+4.5 Oqfsa ta’ ġestjoni tar - riskju ta’ kreditu u ta’ kontroll intern
---+72. F’konformità mal -Linji Gwida tal- EBA dwar il - governanza interna, jenħtieġ li l - …
---+73. Jenħtieġ li l - ġestjoni tar - riskju u l - kontrolli interni għar - riskju ta’ kreditu jiġu …
---+74. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jistabbilixxu mekkaniżmi ta’ rapportar regolari u trasparenti …
---+75. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiddefinixxu, b’mod ċar u trasparenti, l - allokazzjoni tar - …
---+76. Jenħtieġ li l - linji operatorji u l - unitajiet li joriġinaw ir - riskju ta’ kreditu jkunu …
---+77. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet ikollhom funzjoni ta’ ġestjoni tar - riskju, f’konformità mal …
---+78. Għall - finijiet tal - paragrafu 75, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jikkunsidraw l - oqsma/il …

4.5 Oqfsa ta’ ġestjoni tar - riskju ta’ kreditu u ta’ kontroll intern

4.5 Oqfsa ta’ ġestjoni tar - riskju ta’ kreditu u ta’ kontroll intern

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
72. F’konformità mal -Linji Gwida tal- EBA dwar il - governanza interna, jenħtieġ li l - …

F’konformità mal -Linji Gwida tal- EBA dwar il - governanza interna, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jimplimentaw qafas ta’ kontroll intern robust u komprensiv, li jinkludi l - ġestjoni tar - riskju ta’ kreditu, u li jirrispetta, fost l - oħrajn, il - prinċipji ta’ responsabbiltà, ta’ segregazzjoni u ta’ indipendenza tal - funzjonijiet u tar - responsabbiltajiet, ta’ kontestazzjoni u ta’ assigurazzjoni tar - riżultati.

73. Jenħtieġ li l - ġestjoni tar - riskju u l - kontrolli interni għar - riskju ta’ kreditu jiġu …

Jenħtieġ li l - ġestjoni tar - riskju u l - kontrolli interni għar - riskju ta’ kreditu jiġu integrati fl - oqfsa ġenerali ta’ ġestjoni tar - riskju u ta’ kontroll intern tal - istituzzjoni, kif ukoll fl - istruttura or ganizzazzjonali u ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw li l - qafas ta’ kontroll intern, inkluż l - ġestjoni tar - riskju ta’ kreditu, jappoġġa t - teħid, l - analiżi u l - monitoraġġ tar- riskju ta’ kreditu robusti u xierqa matul iċ - ċiklu tal - ħajja ta’ faċilità ta’ kreditu, inklużi d - disinn u l - iżvilupp tal - prodott speċifiku, tal - bejgħ u tal - amministrazzjoni.

74. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jistabbilixxu mekkaniżmi ta’ rapportar regolari u trasparenti …

Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jistabbilixxu mekkaniżmi ta’ rapportar regolari u trasparenti sabiex il- korp maniġerjali, il - kumitat ta’ riskju tiegħu, jekk ikun stabbilit, u l - unitajiet jew il - funzjonijiet rilevanti kollha jiġu pprovduti b’rapporti puntwali, preċiżi u konċiżi u jkunu jistgħu jieħdu azzjonijiet b’mod infurmat u effettiv fi ħdan il - mandati rispettivi tagħhom, sabiex jiżguraw l - identifikazzjoni, il - kejl jew il - valutazzjoni, il - monitoraġġ u l - ġestjoni tar - riskju ta’ kreditu (ara wkoll it- Taqsima 8).

75. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiddefinixxu, b’mod ċar u trasparenti, l - allokazzjoni tar - …

Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiddefinixxu, b’mod ċar u trasparenti, l - allokazzjoni tar - responsabbiltajiet u tal - awtorità fi ħdan l - organizzazzjoni, inkluż fi ħdan u bejn il - linji operatorji, l- unitajiet u l - funzjonijiet, inkluż il - ġestjoni tar - riskju. Għal dan l - għan, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiddefinixxu b’mod ċar il - funzjonijiet responsabbli mit - twettiq tad - diversi kompiti relatati mat - teħid ta’ riskju ta’ kreditu u mal - proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ kreditu, speċifikati b’mod li ma jwassalx għal kunflitt ta’ interess u jiżgura l - ġestjoni effettiva tar - riskju ta’ kreditu.

76. Jenħtieġ li l - linji operatorji u l - unitajiet li joriġinaw ir - riskju ta’ kreditu jkunu …

Jenħtieġ li l - linji operatorji u l - unitajiet li joriġinaw ir - riskju ta’ kreditu jkunu primarjament responsabbli mill - ġestjoni tar - riskju ta’ kreditu ġġenerat mill - attivitajiet tagħhom matul il- ħajja sħiħa tal - kreditu. Jenħtieġ li dawn il - linji operatorji u l - unitajiet ikollhom fis - seħħ kontrolli interni adegwati sabiex jiżguraw il - konformità mal - politiki interni u mar - rekwiżiti esterni rilevanti.

77. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet ikollhom funzjoni ta’ ġestjoni tar - riskju, f’konformità mal …

Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet ikollhom funzjoni ta’ ġestjoni tar - riskju, f’konformità mal -Linji Gwida tal- EBA dwar il - governanza interna, li tkun responsabbli sabiex tiżgura l - kontrolli xierqa tar - riskju ta’ kreditu. Jenħtieġ li l - funzjoni ta’ ġestjoni tar - riskji tkun indipendenti mill - unitajiet ta’ oriġinazzjoni tan - negozju.

78. Għall - finijiet tal - paragrafu 75, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jikkunsidraw l - oqsma/il …

Għall - finijiet tal - paragrafu 75, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jikkunsidraw l - oqsma/il -kompiti li ġejjin:

  • a. l- iżvilupp u l - manutenzjoni ta’ proċessi u ta’ proċeduri ta’ għoti u ta’ monitoraġġ tal - kreditu;
  • b. id- definizzjoni u l- iżvilupp ta’ proċessi, ta’ mekkaniżmi u ta’ metodoloġiji għall -aptit għar - riskju ta’ kreditu, għall - istrateġija tar - riskju ta’ kreditu u għall -politiki dwar ir- riskju kreditu, inkluż il - proċess kaskata ġenerali tal - proċess għall - politiki u għall - proċeduri, u l- istrateġija tan - negozju;
  • c. it- tfassil u l - implimentazzjoni ta’ qafas xieraq għat - teħid ta’ deċiżjonijiet dwar il - kreditu f’konformità ma’ dawn il - linji gwida;
  • d. it- tfassil, id - definizzjoni u t - twettiq tal - monitoraġġ u tar -rapportar tar- riskju ta’ kreditu, inklużi s - sistemi ta’ twissija bikrija, il - portafoll tal - kreditu u l - monitoraġġ tar - riskju aggregat, inkluż b’rabta mal - ICAAP u ma’ kwalunkwe metrika regolatorja applikabbli, eż. regoli dwar skoperturi kbar;
  • e. it- twettiq ta’ valutazzjoni tal - affidabbiltà kreditizja u ta’ analiżi tar - riskju ta’ kreditu għall - finijiet ta’ evalwazzjoni jew ta’ klassifikazzjoni;
  • f. l- għoti ta’ opinjoni indipendenti/tat - tieni opinjoni dwar il - valutazzjoni tal - affidabbiltà kreditizja u l - analiżi tar - riskju ta’ kreditu għall - finijie t tat- teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ kreditu, filwaqt li jiġi speċifikat f’liema ċirkostanzi, fid -dawl tal- ispeċifiċitajiet tal - faċilità ta’ kreditu, tad - daqs tagħha u tal - profil tar - riskju tal - mutwatarju, din l -opinjoni indipendenti/it - tieni opinjoni tkun rilevanti;
  • g. il- valutazzjoni tal - adegwatezza tal - provvedimenti f’konformità mal - qafas kontabilistiku rilevanti;
  • h. l- iżvilupp ta’ prodotti ta’ kreditu ġodda, b’kont meħud ukoll tar - rekwiżiti għall - proċess ta’ approvazzjoni ġdid tal - prodott, u l - monitoraġġ kontinwu tal - adegwatezza tal - prodotti ta’ kreditu;
  • i. il- ġestjoni ta’ arretrati bikrin u ta’ skoperturi improduttivi, u l - għoti u l - monitoraġġ ta’ miżuri ta’ trażżin, f’konformità mad - dispożizzjonijiet tal -Linji Gwida tal- EBA dwar il - ġestjoni ta’ skoperturi improduttivi u mrażżna17 u l -Linji Gwida tal- EBA dwar l - arretrati u l - esklużjoni skont id - Direttiva 2014/17/UE18 , u l - politiki interni tal - istituzzjoni – fir - rigward ta’ self lill - konsumaturi, tali kompiti jistgħu jinkludu wkoll kollegament ma’ servizzi indipendenti ta’ konsulenza u ta’ pariri dwar id - dejn meta rilevanti;
  • j. it- twettiq ta’ simulazzjonijiet ta’ kriżi fuq il - portafoll tal - kreditu aggregat kif ukoll fuq is - subportafolli u s - segmenti ġeografiċi rilevanti;
  • k. il- monitoraġġ ta’ skoperturi individwali permezz ta’ rieżamijiet ta’ kreditu regolari, f’konformità mar - rekwiżiti stabbiliti fit - Taqsima 8, inklużi rieżamijiet ta’ kampjuni ta’ linji ta’ kreditu;
  • l. l- iżgurar tal - integrità u tal - affidabbiltà tal - proċess ta’ assenjazzjoni ta’ klassifikazzjonijiet interni, kif deskritt fl - Artikolu 173 tar - Regolament (UE) Nru 575/2013, fejn rilevanti għal istituzzjonijiet b’permess li jużaw approċċ ibbażat fuq klassifikazzjonijiet interni, u l - integrità u l - affidabbiltà tal - iskala ta’ klassifikazzjoni u tal - proċess ta’ assenjazzjoni ta’ klassifikazzjoni użati mill - istituzzjoni, għall - istituzzjonijiet li jużaw l - approċċ standardizzat;
  • m. it- twettiq ta’ garanzija tal - kwalità tal - valutazzjonijiet tal - kreditu, filwaqt li jitqies daqs xieraq tal - kampjun, u l - iżgurar li r - riskju ta’ kreditu jkun identifikat, imkejjel, immonitorjat u ġestit kif suppost fi ħdan l - attivitajiet tal - organizzazzjoni kummerċjali tal- istituzzjoni, u li jiġi kkomunikat rapportar regolari lill - korp maniġerjali tal - istituzzjoni.

17 EBA/GL/2018/06.

18 EBA/GL/2015/12.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/