+9.2 Indipendenza tal- ħsieb
---+81. Meta jivvalutaw l-indipendenza tal- ħsieb kif imsemmi fil -paragrafu 79, l - istituzzjonijiet …
---+82. Meta jivvalutaw il- ħiliet ta’ mġiba meħtieġa ta’ membru kif imsemmi fil -paragrafu 82 (a) …
---+83. Meta jivvalutaw l- eżistenza ta’ kunflitti ta’ interess kif imsemmi fil -paragrafu 82 (b), l - …
---+84. Il- kunflitti ta’ interess attwali u potenzjali kollha fil -livell tal- korp ta’ ġestjoni …
---+85. L- istituzzjonijiet għandhom jinfurmaw lill - awtoritajiet kompetenti jekk istituzzjoni tkunx …
---+86. Li tkun azzjonist, sid jew membru ta’ istituzzjoni, membru ta’ kumpaniji affiljati jew …
|
9.2 Indipendenza tal- ħsieb
9.2 Indipendenza tal- ħsieb
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
81. Meta jivvalutaw l-indipendenza tal- ħsieb kif imsemmi fil -paragrafu 79, l - istituzzjonijiet …
|
Meta jivvalutaw l-indipendenza tal- ħsieb kif imsemmi fil -paragrafu 79, l - istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw jekk il - membri kollha tal - korp ta’ ġestjoni għandhomx: - a. il- ħiliet ta’ mġiba meħtieġa, inklużi:
- i. il- kuraġġ, il - konvinzjoni u s - saħħa li jivvalutaw u jisfidaw b’mod effettiv id - deċiżjonijiet proposti minn membri oħrajn tal - korp ta’ ġestjoni;
- ii. il- kapaċità li jkunu jistgħu jistaqsu mistoqsijiet lill -membri tal- korp ta’ ġestjoni fil- funzjoni maniġerjali tiegħu; u
- iii. il- kapaċità li jkunu jistgħu jirreżistu r - raġunar gregarju;
- b. il- kunflitti ta’ interess li sa ċertu punt jostakolaw il - kapaċità tagħhom li jwettqu l - kompiti tagħhom b’mod indipendenti u oġġettiv.
|
|
82. Meta jivvalutaw il- ħiliet ta’ mġiba meħtieġa ta’ membru kif imsemmi fil -paragrafu 82 (a) …
|
Meta jivvalutaw il- ħiliet ta’ mġiba meħtieġa ta’ membru kif imsemmi fil -paragrafu 82 (a), għandha titqies l - imġiba preċedenti u attwali tiegħu, b’mod partikolari fi ħdan l - istituzzjoni.
|
|
83. Meta jivvalutaw l- eżistenza ta’ kunflitti ta’ interess kif imsemmi fil -paragrafu 82 (b), l - …
|
Meta jivvalutaw l- eżistenza ta’ kunflitti ta’ interess kif imsemmi fil -paragrafu 82 (b), l - istituzzjonijiet għandhom jidentifikaw kunflitti ta’ interess attwali jew potenzjali skont il - politika14 dwar il- kunflitti ta’ interess tal - istituzzjoni u jivvalutaw il - materjalità tagħhom. Mill - inqas għandhom jitqiesu s - sitwazzjonijiet li ġejjin li jistgħu joħolqu kunflitti ta’ interess attwali jew potenzjali: - a. l- interessi ekonomiċi (pereżempju ishma, drittijiet tas - sjieda u sħubijiet oħrajn, parteċipazzjonijiet u interessi ekonomiċi oħrajn fi klijenti kummerċjali, drittijiet tal - proprjetà intellettwali, self mogħti mill - istituzzjoni lil kumpanija li hija l -proprjetà ta’ membri tal- korp ta’ ġestjoni);
- b. relazzjonijiet personali jew professjonali mas - sidien ta’ parteċipazzjonijiet kwalifikanti fl- istituzzjoni;
- c. relazzjonijiet personali jew professjonali mal - persunal tal - istituzzjoni jew tal -entitajiet inklużi fil -kamp ta’ applikazzjoni tal- konsolidament prudenzjali (pereżempju relazzjonijiet mill- qrib tal - familja);
- d. impjiegi oħrajn u impjiegi preċedenti fil - passat riċenti (pereżempju ħames snin);
- e. relazzjonijiet personali jew professjonali ma’ partijiet ikkonċernati esterni rilevanti (pereżempju li jkunu assoċjati ma’ fornituri tal - materjal, konsulenzi jew fornituri oħrajn ta’ servizzi);
- f. sħubija f’korp jew fi sjieda ta’ korp jew entità b’interessi konfliġġenti;
- g. influwenza politika jew relazzjonijiet politiċi.
14 Jekk jogħġbok irreferi għal -Linji Gwida tal-EBA dwar il-Governanza Interna fir-rigward tal-politika dwar il-kunflitti ta’ interess għall - persunal.
|
|
84. Il- kunflitti ta’ interess attwali u potenzjali kollha fil -livell tal- korp ta’ ġestjoni …
|
Il- kunflitti ta’ interess attwali u potenzjali kollha fil -livell tal- korp ta’ ġestjoni għandhom jiġu kkomunikati, diskussi, dokumentati, tittieħed deċiżjoni dwarhom b’mod adegwat u jiġu ġestiti kif xieraq mill - korp ta’ ġestjoni (jiġifieri għandhom jittieħdu l - miżuri ta’ mitigazzjoni meħtieġa). Membru tal- korp ta’ ġestjoni għandu jastjeni milli jivvota dwar kwalunkwe kwistjoni fejn il - membru jkollu kunflitt ta’ interess15 .
15 Jekk jogħġbok irreferi għal -Linji Gwida tal-EBA dwar il-Governanza Interna fir-rigward tal-politika dwar il-kunflitti ta’ interess għall - persunal.
|
|
85. L- istituzzjonijiet għandhom jinfurmaw lill - awtoritajiet kompetenti jekk istituzzjoni tkunx …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jinfurmaw lill - awtoritajiet kompetenti jekk istituzzjoni tkunx identifikat kunfli tt ta’ interess li jista’ jaffettwa l -indipendenza tal- ħsieb ta’ membru tal -korp ta’ ġestjoni, inklużi l - miżuri ta’ mitigazzjoni li ttieħdu.
|
|
86. Li tkun azzjonist, sid jew membru ta’ istituzzjoni, membru ta’ kumpaniji affiljati jew …
|
Li tkun azzjonist, sid jew membru ta’ istituzzjoni, membru ta’ kumpaniji affiljati jew entitajiet affiljati, b’kontijiet privati, self jew bl - użu ta’ servizzi oħra tal - istituzzjoni jew kwalunkwe entità fil-kamp ta’ applikazzjoni tal- konsolidazzjoni ma għandhiex titqies waħedha li taffettwa l - indipendenza fil- ħsieb ta’ membru tal - korp ta’ ġestjoni.16
16 Jekk jogħġbok irreferi għal -Linji Gwida tal-EBA dwar il-Governanza Interna paragrafu 114.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|