+78. Għall - finijiet tal - paragrafu 75, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jikkunsidraw l - oqsma/il …
|
78. Għall - finijiet tal - paragrafu 75, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jikkunsidraw l - oqsma/il …
Għall - finijiet tal - paragrafu 75, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jikkunsidraw l - oqsma/il -kompiti li ġejjin: - a. l- iżvilupp u l - manutenzjoni ta’ proċessi u ta’ proċeduri ta’ għoti u ta’ monitoraġġ tal - kreditu;
- b. id- definizzjoni u l- iżvilupp ta’ proċessi, ta’ mekkaniżmi u ta’ metodoloġiji għall -aptit għar - riskju ta’ kreditu, għall - istrateġija tar - riskju ta’ kreditu u għall -politiki dwar ir- riskju kreditu, inkluż il - proċess kaskata ġenerali tal - proċess għall - politiki u għall - proċeduri, u l- istrateġija tan - negozju;
- c. it- tfassil u l - implimentazzjoni ta’ qafas xieraq għat - teħid ta’ deċiżjonijiet dwar il - kreditu f’konformità ma’ dawn il - linji gwida;
- d. it- tfassil, id - definizzjoni u t - twettiq tal - monitoraġġ u tar -rapportar tar- riskju ta’ kreditu, inklużi s - sistemi ta’ twissija bikrija, il - portafoll tal - kreditu u l - monitoraġġ tar - riskju aggregat, inkluż b’rabta mal - ICAAP u ma’ kwalunkwe metrika regolatorja applikabbli, eż. regoli dwar skoperturi kbar;
- e. it- twettiq ta’ valutazzjoni tal - affidabbiltà kreditizja u ta’ analiżi tar - riskju ta’ kreditu għall - finijiet ta’ evalwazzjoni jew ta’ klassifikazzjoni;
- f. l- għoti ta’ opinjoni indipendenti/tat - tieni opinjoni dwar il - valutazzjoni tal - affidabbiltà kreditizja u l - analiżi tar - riskju ta’ kreditu għall - finijie t tat- teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ kreditu, filwaqt li jiġi speċifikat f’liema ċirkostanzi, fid -dawl tal- ispeċifiċitajiet tal - faċilità ta’ kreditu, tad - daqs tagħha u tal - profil tar - riskju tal - mutwatarju, din l -opinjoni indipendenti/it - tieni opinjoni tkun rilevanti;
- g. il- valutazzjoni tal - adegwatezza tal - provvedimenti f’konformità mal - qafas kontabilistiku rilevanti;
- h. l- iżvilupp ta’ prodotti ta’ kreditu ġodda, b’kont meħud ukoll tar - rekwiżiti għall - proċess ta’ approvazzjoni ġdid tal - prodott, u l - monitoraġġ kontinwu tal - adegwatezza tal - prodotti ta’ kreditu;
- i. il- ġestjoni ta’ arretrati bikrin u ta’ skoperturi improduttivi, u l - għoti u l - monitoraġġ ta’ miżuri ta’ trażżin, f’konformità mad - dispożizzjonijiet tal -Linji Gwida tal- EBA dwar il - ġestjoni ta’ skoperturi improduttivi u mrażżna17 u l -Linji Gwida tal- EBA dwar l - arretrati u l - esklużjoni skont id - Direttiva 2014/17/UE18 , u l - politiki interni tal - istituzzjoni – fir - rigward ta’ self lill - konsumaturi, tali kompiti jistgħu jinkludu wkoll kollegament ma’ servizzi indipendenti ta’ konsulenza u ta’ pariri dwar id - dejn meta rilevanti;
- j. it- twettiq ta’ simulazzjonijiet ta’ kriżi fuq il - portafoll tal - kreditu aggregat kif ukoll fuq is - subportafolli u s - segmenti ġeografiċi rilevanti;
- k. il- monitoraġġ ta’ skoperturi individwali permezz ta’ rieżamijiet ta’ kreditu regolari, f’konformità mar - rekwiżiti stabbiliti fit - Taqsima 8, inklużi rieżamijiet ta’ kampjuni ta’ linji ta’ kreditu;
- l. l- iżgurar tal - integrità u tal - affidabbiltà tal - proċess ta’ assenjazzjoni ta’ klassifikazzjonijiet interni, kif deskritt fl - Artikolu 173 tar - Regolament (UE) Nru 575/2013, fejn rilevanti għal istituzzjonijiet b’permess li jużaw approċċ ibbażat fuq klassifikazzjonijiet interni, u l - integrità u l - affidabbiltà tal - iskala ta’ klassifikazzjoni u tal - proċess ta’ assenjazzjoni ta’ klassifikazzjoni użati mill - istituzzjoni, għall - istituzzjonijiet li jużaw l - approċċ standardizzat;
- m. it- twettiq ta’ garanzija tal - kwalità tal - valutazzjonijiet tal - kreditu, filwaqt li jitqies daqs xieraq tal - kampjun, u l - iżgurar li r - riskju ta’ kreditu jkun identifikat, imkejjel, immonitorjat u ġestit kif suppost fi ħdan l - attivitajiet tal - organizzazzjoni kummerċjali tal- istituzzjoni, u li jiġi kkomunikat rapportar regolari lill - korp maniġerjali tal - istituzzjoni.
17 EBA/GL/2018/06. 18 EBA/GL/2015/12.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|