+44. L- istituzzjonijiet għandhom jimplimentaw limiti li jkollhom l - għan li jżommu l - iskoperturi …
|
44. L- istituzzjonijiet għandhom jimplimentaw limiti li jkollhom l - għan li jżommu l - iskoperturi …
L- istituzzjonijiet għandhom jimplimentaw limiti li jkollhom l - għan li jżommu l - iskoperturi għall - IRRBB konsistenti mal - predispożizzjoni tagħhom għar - riskju u mal - approċċ globali tagħhom għall - kejl tal - IRRBB, b’mod partikolari dawn li ġejjin: - (a) Limiti tar - riskju aggregati li jartikolaw b’mod ċar l - ammont ta’ IRRBB aċċettabbli għall - korp maniġerjali għandhom jiġu applikati fuq bażi konsolidata u, kif xieraq, fil - livell ta’ affiljati individwali.
- (b) Il - limiti jistgħu jkunu assoċjati ma’ xenarji speċifiċi ta’ bidliet fir - rati tal - imgħax u fl - istruttura tat - termini, bħal żieda jew tnaqqis fihom jew bidla fil - forma tal - kurva tar - rendiment. Iċ - ċaqliq fir - rati tal - imgħax li jintużaw fl - iżvilupp ta’ dawn il - limiti għandu jirrappreżenta sitwazzjonijiet ta’ xokk u ta’ stress avversi biżżejjed, filwaqt li tittieħed inkunsiderazzjoni il - volatilità storika tar - rati tal - imgħax u l - ħin meħtieġ mill - maniġment sabiex jimmitigaw dawk l - iskoperturi għar - riskju.
- (c) Il - limiti ta’ politika għandhom ikunu xierqa għan - natura, id - daqs, il - kumplessità u l - adegwatezza kapitali tal - istituzzjoni, kif ukoll għall - kapaċità tagħha li tkejjel u tiġġestixxi r - riskji tagħha.
- (d) Skont in - natura tal - attivitajiet u tal - mudell ta’ negozju ta’ istituzzjoni, jistgħu jiġu identifikati wkoll sottolimiti għal unitajiet kummerċjali, portafolli, tipi ta’ strumenti, strumenti speċifiċi jew sottotipi materjali individwali tar - riskju ta’ IRRBB, bħar - riskju ta’ diskrepanza, ir - riskju ta’ bażi u r - riskju tal - opzjoni.
- (e) Għandu jkun hemm stabbiliti sistemi li jiżguraw li l - pożizzjonijiet li jaqbżu jew li x’aktarx ikunu se jaqbżu l - limiti definiti mill - korp maniġerjali jew mid - delegati tiegħu jinġiebu għall - attenzjoni immedjata tal - maniġment u jiġu eskalati mingħajr dewmien. Għandu jkun hemm politika ċara dwar min għandu jiġi informat, kif isseħħ il - komunikazzjoni u l - azzjonijiet li għandhom jittieħdu b’rispons.
- (f) Ir - rapportar dwar il - kejl tar - riskju lill - korp maniġerjali jew lid - delegati tiegħu għandu jkollu frekwenza ta’ mill - anqas darba kull 3 xhur u għandu jqabbel l - iskopertura attwali mal - limiti ta’ politika.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|