+5.5 Qafas u funzjonijiet ta’ kontroll intern
---+115. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk id - ditta tal - investiment għandhiex …
---+116. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk id - ditta tal - investiment għandhiex …
---+117. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk il - funzjoni ta’ verifika tal - …
|
5.5 Qafas u funzjonijiet ta’ kontroll intern
5.5.1 Qafas ta’ kontroll intern
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
115. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk id - ditta tal - investiment għandhiex …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk id - ditta tal - investiment għandhiex qafas ta’ kontroll intern xieraq għan - natura, l - iskala u l - kumplessità tal - attivitajiet tad - ditti tal - investiment, f’konformità mad - dispożizzjonijiet stabbiliti fil - Linji Gwida tal -EBA dwar il-governanza interna. Din il - valutazzjoni għandha tal - inqas tinkludi jekk: - a. id-d itti tal - investiment jimplimentawx il - qafas ta’ kontroll intern li jkopri l - organizzazzjoni sħiħa, inklużi r - responsabbiltajiet u l - kompiti tal - korp maniġerjali, u l- attivitajiet tal - linji operatorji u tal - unitajiet interni kollha, inkluż il - funzjonijiet ta’ kontroll intern, l - attivitajiet esternalizzati u l - kanali ta’ distribuzzjoni;
- b. id- ditti tal - investiment jistabbilixxux, iżommux u jaġġornaw regolarment il - politiki, il- mekkaniżmi u l - proċeduri adegwati ta’ kontroll intern bil - miktub, li għandhom ikunu approvati mill - korp maniġerjali;
- c. il- linji operatorji tad - ditti tal - investiment humiex responsabbli mill - ġestjoni tar - riskji li jiffaċċjaw fit - twettiq tal - attivitajiet tagħhom u jekk ikollhomx kontrolli stabbiliti li għandhom l - għan li jiżguraw konformità mar - rekwiżiti interni u esterni;
- d. il- korp maniġerjali huwiex responsabbli għall - istabbiliment u għall - monitoraġġ tal - adegwatezza u tal - effettività tal - qafas, tal - proċessi u tal - mekkaniżmi ta’ kontroll intern, u għas - sorveljanza tal - linji operatorji u tal - unitajiet interni kollha, inklużi l - funzjonijiet ta’ kontroll intern;
- e. meta applikabbli, il - qafas ta’ kontroll intern tad - ditta tal - investiment huwiex adattat fuq bażi individwali għall - ispeċifiċità tan - negozju tagħha, għall - kumplessità tagħha u għar - riskji assoċjati, filwaqt li jitqies il - kuntest tal - grupp;
- f. hemmx proċess ċar, trasparenti u dokumentat ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet u allokazzjoni ċara ta’ responsabbiltajiet u ta’ awtorità fi ħdan il - qafas ta’ kontroll intern tagħha, inkluż il - linji operatorji, l - unitajiet interni u l - funzjonijiet ta’ kontroll intern tagħha;
- g. hemmx skambju tal - informazzjoni meħtieġa, inklużi politiki, mekkaniżmi u proċeduri u l - aġġornamenti tagħhom, b’mod f’waqtu li jiżgura li l - korp maniġerjali, kull linja operatorja u unità interna, inkluż kull funzjoni ta’ kontroll intern indipendenti, humiex kapaċi jwettqu d - dmirijiet tagħhom;
- h. il- funzjonijiet ta’ kontroll intern jissottomettux b’mod regolari lill - korp maniġerjali rapporti bil - miktub f’waqthom, preċiżi, konċiżi, komprensivi, ċari u utli dwar nuqqasijiet identifikati ewlenin u tali rapport jinkludi, għal kull nuqqas maġġuri identifikat ġdid, ir - riskji rilevanti involuti, valutazzjoni tal - impatt, rakkomandazzjonijiet u miżuri korrettivi li għandhom jittieħdu;
37 - i. il- funzjonijiet ta’ kontroll intern għandhomx aċċess u jistgħux jirrapportaw direttament lill - korp maniġerjali fil - funzjoni superviżorja tiegħu, biex iqajmu tħassib jekk ikun meħtieġ;
- j. il- korp maniġerjali jsegwix is - sejbiet tal - funzjonijiet ta’ kontroll intern b’mod f’waqtu u effettiv u jeħtieġx azzjonijiet korrettivi adegwati u proċeduri ta’ segwitu formali dwar is - sejbiet u l - miżuri korrettivi meħuda.
5.5.2 Funzjonijiet ta’ kontroll intern
|
|
116. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk id - ditta tal - investiment għandhiex …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk id - ditta tal - investiment għandhiex funzjoni effettiva u permanenti interna ta’ verifika tal - konformità u, meta xieraq u proporzjonat, funzjoni tal - ġestjoni tar - riskju u funzjoni tal - awditu intern, b’awtorità, statura, riżorsi suffiċjenti u, meta meħtieġ, aċċess dirett għall - korp maniġerjali fil - funzjoni superviżorja tiegħu u għall - kumitati tiegħu, meta stabbilit, inkluż b’mod partikolari l - kumitat tar - riskju.
|
|
117. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk il - funzjoni ta’ verifika tal - …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk il - funzjoni ta’ verifika tal - konformità tad - ditta tal - investiment, u, meta stabbilita, il - funzjoni tal - ġestjoni tar - riskju u l - funzjoni tal - awditu intern jikkonformawx mad - dispożizzjonijiet tat - Titolu 5 tal - Linji Gwida tal -EBA dwar il-governanza interna.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|