+Artikolu 77 1
|
Artikolu 77 1
1. L-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom iżommu d-dokumenti u l-informazzjoni li ġejjin:
|
(a)
|
kopja tad-dokumenti u tal-informazzjoni miksuba fit-twettiq tad-diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti skont il-Kapitolu III, inkluż l-informazzjoni miksuba b’mezzi ta’ identifikazzjoni elettroniċi;
|
|
(b)
|
rekord tal-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 69(2) inkluż l-informazzjoni u ċ-ċirkostanzi kkunsidrati u r-riżultati ta’ tali valutazzjoni, irrispettivament minn jekk tali valutazzjoni tirriżultax f’rapport dwar tranżazzjonijiet suspettużi lill-FIU, u kopja ta’ dawk ir-rapporti dwar tranżazzjonijiet suspettużi, jekk ikun hemm;
|
|
(c)
|
l-evidenza ta’ sostenn u r-rekords tat-tranżazzjonijiet, li jikkonsistu fid-dokumenti oriġinali jew kopji ammissibbli fi proċedimenti ġudizzjarji skont il-liġi nazzjonali applikabbli, li huma neċessarji biex jiġu identifikati t-tranżazzjonijiet;
|
|
(d)
|
meta jipparteċipaw fi sħubijiet għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni skont il-Kapitolu VI, kopji tad-dokumenti u l-informazzjoni miksuba fil-qafas ta’ dawk is-sħubijiet, u rekords tal-istanzi kollha ta’ kondiviżjoni ta’ informazzjoni.
|
L-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jiżguraw li dokumenti, l-informazzjoni u r-rekords miżmuma skont dan l-Artikolu ma jiġux editjati.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|