+ANNESS IV STIMA TA' RISKJU KOMPLEMENTARI MINN SURFACTANTS F'DITERĠENTI

ANNESS IV STIMA TA' RISKJU KOMPLEMENTARI MINN SURFACTANTS F'DITERĠENTI

ANNESS IV

STIMA TA' RISKJU KOMPLEMENTARI MINN SURFACTANTS F'DITERĠENTI

Dwar dawk is-surfactants li għalihom hemm disponibbli stima ta' riskju ambjentali fil-kuntest tad-Direttiva 93/67/KEE, jew ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 u r-Regolament (KE) Nru 1488/94, u Dokumenti dwar Gwida Teknika, din l-istima tar-riskju għandha titqies flimkien mal-firxa ta' l-istima tar-riskju komplementari li hemm fi ħdan l-iskop ta' dan ir-Regolament.

Il-firxa ta' stima għal riskju komplementari fi ħdan l-iskop ta' dan ir-Regolament, fil-każ li aktarx jiġu prodotti metaboliti rikalċitranti, għandha tiġi kunsidrata fil-kuntest ta' stimi magħmula fuq il-bażi tad-Direttiva 93/67/KEE jew ir-Regolament (KEE) Nru 793/93. Din għandha tiġi stmata każ b'każ u b'mod partikolari fuq il-bażi tar-riżultati tat-testijiet imsemmija fil-parti 3.

L-istudju għandu jkopri l-kategorija ambjentali akwatika. Tagħrif ieħor dwar problemi fl-istima ta' riskju speċifiku jista' jiġi mitlub mill-Kumitat imsemmi f'Artikolu 12(2) fuq bażi ta' każ b'każ. Tagħrif ieħor jista' jinkludi kategoriji ambjentali oħra bħal materjal li jġorr il-ħama tad-drenaġġ u ħamrija. Trattament fuq livelli differenti għandu jiġi adottat dwat tagħrif meħtieġ għall-inkartament tekniku msemmi f'Artikoli 5 u 9. L-inkartament għandu jkun fih mill-inqas it-tagħrif deskritt fil-punti 1, 2 u 3 ta'hawn taħt.

Madankollu, biex jiġi minimizzat l-ittestjar, u speċjalment biex jiġi evitat testjar bla bżonn ta' annimali, l-istudji addizzjonali elenkati taħt il-punt 4.2.2 għandhom jintalbu biss meta tagħrif bħal dan ikun meħtieġ u proporzjonat. Fil-każ ta' nuqqas ta' ftehim dwar il-firxa ta' tagħrif addizzjonali li jkun meħtieġ, tista' tittieħed Deċiżjoni skond il-proċedura stabbilita f'Artikolu 12(2).

Kif innotat f'Artikolu 13, il-linji ta' gwida inklużi f'dan l-Anness għad-Deċiżjonijiet dwar derogi jistgħu jiġu adattati bħala xierqa fuq il-bażi ta' l-esperjenza akkumulata.

1.   Identità tas-surfactant (skond id-dispożizzjonijiet preskritti fl-Anness VII.A tad-Direttiva 67/548/KEE).

1.1.   Isem

1.1.1.

Ismijiet fin-nomenklatura ta' l-IUPAC

1.1.2.

Ismijiet oħra

1.1.3.

Numru tal-CAS u isem tal-CAS (jekk disponibbli)

1.1.4.

Numri Einecs ( 28 ) jew Elincs ( 29 ) (jekk disponibbli)

1.2.   Formola molekulari u strutturali

1.3.   Komposizzjoni tas-surfactant

2.   Tagħrif dwar is-surfactant

2.1.

Kwantitajiet ta' surfactant użati f'diterġenti

2.2.

It-tagħrif dwar xejriet ta' użu mogħtija f'din it-taqsima għandhom ikunu biżżejjed biex jippermettu stima approssimattiva iżda realistika tal-funzjoni u l-esponiment ambjentali tas-surfactant meta assoċjat ma' l-użu tiegħu f'diterġenti. Dan għandu jinkludi dan li ġej:

— importanza ta' l-applikazzjoni (valur soċjali),

— kondizzjonijiet dwar l-użu (xenarju ta' rilaxx),

— volum ta' użu,

— disponibbiltà u adattabilità ta' alternattivi (konsiderazzjonijiet ta' prestazzjoni u ekonomiċi),

— stima ta' informazzjoni ambjentali rilevanti.

3.   Tagħrif dwar il-metaboliti rikalċitranti potenzali

Għandu jingħata tagħrif dwar tossiċità f'likuri ta' testijiet Jekk l-ebda informazzjoni ma tkun disponibbli dwar identità ta' residwi, tista' tintalab l-informazzjoni msemmija fil-punti 4.2.1, skond ir-riskju potenzali, l-importanza u l-kwantità ta' surfactant użat fid-diterġenti. Meta f'xi każi jkun hemm nuqqas ta' qbil dwar din l-informazzjoni, tista' tittieħed Deċiżjoni skond il-proċedura stabbilita f'Artikolu 12(2).

4.   Studji addizzjonali

4.1.   Testijiet dwar bijodigradibilità

4.1.1.   Sustanza adattata minn qabel użata għat-tilqim

Kull wieħed mit-testijiet deskritti fl-Anness III jista' jsir b'sustanza adattata minn qabel għal tilqim biex tagħti xhieda tar-rilevanza ta' l-adattament minn qabel għas-surfactant.

4.1.2.   Testijiet għal Biodigrdibilità Inerenti

Għandu jiġi inkluż mill-inqas wieħed mit-testijiet imsemmija hawn taħt:

— metodu tad-Direttiva 67/548/KEE, l-Anness V.C.12 (Test modifikat SCAS),

— metodu tad-Direttiva 67/548/KEE, l-Anness V.C.9 (Zahn-Wellens).

Kaz li ma jghaddix mit-test dwar biodigradibilità inerenti għandu jindika potenzjal għal persistenza li jista' jitqies, f'termini ġenerali, bħala biżżejjed biex jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta' surfactant bħal dan ħlief f'dawk il-każi meta l-kriterji preskritti f'Artikolu 6 jindikaw li ma jkunx hemm ġustifikazzjoni għar-rifjut ta' deroga.

4.1.3.   Testijiet dwar Biodigradibilità f'Ħama Simulat Attivat

It-testijiet li ġejjin imsemmija hawn taħt għandhom jiġu inklużi:

— metodu tad-Direttiva 67/548/KEE, l-Anness V.C.10 (inklużi tibdiliet possibbli f'kondizzjonijiet ta' operazzjoni kif proposti fl-EN ISO 11733).

Kaz li ma jghaddix mit-test dwar biodigradibilità ta' simulazzjoni ta' ħama attivat għandu jindika l-potenzjal għal rilaxx tal-metaboliti bi trattament tad-drenaġġ, li jista' jiġi kunsidrat, f'termini ġenerali, bħala evidenza ta' ħtieġa ta' stima aktar kompluta ta' riskju.

4.2.   Testjar ta' tossiċità ta' biodigradazzjoni f'likuri għat-testijiet

Informazzjoni dwar tossiċità f'likuri għat-testijiet għandha tingħata dwar:

4.2.1.   Informazzjoni kimika u fiżika, bħal:

— identità tal-metabolita (u mezzi analitiċi li nkisbet bihom);

— karatteristiċi ewlenin fiżiċi u kimiċi (solubilità fl-ilma, Oktanol: Ko-effiċjent ta' separazzjoni fl-ilma (Log Po/w, eċċ.).

4.2.2.   Effetti fuq organiżmi. Testijiet li għandhom jitwettqu fi qbil mal-prinċipji ta' prattika tajba ta' laboratorju.

Ħut: it-test rakkomandat hu dak fl-Anness V.C.1 tad-Direttiva 67/548/KEE

Dafnja: it-test rakkomandat hu dak fl-Anness V.C.2 tad-Direttiva 67/548/KEE

Alka: it-test rakkomandat hu dak fl-Anness V.C.3 tad-Direttiva 67/548/KEE

Batterji: it-test rakkomandat hu dak fl-Anness V.C.11 tad-Direttiva 67/548/KEE

4.2.3.   Degradazzjoni

Biotika: it-test rakkomandat hu dak fl-Anness V.C.5 tad-Direttiva 67/548/KEE

Abjotika: -it-test rakkomandat hu dak fl-Anness V.C.7 tad-Direttiva 67/548/KEE. It-tagħrif li jingħata għandu jqis ukoll il-potenzal ta' metaboliti għal biokonċentrazzjoni u s-separazzjoni tagħhom sal-fażi sedimentarja.

Barra dan, jekk xi metaboliti jkun suspettat li fihom attività endokrinali li tikkawża taħwid, hu rakkomandat li jkun determinat jekk dawn għandhomx il-potenzjal li jirriżultaw f'effetti ħżiena malli skemi validi ta' testjar dwar l-istima ta' dawn l-effeti ħżiena jkunu disponibbli.

N.B.

It-testijiet kollha msemmija hawn fuq jistgħu wkoll jiġu konsultati fil-pubblikazzjoni Klassifikazzjoni, Pakkettjar u Tikkettjar ta' Sustanzi Perikolużi fl-Unjoni Ewropea; Parti 2: “Metodi ta' Testjar”. Kummissjoni Ewropea 1997. ISBN 92-828-0076-8.

▼M4

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit