+Titolu I – Suġġett, kamp ta᾿ applikazzjoni u definizzjonijiet
---+1. Suġġett
------+3. B’konformità mal-Artikolu 16(3) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-awtoritajiet kompetenti …

Titolu I – Suġġett, kamp ta᾿ applikazzjoni u definizzjonijiet

Titolu I – Suġġett, kamp ta᾿ applikazzjoni u definizzjonijiet

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
1. Suġġett

1.1. Skont l-Artikolu 47(6) tad-Direttiva 2014/59/UE (id-Direttiva dwar l-Irkupru u r-Riżoluzzjoni tal-Banek, BRRD)2 , dawn il-linji gwida jistabbilixxu ċ-ċirkostanzi li fihom ikun xieraq li tittieħed azzjoni waħda mill-azzjonijiet li ġejjin jew it-tnejn li huma meta tiġi applikata l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna stabbilita fl-Artikolu 43 jew il-valwazzjoni negattiva jew il-konverżjoni tal-istrumenti kapitali stabbiliti fl-Artikolu 59:

  • (a) jiġu kkanċellati ishma eżistenti jew strumenti oħra ta’ sjieda jew jiġu ttrasferiti lil kredituri soġġetti għal rikapitalizzazzjoni interna;
  • (b) jiġu dilwiti l-azzjonisti eżistenti u d-detenturi ta’ strumenti oħrajn ta’ sjieda bħala riżultat tal-konverżjoni ta’:
  • (i) strumenti kapitali rilevanti maħruġa mill-istituzzjoni skont is-setgħa msemmija fl-Artikolu 59(2) tal-BRRD; jew
  • (ii) obbligazzjonijiet eliġibbli f’ishma jew fi strumenti oħrajn ta’ sjieda maħruġa mill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni skont is-setgħa msemmija fl-Artikolu 63(1)(f) tal-BRRD.

L-Artikolu 47(1) jirrikjedi li l-azzjoni (b) tista’ tittieħed biss meta, skont il-valutazzjoni mwettqa f’konformità mal-Artikolu 36, l-istituzzjoni taħt ir-riżoluzzjoni jkollha valur nett pożittiv tal-assi, u li l-konverżjoni għandha ssir b’rata ta’ konverżjoni li tiddilwixxi b’mod sever il-parteċipazzjoni eżistenti ta’ ishma u strumenti oħrajn ta’ sjieda.

2. Definizzjonijiet

Fil-kuntest ta’ dawn il-linji gwida, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

  • (a) “kanċellazzjoni” ta’ ishma tfisser li l-ishma jiġu kkanċellati u l-pretensjonijiet ekonomiċi u drittijiet oħra ta’ sjieda tal-azzjonisti jiġu mħassra kompletament minn fuq dawk l-ishma;
  • (b) “trasferiment” tal-ishma tfisser li l-ishma jew strumenti oħra ta’ sjieda jiġu trasferiti lil kredituri u l-pretensjonijiet ekonimiċi futuri u drittijiet oħra ta’ sjieda tal-azzjonisti oriġinali jiġu mħassra minn fuq dawk l-ishma;
  • (c) “dilwizzjoni” tfisser li jinħarġu ishma ġodda jew strumenti oħra ta’ sjieda u, bħala tali, il-pretensjonijiet ekonomiċi futuri u drittijiet oħrajn tal-azzjonisti eżistenti jitnaqqsu b’mod proporzjonat iżda mhux neċessarjament jitħassru. Dawn jistgħu jżommu xi drittijiet (ta’ vot) ta’ sjieda ekonimiċi u amministrattivi3 .

3. Kamp ta’ applikazzjoni u livell ta’ applikazzjoni

Dawn il-linji gwida huma indirizzati lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni meta dawn ikunu qegħdin japplikaw l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna jew is-setgħa li jnaqqsu jew jikkonvertu strumenti kapitali rilevanti fil-punt tan-nonvijabbiltà għal istituzzjoni jew għal entità msemmija fl-Artikolu 1(b), (c) jew (d) tad-Direttiva 2014/59/UE.


2 Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment (ĠU L 173, 12.6.2014. p.190).

3 Id-dilwizzjoni tista’ tiġi kkombinata ma’ “kanċellazzjoni” jew “trasferiment” bl-effett li xi wħud mill-ishma iżda mhux kollha jiġu kkanċellati jew trasferiti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/