+18 Prodotti ġodda u tibdil sinifikanti
---+163. Għandhom jiġu stabbiliti mekkaniżmi regolari u trasparenti ta’ rapportar sabiex il -korp ta’ …
---+164. Komunikazzjoni u sensibilizzazzj oni effettivi dwar ir-riskji u l- istrateġija tar - riskju …
---+165. Istituzzjoni għandu jkollha politika dwar l - approvazzjoni ta’ prodotti ġodda (NPAP) fis - …
---+166. Tibdil materjali jew tranżazzjonijiet eċċezzjonali jistgħu jinkludu fużjonijiet u …
---+167. I stituzzjoni għandu jkollha proċeduri speċifiċi biex tivvaluta l -konformità ma’ dawn …
---+168. L- NPAP ta’ istituzzjoni għandha tkopri kull kunsiderazzjoni li għandha titqies qabel jiġi …

18 Prodotti ġodda u tibdil sinifikanti

18 Prodotti ġodda u tibdil sinifikanti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
163. Għandhom jiġu stabbiliti mekkaniżmi regolari u trasparenti ta’ rapportar sabiex il -korp ta’ …

Għandhom jiġu stabbiliti mekkaniżmi regolari u trasparenti ta’ rapportar sabiex il -korp ta’ ġestjoni, il -kumitat tar- riskju tiegħu, fejn stabbilit, u l - unitajiet kollha rilevanti f’istituzzjoni jingħataw rapporti fil - ħin, preċiżi, konċiżi, komprensibbli u sinifikanti u jistgħu jikkondividu informazzjoni rilevanti dwar l-identifikazzjoni, il-kejl jew il-valutazzjoni, il- monitoraġġ u l - ġestjoni tar -riskji. Il- qafas tar - rapportar għandu jkun definit u dokumentat sew.

164. Komunikazzjoni u sensibilizzazzj oni effettivi dwar ir-riskji u l- istrateġija tar - riskju …

Komunikazzjoni u sensibilizzazzj oni effettivi dwar ir-riskji u l- istrateġija tar - riskju huma kruċjali għall - proċess sħiħ ta’ ġestjoni tar - riskji, inkluż il - proċessi ta’ rieżami u ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, u jgħinu biex jiġu evitati deċiżjonijiet li inkonxjament iżidu r -riskju. Ir-rapportar effettiv tar-riskji jinvolvi kunsiderazzjoni u komunikazzjoni interni u sodi dwar l- istrateġija tar - riskji u d- data rilevanti dwar ir- riskji (eż. skoperturi u indikaturi ewlenin tar -riskju), kemm b’mod orizzontali fl- istituzzjoni kif ukoll ’il fuq u ’l isfel fil- katina maniġerjali.

165. Istituzzjoni għandu jkollha politika dwar l - approvazzjoni ta’ prodotti ġodda (NPAP) fis - …

Istituzzjoni għandu jkollha politika dwar l - approvazzjoni ta’ prodotti ġodda (NPAP) fis - seħħ, approvata mill- korp ta’ ġestjoni, li tindirizza l - iżvilupp ta’ swieq, prodotti u servizzi ġodda, u tibdil sinifikanti f’dawk eżistenti, kif ukoll tranżazzjonijiet eċċezzjonali. Barra minn hekk il - politika għandha tinkludi tibdil materjali għal proċessi (eż. arranġamenti ġodda ta’ esternalizzazzjoni) u għal sistemi relatati (eż. proċess i ta’ tibdil fl-IT). L- NPAP għandha tiżgura li l-prodotti u t-tibdil approvati jkunu konsistenti mal- istrateġija tar -riskju u mal- predispożizzjoni għar -riskju tal-istituzzjoni u mal-limiti korrispondenti tal- istituzzjoni, jew li jsiru reviżjonijiet meħtieġ a.

166. Tibdil materjali jew tranżazzjonijiet eċċezzjonali jistgħu jinkludu fużjonijiet u …

Tibdil materjali jew tranżazzjonijiet eċċezzjonali jistgħu jinkludu fużjonijiet u akkwiżizzjonijiet, inkluż il -konsegwenzi potenzjali tat- twettiq ta’ diliġenza dovuta insuffiċjenti li tonqos milli tidentifika r -riskji u r-responsabbiltajiet ta’ wara l-f użjoni; l -istabbiliment ta’ strutturi (eż. sussidjarji ġodda jew veikoli għal skop uniku (single - purpose vehicle); prodotti ġodda; tibdil fis -sistemi jew fil- qafas jew fil - proċeduri għall - ġestjoni tar -riskji; u tibdil fl-organizzazzjoni tal-istituzzjoni.

167. I stituzzjoni għandu jkollha proċeduri speċifiċi biex tivvaluta l -konformità ma’ dawn …

I stituzzjoni għandu jkollha proċeduri speċifiċi biex tivvaluta l -konformità ma’ dawn il-politiki, filwaqt li jitqies il -kontribut tal-funzjoni tal- ġestjoni tar - riskji. Din għandha tinkludi valutazzjoni sistematika minn qabel u opinjoni dokumentata mill -funzjoni ta’ verifika tal-konformità fil- każ ta’ prodotti ġodda jew tibdil sinifikanti fi prodotti eżistenti.

168. L- NPAP ta’ istituzzjoni għandha tkopri kull kunsiderazzjoni li għandha titqies qabel jiġi …

L- NPAP ta’ istituzzjoni għandha tkopri kull kunsiderazzjoni li għandha titqies qabel jiġi deċiż id- dħul fi swieq ġodda, in - negozjar fi prodotti ġodda, it- tnedija ta’ servizz ġdid, jew tibdil sinifikanti fi prodotti jew servizzi eżistenti. L - NPAP għandha tinkludi wkoll id -definizzjonijiet ta’ “prodott/suq/negozju ġdid” u ta’ “tibdil sinifikanti” li għandhom jintużaw fl -organizzazzjoni u fil-funzjonijiet interni li ser ikunu involuti fil- proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/