|
Materjali u komponenti
|
Ambitu u data tal-iskadenza tal-eżenzjoni
|
Li għandu jkollhom tikketta jew ikunu magħmula identifikabbli skont l-Artikolu 4(2), il-punt (b)(iv)
|
|
Iċ-ċomb bħala element ta’ lligar
|
|
1(a). Azzar għal skopijiet ta’ xogħol bil-magni u komponenti tal-azzar galvanizzat f’banju sħun li fihom mhux aktar minn 0,35 % ta’ ċomb skont il-piż
|
|
|
|
1(b). Folja ta’ azzar galvanizzat kontinwament li fiha mhux aktar minn 0,35 % ta’ ċomb skont il-piż
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2016 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi
|
|
|
2(a). Aluminju għal skopijiet ta’ xogħol bil-magni, b’kontenut ta’ ċomb ta’ mhux aktar minn 2 % skont il-piż
|
Bħala spare parts għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2005
|
|
|
2(b). Aluminju b’kontenut ta’ ċomb ta’ mhux aktar minn 1,5 % skont il-piż
|
Bħala spare parts għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2008
|
|
|
2(c)(i). Ligi tal-aluminju għal skopijiet ta’ xogħol bil-magni b’kontenut ta’ ċomb ta’ mhux aktar minn 0,4 % skont il-piż
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2028 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi
|
|
|
2(c)(ii). Ligi tal-aluminju mhux inklużi fl-entrata 2(c)(i) b’kontenut ta’ ċomb ta’ mhux aktar minn 0,4 % skont il-piż (2)
|
(1)
|
|
|
3. Ligi tar-ram b’kontenut ta’ ċomb ta’ mhux aktar minn 4 % skont il-piż
|
(3)
|
|
|
4(a). Ċilindri ta’ ġewwa u ta’ barra tal-bearings
|
Bħala spare parts għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2008
|
|
|
4(b). Ċilindri ta’ ġewwa u ta’ barra tal-bearings fil-magni, fit-trażmissjonijiet u fil-kompressuri tal-arja kkundizzjonata
|
Bħala spare parts għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2011
|
|
|
Iċ-ċomb u l-komposti taċ-ċomb fil-komponenti
|
|
5(a). Ċomb fil-batteriji użati f’sistemi b’voltaġġ għoli (4) li jintużaw biss għall-propulsjoni fil-vetturi M1 u N1
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2019 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi
|
X
|
|
5(b)(i). Ċomb fil-batteriji:
(1) użati f’applikazzjonijiet ta’ 12 V
(2) użati f’applikazzjonijiet ta’ 24 V f’vetturi bi skop speċjali kif definiti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/858 (7) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
|
(3)
|
X
|
|
5(b)(ii). Ċomb fil-batteriji użati f’applikazzjonijiet mhux inklużi fl-entrata 5(a) jew fl-entrata 5(b)(i)
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2024 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi
|
X
|
|
6. Tagħmir kontra l-vibrazzjonijiet
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2016 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi
|
X
|
|
7(a). Aġenti għall-ivvulkanizzar u stabilizzaturi għall-elastomeri f’pajpijiet tal-brejkijiet, pajpijiet tal-fjuwil, pajpijiet tal-ventilazzjoni tal-arja, partijiet tal-elastomeri jew tal-metall fl-applikazzjonijiet tax-xażi, u l-muntaturi tal-magna
|
Bħala spare parts għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2005
|
|
|
7(b). Aġenti għall-ivvulkanizzar u stabilizzaturi għall-elastomeri f’pajpijiet tal-brejkijiet, pajpijiet tal-fjuwil, pajpijiet tal-ventilazzjoni tal-ajru, partijiet tal-elastomeru jew tal-metall fl-applikazzjonijiet tax-xażi, u l-muntaturi tal-magna li fihom mhux aktar minn 0,5 % ċomb skont il-piż
|
Bħala spare parts għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2006
|
|
|
7(c). Legaturi għall-elastomeri f’applikazzjonijiet tas-sistema tal-motopropulsjoni li fihom mhux aktar minn 0,5 % ċomb skont il-piż
|
Bħala spare parts għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2009
|
|
|
8(a). Ċomb fl-istann biex iwaħħal il-komponenti elettriċi u elettroniċi mal-bordijiet taċ-ċirkwiti elettroniċi u ċ-ċomb fil-finituri tat-terminali tal-komponenti apparti l-kapaċitaturi elettrolitiċi tal-aluminju, fuq il-pinnijiet tal-komponenti u fuq il-bordijiet taċ-ċirkwiti elettroniċi
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2016 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi
|
X (5)
|
|
8(b). Ċomb fl-istann fl-applikazzjonijiet elettriċi apparti t-twaħħil bl-istann fuq il-bordijiet taċ-ċirkwiti elettroniċi jew fuq il-ħġieġ
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2011 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi
|
X (5)
|
|
8(c). Ċomb fil-finituri fuq it-terminali tal-kapaċitaturi elettrolitiċi tal-aluminju
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2013 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi
|
X (5)
|
|
8(d). Ċomb użat fit-twaħħil bl-istann fuq il-ħġieġ fis-sensuri tal-fluss tal-massa tal-arja
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2015 u l-ispare parts ta’ dawn il-vetturi
|
X (5)
|
|
8(e). Ċomb fl-istann tat-tip li jiddewweb f’temperaturi għoljin (jiġifieri l-ligi b’bażi ta’ ċomb li jkun fihom 85 % jew aktar ċomb skont il-piż)
|
(1)
|
X (5)
|
|
8(f)(i). Ċomb fis-sistemi ta’ konnetturi tal-pinnijiet konformi
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2017 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi
|
X (5)
|
|
8(f)(ii). Ċomb fis-sistemi ta’ konnetturi tal-pinnijiet konformi apparti dawk il-punti fejn jitqabbdu l-konnetturi tal-faxx tal-wajers tal-vetturi
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2024 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi
|
X (5)
|
|
8(g)(i). Ċomb fl-istann li jikkompleta konnessjoni elettrika vijabbli bejn id-damma tas-semikonduttur u l-qafas fi ħdan ċirkwit integrat ta’ pakketti flip chip
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Ottubru 2022 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi
|
X (5)
|
|
8(g)(ii). Ċomb fl-istann li jikkompleta konnessjoni elettrika vijabbli bejn id-damma tas-semikonduttur u l-qafas fi ħdan ċirkwit integrat ta’ pakketti flip chip meta dik il-konnessjoni elettrika tkun tikkonsisti f’xi waħda minn dawn li ġejjin:
(1) nodu tat-teknoloġija tas-semikondutturi ta’ 90 nm jew iktar;
(2) damma unika ta’ 300 mm
2
jew iktar f’xi nodu tat-teknoloġija tas-semikondutturi;
(3) pakketti ta’ dammi stivati b’dammi ta’ 300 mm
2
jew iktar, jew interposers tas-siliċju ta’ 300 mm
2
jew iktar.
|
(1)
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Ottubru 2022 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi
|
X (5)
|
|
8(h). Ċomb fl-istann biex iwaħħal id-distributuri tas-sħana mad-dissipatur tas-sħana fl-assemblaġġi tas-semikondutturi tal-potenza b’ċippa b’daqs ta’ mhux inqas minn 1 cm2 b’erja ta’ projezzjoni u densità tal-kurrent nominali li tkun tal-inqas 1 A/mm2 tal-erja taċ-ċippa tas-siliċju
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2016 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi
|
X (5)
|
|
8(i). Ċomb fl-istann fl-applikazzjonijiet tal-igglejżjar bl-elettriku fuq il-ħġieġ bl-eċċezzjoni tat-twaħħil bl-istann fl-igglejżjar laminat
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2016 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi
|
X (5)
|
|
8(j). Ċomb fl-istann għat-twaħħil bl-istann tal-igglejżjar laminat
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2020 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi
|
X (5)
|
|
8(k). It-twaħħil bl-istann tal-applikazzjonijiet tat-tisħin b’kurrent tas-sħana ta’ 0,5 A jew iktar għal kull ġonta tal-istann fuq il-panewijiet uniċi tal-igglejżjar laminat li ma jaqbiżx ħxuna ta’ 2,1 mm. Din l-eżenzjoni ma tkoprix it-twaħħil bl-istann tal-kuntatti inkorporati fil-polimeru intermedju.
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2024 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi
|
X (5)
|
|
9. Sitijiet tal-valv
|
Bħala spare parts għal tipi ta’ magni żviluppati qabel l-1 ta’ Lulju 2003
|
|
|
10(a). Komponenti elettriċi u elettroniċi, li fihom iċ-ċomb fil-ħġieg jew fiċ-ċeramika, f’komposti matriċi tal-ħġieġ jew taċ-ċeramika, f’materjal tal-ħġieg u taċ-ċeramika, jew f’komposti matriċi tal-ħġieġ u taċ-ċeramika.
Din l-eżenzjoni ma tkoprix l-użu taċ-ċomb:
(i) fil-ħġieġ fil-bozoz u fil-glejż tal-ispark plugs,
(ii) fil-materjali dielettriċi taċ-ċeramika ta’ komponenti elenkati taħt 10(b), 10(c) u 10(d).
|
|
X (6) (għal komponenti għajr il-piezo fil-magni)
|
|
10(b). Ċomb fil-materjali taċ-ċeramika dielettrika bbażati fuq PZT tal-kapaċitaturi li huma parti minn ċirkwiti integrati jew semikondutturi diskreti
|
|
|
|
10(c). Ċomb f’materjali taċ-ċeramika dielettrika f’kapaċitaturi b’voltaġġ nominali ta’ anqas minn 125 V AC jew 250 V DC
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2016 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi
|
|
|
10(d). Ċomb fil-materjali taċ-ċeramika dielettrika ta’ kapaċitaturi li jagħmel tajjeb għad-devjazzjonijiet relatati mat-temperatura tas-sensuri f’sistemi tas-sonar ultrasoniċi
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2017 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi
|
|
|
11. Inizjaturi pirotekniċi
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Lulju 2006 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi
|
|
|
12. Materjali termoelettriċi li fihom iċ-ċomb u li jintużaw f’applikazzjonijiet elettriċi tal-vetturi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ CO2 permezz tal-irkupru tas-sħana mill-egżost
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2019 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi
|
X
|
|
Kromu eżavalenti
|
|
13(a). Kisi kontra l-korrużjoni
|
Bħala spare parts għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2007
|
|
|
13(b). Kisi preventiv kontra l-korrużjoni marbut mal-assemblaġġi tal-boltijiet u l-iskorfini għall-applikazzjonijiet tax-xażi
|
Bħala spare parts għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2008
|
|
| 14.
Il-kromu eżavalenti bħala prodott kontra l-korrużjoni fis-sistema tat-tkessiħ tal-azzar bil-karbonju, sa 0,75 % tal-piż tas-soluzzjoni tat-tkessiħ, fil-friġġijiet tal-assorbiment:
(a) maħsubin biex jaħdmu għalkollox jew b’mod parzjali b’ħiter tal-elettriku li juża input medju tal-potenza elettrika ta’ inqas minn 75 W f’kundizzjonijiet ta’ tħaddim kontinwu;
(b) maħsubin biex jaħdmu għalkollox jew b’mod parzjali b’ħiter tal-elettriku li juża input medju tal-potenza elettrika ta’ 75 W jew iktar f’kundizzjonijiet ta’ tħaddim kontinwu;
(c) maħsubin biex jaħdmu għalkollox b’ħiter mhux elettriku.
|
Għal (a): Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2020 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi
Għal (b): Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2026 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi
|
X
|
|
Merkurju
|
|
15(a). Lampi ta’ skariku elettriku għall-applikazzjonijiet tal-fanali ta’ quddiem
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Lulju 2012 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi
|
X
|
|
15(b). Tubi fluworexxenti użati fil-pannelli tal-wiri tal-istrumenti
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Lulju 2012 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi
|
X
|
|
Kadmju
|
|
16. Batteriji għall-vetturi elettriċi
|
Bħala spare parts għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel il-31 ta’ Diċembru 2008
|
|
(1)
Din l-eżenzjoni għandha tiġi rieżaminata fl-2024.
(2)
Tapplika għal-ligi tal-aluminju fejn iċ-ċomb ma jiġix introdott b’mod intenzjonat iżda huwa preżenti minħabba l-użu ta’ aluminju riċiklat.
(3)
Din l-eżenzjoni għandha tiġi rieżaminata fl-2025.
(4)
Is-sistemi li għandhom voltaġġ ta’ > 75 V DC kif previst fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 357).
(5)
Iż-żarmar fil-każ li, f’korrelazzjoni mal-entrata 10(a), jinqabeż limitu medju ta’ 60 gramma għal kull vettura. Għall-finijiet ta’ din in-nota, l-apparati elettroniċi mhux installati mill-manifattur fuq il-linja tal-produzzjoni ma għandhomx jitqiesu.
(6)
Iż-żarmar f’każ li, f’korrelazzjoni mal-entrati 8(a) sa 8(k), jinqabeż limitu medju ta’ 60 gramma għal kull vettura. Għall-finijiet ta’ din in-nota, l-apparati elettroniċi mhux installati mill-manifattur fuq il-linja tal-produzzjoni ma għandhomx jitqiesu
(7)
Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1).
Noti mat-tabella:
|