|
+Artikolu 455 1. |
Artikolu 455 1.Istituzzjoni li tuża l-mudelli interni msemmija fl-Artikolu 325az għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq għandha tiddivulga:
(a)
l-objettivi tagħha fit-twettiq ta' attivitajiet ta' negozjar u l-proċessi implimentati biex jiġu identifikat, jitkejjel, jiġi mmonitorjat u kkontrollat ir-riskju tas-suq;
(b)
il-politiki msemmija fl-Artikolu 104(1) biex jiġi ddeterminat liema pożizzjoni għandha tiġi inkluża fil-portafoll tan-negozjar;
(c)
deskrizzjoni ġenerali tal-istruttura tal-postijiet tan-negozjar koperti mill-mudelli interni inkluż, għal kull post, deskrizzjoni wiesgħa tal-istrateġija tan-negozju tal-post, l-istrumenti permessi fih u t-tipi ewlenin ta' riskju marbuta ma' dak il-post;
(d)
stampa ġenerali tal-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar mhux koperti mill-mudelli interni, inkluż deskrizzjoni ġenerali tal-istruttura tal-post u tat-tipi ta' strumenti inklużi fil-postijiet jew fil-kategoriji ta' postijiet f'konformità mal-Artikolu 104b;
(e)
l-istruttura u l-organizzazzjoni tal-funzjoni u l-governanza għall-ġestjoni tar-riskju tas-suq;
(f)
il-kamp ta' applikazzjoni, il-karatteristiċi ewlenin u l-għażliet ewlenin tal-immudellar tal-mudelli interni differenti użati biex jiġu kkalkulati l-ammonti tal-iskopertura għar-riskju għall-mudelli ewlenin użati fil-livell konsolidat, u deskrizzjoni tal-punt sa fejn dawk il-mudelli interni jirrappreżentaw il-mudelli li jintużaw fil-livell konsolidat, inkluż, fejn ikun applikabbli, deskrizzjoni wiesa' ta' dan li ġej:
(i)
l-approċċ ta' mmudellar użat biex jiġi kkalkulat in-nuqqas mistenni msemmi fl-Artikolu 325ba(1), il-punt (a), inkluż il-frekwenza tal-aġġornament tad-data;
(ii)
il-metodoloġija użata biex jiġi kkalkulat il-kejl tar-riskju tax-xenarju ta' stress imsemmi fl-Artikolu 325ba(1), il-punt (b), għajr l-ispeċifikazzjonijiet previsti fl-Artikolu 325bk(3);
(iii)
l-approċċ ta' mmudellar użat biex tiġi kkalkulata t-tariffa tar-riskju ta' inadempjenza msemmija fl-Artikolu 325ba(2), inkluż il-frekwenza tal-aġġornament tad-data. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|