+4 Rwol tal-president tal- korp ta’ ġestjoni
---+35. Mingħajr preġudizzju għal - liġi nazzjonali l - korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni superviżorja …
---+36. Mingħajr preġudizzju għar -responsabbiltajiet assenjati skont il- liġi nazzjonali dwar il …
---+37. Il-president tal- korp ta’ ġestjoni għandu jmexxi lill - korp ta’ ġestjoni, jikkontribwixxi …
---+38. Il- president għandu jħeġġeġ u jippromwovi diskussjoni miftuħa u kritika u jiżgura l …
---+39. Bħala prinċipju ġenerali, il -president tal- korp ta’ ġestjoni għandu jkun membru mhux …

4 Rwol tal-president tal- korp ta’ ġestjoni

4 Rwol tal-president tal- korp ta’ ġestjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
35. Mingħajr preġudizzju għal - liġi nazzjonali l - korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni superviżorja …

Mingħajr preġudizzju għal - liġi nazzjonali l - korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni superviżorja tiegħu għandu jinkludi membri indipendenti kif previst fit - Taqsima 9.3 tal- linji gwida konġunti tal - ESMA u tal-EBA dwar il-valutazzjoni tal-idoneità tal-membri tal- korp ta’ ġe stjoni u tad-detenturi ta’ funzjonijiet ewlenin skont id-Direttiva 2013/36/UE u d-Direttiva 2014/65/UE.

36. Mingħajr preġudizzju għar -responsabbiltajiet assenjati skont il- liġi nazzjonali dwar il …

Mingħajr preġudizzju għar -responsabbiltajiet assenjati skont il- liġi nazzjonali dwar il -kumpaniji applikabbli, il- korp ta’ ġestjoni fil -funzjoni supervi żorja tiegħu għandu:

  • a. jissorvelja u jimmonitorja t- teħid ta’ deċiżjonijiet u l -azzjonijiet tal- maniġment u jipprovdi sorveljanza effettiva tal- korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni maniġerjali tiegħu, inkluż il- monitoraġġ u l -iskrutinju tal-prestazzjoni individwal i u kollettiva tiegħu u l - implimentazzjoni tal- istrateġija u l -objettivi tal-istituzzjoni;
  • b. jikkontesta b’mod kostruttiv u jirrieżamina b’mod kritiku l -proposti u l-informazzjoni pprovduti mill-membri tal- korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni maniġerjali tiegħu, k if ukoll id-deċiżjonijiet tiegħu;
  • c. filwaqt li jitqies il - prinċipju tal -proporzjonalità kif stabbilit fit-Titolu I, iwettaq kif suppost id-doveri u r-rwol tal-kumitat tar-riskju, tal-kumitat tar-remunerazzjoni u tal-kumitat tan- nomina, fejn ma jkunux ġew sta bbiliti tali kumitati;
  • d. jiżgura u jivvaluta perjodikament l - effikaċja tal - qafas ta’ governanza interna tal - istituzzjoni u jieħu passi xierqa biex jiġi indirizzat kwalunkwe nuqqas identifikat;
  • e. jissorvelja u jimmonitorja li l- objettivi strateġiċi, l -istruttura organizzazzjonali u l-istrateġija tar -riskju tal-istituzzjoni, il- predispożizzjoni għar -riskju u l- qafas ta’ ġestjoni tar- riskju tagħha, kif ukoll politiki oħra (eż. il -politika ta’ remunerazzjoni) u l- qafas tad - divulgazzjoni qed jiġu implimentati b’mod konsistenti;
  • f. jimmonitorja li l-kultura tar-riskju tal- istituzzjoni qed tiġi implimentata b’mod konsistenti;
  • g. jissorvelja l- implimentazzjoni u ż - żamma ta’ kodiċi ta’ kondotta jew ta’ kodiċi simili u politiki effettivi biex jiġu identifikati, ġestiti u mitiga ti kunflitti ta’ interess attwali u potenzjali;
  • h. jissorvelja l-integrità tal-informazzjoni u tar-rapportar finanzjarju, u l- qafas ta’ kontroll intern, inkluż qafas ta’ ġestjoni tar - riskju effettiv u b’saħħtu;
  • i. jiżgura li l -kapijiet ta’ funzjonijiet ta’ kontroll intern jistgħu jaġixxu b’mod indipendenti u, irrispettivament mir- responsabbiltà li jirrapportaw għand korpi interni, linji jew unitajiet operatorji oħrajn, jistgħu jqajmu tħassib u jwissu lill - korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni super viżorja tiegħu direttament, fejn meħtieġ, meta żviluppi negattivi fir -riskju jaffettwaw jew jistgħu jaffettwaw lill -istituzzjoni; u
  • j. jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ awditjar intern, wara l-involviment preċedenti tal -kumitati tar-riskju u ta’ awditjar, fejn dawn il-kumitati jkunu stabbiliti.
37. Il-president tal- korp ta’ ġestjoni għandu jmexxi lill - korp ta’ ġestjoni, jikkontribwixxi …

Il-president tal- korp ta’ ġestjoni għandu jmexxi lill - korp ta’ ġestjoni, jikkontribwixxi għal fluss effiċjenti ta’ informazzjoni fi ħdan il - korp ta’ ġestjoni u bejn il - korp ta’ ġestjoni u l -kumitati tiegħu, fejn ikunu stabbiliti, u għandu jkun responsabbli mill - funzjonament ġenerali effettiv tiegħu.

38. Il- president għandu jħeġġeġ u jippromwovi diskussjoni miftuħa u kritika u jiżgura l …

Il- president għandu jħeġġeġ u jippromwovi diskussjoni miftuħa u kritika u jiżgura l -espressjoni u d- diskussjoni ta’ fehmiet diverġenti fi ħdan il - proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet.

39. Bħala prinċipju ġenerali, il -president tal- korp ta’ ġestjoni għandu jkun membru mhux …

Bħala prinċipju ġenerali, il -president tal- korp ta’ ġestjoni għandu jkun membru mhux eżekuttiv. Fejn il-president ikollu l- permess jassumi dmirijiet eżekuttivi, l -istituzz joni għandu jkollha miżuri fis- seħħ għall - mitigazzjoni ta’ kwalunkwe impatt negattiv fuq is -sistema ta’ kontrokontrolli tal-istituzzjoni (eż. permezz tad - deżinjazzjoni ta’ membru ewlieni tal - bord jew ta’ membru għoli indipendenti tal- bord, jew billi jkun hemm għadd akbar ta’ membri mhux eżekuttivi fi ħdan il - korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni superviżorja tiegħu). B’mod partikolari, skont l -Artikolu 88(1)(e) tad-Direttiva 2013/36/UE, il-president tal- korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni superviżorja tiegħu ta’ istitu zzjoni ma għandux jeżerċita simultanjament il - funzjonijiet ta’ CEO fl -istess istituzzjoni, sakemm ma jkunx ġustifikat mill -istituzzjoni u awtorizzat mill-awtoritajiet kompetenti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.