|
+Artikolu 182 1. |
Artikolu 182 1.Fil-kwantifikazzjoni tal-parametri tar-riskju li jridu jkunu assoċjati ma’ gradi jew aggregazzjonijiet ta’ klassifikazzjoni, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin speċifiċi għal stimi proprji tal-fattur ta’ konverżjoni:
(a)
l-istituzzjonijiet għandhom jistmaw il-fatturi ta’ konverżjoni skont il-grad jew l-aggregazzjoni tal-faċilità abbażi tal-medja ta’ fatturi ta’ konverżjoni realizzati skont il-grad jew l-aggregazzjoni tal-faċilità billi jużaw il-medja ppeżata tal-inadempjenzi li tirriżulta mill-inadempjenzi osservati kollha fis-sorsi tad-data;
(b)
l-istituzzjonijiet għandhom jużaw l-istimi tal-fattur ta’ konverżjoni li huma adatti fi żmien ta’ tnaqqis fir-ritmu ekonomiku jekk dawn ikunu aktar konservattivi mill-medja fuq perijodu fit-tul. Sa fejn sistema ta’ klassifikazzjoni tkun mistennija tipproduċi fatturi ta’ konverżjoni realizzati b’konsistenza skont il-grad jew l-aggregazzjoni tul iż-żmien, l-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu aġġustamenti fl-istimi tagħhom tal-parametri tar-riskju skont il-grad jew l-aggregazzjoni sabiex jillimitaw l-impatt kapitali ta’ tnaqqis fir-ritmu ekonomiku;
(c)
l-IRB-CCF tal-istituzzjonijiet għandhom jirriflettu l-possibbiltà ta' ġbid addizzjonali mid-debitur sa meta u wara li jiġi skattat avveniment ta' inadempjenza;
(d)
sabiex jaslu għall-istimi tal-fatturi ta’ konverżjoni, l-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw il-linji politiċi u l-istrateġiji speċifiċi tagħhom fir-rigwrad tal-monitoraġġ tal-kontijiet u l-ipproċessar tal-pagamenti. L-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw ukoll il-kapaċità u r-rieda tagħhom li jipprevjenu ġbid ulterjuri f’ċirkostanzi ta’ kważi inadempjenza ta’ pagament, bħal vjolazzjonijiet ta’ pattijiet jew avvenimenti oħrajn ta’ inadempjenza teknika;
(e)
l-istituzzjonijiet għandu jkollhom sistemi adegwati u proċeduri fis-seħħ sabiex jimmonitorjaw l-ammonti tal-faċilità, l-obbligazzjonijiet pendenti attwali fil-linji impenjati u l-bidliet fl-obbligazzjonijiet pendenti skont id-debitur u skont il-grad. L-istituzzjoni għandha tkun tista’ timmonitorja l-bilanċi pendenti ta’ kuljum;
(f)
jekk l-istituzzjonijiet jużaw stimi differenti tal-fatturi ta’ konverżjoni għall-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju u l-għanijiet interni dawn għandhom jiġu dokumentati u jkunu raġonevoli.
(g)
l-IRB-CCF tal-istituzzjonijiet għandhom jiġu stmati bl-użu ta' approċċ b'perjodu fiss ta' 12-il xahar;
(h)
l-IRB-CCF tal-istituzzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq data ta' referenza li tirrifletti l-karatteristiċi tal-prattika tal-ġestjoni tad-debitur, tal-faċilità u tal-bank tal-iskoperturi li għalihom jiġu applikati l-istimi. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (a), fejn l-istituzzjonijiet josservaw fattur ta' konverżjoni realizzat negattiv fuq l-osservazzjonijiet ta' inadempjenza tagħhom, il-fattur ta' konverżjoni realizzat fuq dawk l-osservazzjonijiet għandu jkun ugwali għal żero għall-fini ta' kwantifikazzjoni tal-IRB-CCF tagħhom. L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw l-informazzjoni tal-fattur ta' konverżjoni realizzat negattiv fil-proċess tal-iżvilupp tal-mudell għall-fini tad-differenzjazzjoni tar-riskju. Għall-fini tal-ewwel subparagrafu, il-punt (c), l-IRB-CCF għandhom jinkludu marġni akbar ta' konservattiviżmu fejn korrelazzjoni pożittiva aktar b'saħħitha tista' tkun raġonevolment mistennija bejn il-frekwenza tal-inadempjenza u l-kobor tal-fattur ta' konverżjoni. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (g), kull inadempjenza għandha tkun marbuta mal-karatteristiċi rilevanti tad-debitur u tal-faċilità fid-data ta' referenza fissa definita bħala 12-il xahar qabel id-data ta' inadempjenza. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|