+83. Meta jivvalutaw l- eżistenza ta’ kunflitti ta’ interess kif imsemmi fil -paragrafu 82 (b), l - …

83. Meta jivvalutaw l- eżistenza ta’ kunflitti ta’ interess kif imsemmi fil -paragrafu 82 (b), l - …

Meta jivvalutaw l- eżistenza ta’ kunflitti ta’ interess kif imsemmi fil -paragrafu 82 (b), l - istituzzjonijiet għandhom jidentifikaw kunflitti ta’ interess attwali jew potenzjali skont il - politika14 dwar il- kunflitti ta’ interess tal - istituzzjoni u jivvalutaw il - materjalità tagħhom. Mill - inqas għandhom jitqiesu s - sitwazzjonijiet li ġejjin li jistgħu joħolqu kunflitti ta’ interess attwali jew potenzjali:

  • a. l- interessi ekonomiċi (pereżempju ishma, drittijiet tas - sjieda u sħubijiet oħrajn, parteċipazzjonijiet u interessi ekonomiċi oħrajn fi klijenti kummerċjali, drittijiet tal - proprjetà intellettwali, self mogħti mill - istituzzjoni lil kumpanija li hija l -proprjetà ta’ membri tal- korp ta’ ġestjoni);
  • b. relazzjonijiet personali jew professjonali mas - sidien ta’ parteċipazzjonijiet kwalifikanti fl- istituzzjoni;
  • c. relazzjonijiet personali jew professjonali mal - persunal tal - istituzzjoni jew tal -entitajiet inklużi fil -kamp ta’ applikazzjoni tal- konsolidament prudenzjali (pereżempju relazzjonijiet mill- qrib tal - familja);
  • d. impjiegi oħrajn u impjiegi preċedenti fil - passat riċenti (pereżempju ħames snin);
  • e. relazzjonijiet personali jew professjonali ma’ partijiet ikkonċernati esterni rilevanti (pereżempju li jkunu assoċjati ma’ fornituri tal - materjal, konsulenzi jew fornituri oħrajn ta’ servizzi);
  • f. sħubija f’korp jew fi sjieda ta’ korp jew entità b’interessi konfliġġenti;
  • g. influwenza politika jew relazzjonijiet politiċi.

14 Jekk jogħġbok irreferi għal -Linji Gwida tal-EBA dwar il-Governanza Interna fir-rigward tal-politika dwar il-kunflitti ta’ interess għall - persunal.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/