+106. Fl- iżvilupp tal - approċċ tagħhom biex jiddeterminaw żieda sinifikanti fir - riskju tal - …

106. Fl- iżvilupp tal - approċċ tagħhom biex jiddeterminaw żieda sinifikanti fir - riskju tal - …

Fl- iżvilupp tal - approċċ tagħhom biex jiddeterminaw żieda sinifikanti fir - riskju tal - kreditu, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jikkunsidraw kull waħda mis -16- il kategorija ta’ indikaturi fl -IFRS 9 (sakemm dawn ikunu rilevanti għall - istrument finanzjarju li qed jiġi vvalutat) kif stabbilit fil - paragrafi B5.5.17(a) - (p) u, barra minn hekk, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jikkunsidraw jekk hemmx informazzjoni ulterjuri li għandha titiqies. Dawn l - indikaturi (kemm fl -IFRS 9 u kemm f'dawn il - linji gwida) m'għandhomx jitqiesu bħala “lista ta’ kontroll”. Xi wħud jistgħu jkunu aktar rilevanti minn oħrajn biex jiġi vvalutat jekk tip partikolari ta’ skoperturi ta’ għoti ta’ self jurix żieda sinifikanti fir - riskju tal - kreditu. Fl - istess waqt, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom b’mod partikolari joqogħdu attenti li jevitaw ir - riskju li żieda sinifikanti fir - riskju tal - kreditu ma tiġix rikonoxxuta fil - pront meta fil - fatt tkun preżenti. B’mod partikolari, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu m’għandhomx jirrestrinġu żidiet sinifikanti fir - riskju tal - kreditu għal sitwazzjonijiet fejn strument finanzjarju jiġi antiċipat biex isir indebolit bil- kreditu (jiġifieri t - tielet stadju tar - rekwiżiti għall - indeboliment tal -IFRS 9). Anzi, il - mutwatarji jistgħu juru żieda sinifikanti fir - riskju tal - kreditu mingħajr evidenza li l - iskoperturi tal - għoti ta’ self relatati aktarx jiġu indeboliti. Il - fatt l i r- riskju tal - kreditu żdied b’mod sinifikanti ma jfissirx neċessarjament li l- inadempjenza hi probabbli — biss li hi aktar probabbli milli fir - rikonoxximent inizjali. Dan il - punt jiġi enfasizzat mis - simetrija tal - mudell tal -IFRS 9: hu possibbli li l - iskoperturi tal - għoti ta’ self jiċċaqilqu għal ECL tul il - ħajja iżda li sussegwentement jitreġġgħu lura għal ECL fuq 12 -il xahar jekk il - limitu ta’ żieda sinifikanti fir - riskju tal - kreditu ma jibqax jiġi ssodisfat.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/