+Artikolu 279a 1.

Artikolu 279a 1.

L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw id-delta ta' superviżjoni kif ġej:

▼M17

(a) 

għal opzjonijiet ta' xiri u ta' put li jagħtu dritt lix-xerrej ta' opzjoni jixtri jew ibigħ strument sottostanti bi prezz pożittiv f'data waħda jew f'diversi dati fil-futur, ħlief meta dawk l-opzjonijiet huma kklassifikati fil-kategorija ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax jew fil-kategorija ta' riskju tal-komoditajiet, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-formula li ġejja:

▼M8

image

fejn:

δ

=

id-delta ta' superviżjoni;

sign

=

– 1 fejn it-tranżazzjoni hija opzjoni ta' call mibjugħa jew opzjoni ta' put mixtrija;

sign

=

+1 fejn it-tranżazzjoni hija opzjoni ta' call mixtrija jew opzjoni ta' put mibjugħa;

type

=

– 1 fejn it-tranżazzjoni hija opzjoni ta' put;

type

=

+ 1 fejn it-tranżazzjoni hija opzjoni ta' call;

N(x)

=

l-funzjoni kumulattiva ta' distribuzzjoni għal varjabbli aleatorju normali standard jiġifieri l-probabbiltà li varjabbli aleatorju normali b'medja ta' żero u b'varjanza ta' wieħed tkun inqas minn jew ugwali għal x;

P

=

il-prezz spot jew forward tal-istrument sottostanti tal-opzjoni; għal opzjonijiet il-flussi ta' flus taghħom li jiddependu fuq valur medju tal-prezz tal-istrument sottostanti, P għandu jkun daqs il-valur medju fid-data tal-kalkolu;

K

=

il-prezz tal-eżerċitar tal-opzjoni;

▼C8

T

=

il-perijodu bejn id-data tal-iskadenza tal-opzjoni (Texp) u d-data tal-irrappurtar; għal opzjonijiet li jistgħu jiġu eżerċitati f’data futura waħda biss, Texp hija ugwali għal dik id-data; għal opzjonijiet li jistgħu jiġu eżerċitati f’dati multipli futuri, Texp hija ugwali għall-aħħar waħda minn dawk id-dati; T għandha tiġi espressa fi snin permezz tal-konvenzjoni rilevanti dwar il-jum tax-xogħol; u

▼M8

σ

=

il-volatilità superviżorja tal-opzjoni determinata skont it-Tabella 1 fuq il-bażi tal-kategorija tar-riskju tat-tranżazzjoni u n-natura tal-istrument sottostanti tal-opzjoni.



Tabella 1

Kategorija tar-riskju

Strument sottostanti

Volatilità superviżorja

Kambju

Kollha

15 %

Kreditu

Strument b'isem wieħed

100 %

Strument b'għadd ta' ismijiet

80 %

Ekwità

Strument b'isem wieħed

120 %

Strument b'għadd ta' ismijiet

75 %

Komodità

Elettriku

150 %

Komoditajiet oħrajn (eskluż l-elettriku)

70 %

Oħrajn

Kollha

150 %

Istituzzjonijiet li jużaw l-prezz forward tal-istrument sottostanti ta' opzjoni għandhom jiżguraw li:

(i) 

il-prezz forward huwa konsistenti mal-karatteristiċi tal-opzjoni;

(ii) 

il-prezz forward huwa kkalkulat permezz ta' rata tal-imgħax rilevanti li jkun hemm fid-data ta' rappurtar;

(iii) 

il-prezz forward jintegra l-flussi ta' flus mistennija tal-istrument sottostanti qabel l-iskadenza tal-opzjoni;

(b) 

fil-każ ta' segmenti ta' titolizzazzjonijiet sintetiċi u derivattiva ta' kreditu n-eżmu inadempjenti, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-formula li ġejja:

image

fejn:



sinjal =

left accolade

+ 1 fejn il-protezzjoni tal-kreditu nkisbet permezz tat-tranżazzjoni

– 1 fejn il-protezzjoni tal-kreditu ġiet ipprovduta permezz tat-tranżazzjoni

A

=

il-punt ta' akkoppjament tas-segment; għal tranżazzjoni ta' derivattiva ta' kreditu n-eżmu inadempjenti abbażi tal-entitajiet ta' referenza k, A = (n – 1)/k; u

D

=

il-punt ta' distakkament tas-segment; għal tranżazzjoni ta' derivattiva ta' kreditu n-eżmu inadempjenti abbażi tal-entitajiet ta' referenza k, D = n/k;

(c) 

fil-każ ta' tranżazzjonijiet mhux imsemmija fil-punt (a) jew (b), l-istituzzjonijiet għandhom jużaw id-delta ta' superviżjoni li ġejja:



δ =

left accolade

+ 1 “jekk it-tranżazzjoni hija pożizzjoni twila f'motivatur tar-riskju primarju jew fl-aktar motivatur tar-riskju materjali fil-kategorija”

– 1 “jekk it-tranżazzjoni hija pożizzjoni qasira f'motivatur tar-riskju primarju jew fl-aktar motivatur tar-riskju materjali fil-kategorija”

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit