riskju matul l-orizzont ta‟ kapital ta‟ sena jista' …

L-immudellar ta‟ livell kostanti ta‟ riskju matul l-orizzont ta‟ kapital ta‟ sena jista' jinkiseb, pereżempju, abbażi tal-approċċ deskritt hawn taħt. Fir-rigward tal-kalkolu ta‟ telf matul l-orizzonti ta‟ likwidità, l-istituzzjoni tista' tagħżel li tassumi li xokkijiet istantanji jiġu applikati għall-klassifikazzjonijiet (jew għall-firxiet). Dan jimplika li, f‟dan il-każ, l-istituzzjoni ma jkollhiex għalfejn tintegra l-effett taż-żmien: il-pożizzjonijiet iżommu l-maturitajiet residwi oriġinali tagħhom fl-aħħar ta‟ kull orizzont ta‟ likwidità; fi kliem ieħor, ma jkun hemm l-ebda maturazzjoni ta‟ pożizzjonijiet. Barra minn hekk, ma jkun hemm l-ebda ħtieġa li jiġu kkunsidrati bidliet potenzjali fil-kundizzjonijiet tas-suq meta l-portafoll jiġi rievalwat waqt l-ibbilanċjar mill-ġdid (b‟mod partikolari, firxiet tal-kreditu skont il-klassifikazzjoni jistgħu jinżammu kostanti). B‟riżultat ta‟ dan, il-kejl ta‟ telf fl-IRC ma jqisx il-ħin ta‟ kull avveniment ta‟ migrazzjoni jew inadempjenza, u l-P&L jinħadem mil-lum.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/